18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/93


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 597/2009

tal-11 ta’ Ġunju 2009

dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-agrikoltura u r-Regolamenti adottati skont l-Artikolu 308 tat-Trattat applikkabli għall-oġġetti magħmula minn prodotti agrikoli, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet ta’ dawk ir-Regolamenti li jippermettu derogi mill-prinċipju ġenerali illi miżuri protettivi mal-fruntieri jistgħu jkunu mibdula biss bil-miżuri provduti f’dawn ir-Regolamenti,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) ġie emendat kemm-il darba (2) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Il-konklużjoni tar-Round tal-Urugwaj dwar in-negozjati multilaterali tal-kummerċ wasslet biex tiġi mwaqqfa l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

(3)

L-Anness 1 A tal-Ftehim li jistabbilixxi l-WTO (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim tal-WTO”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, f’dak li għandu x’jaqsam ma kwistjonijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fin-negozjati multilaterali tar-Round tal-Urugwaj (1986-1994) (3), jinkludi, fost l-oħrajn, il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-GATT 1994”), Ftehim dwar l-Agrikoltura (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar l-Agrikoltura”), Ftehim dwar l-implimentazjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim kontra d-Dumping tal-1994”) u Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ kumpens (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sussidji”).

(4)

Sabiex tintlaħaq aktar trasparenza u effettività fl-applikazzjoni mill-Komunità tar-regoli stabbiliti fil-Ftehim kontra d-Dumping tal-1994 u l-Ftehim dwar is-Sussidji rispettivament, l-adozzjoni ta’żewg Regolamenti separati, illijistabbilixxu b’dettalji suffiċjenti l-ħtigiet għall-applikazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-istrumenti ta’ difiża kummerċjali ġiet meqjusa neċessarja.

(5)

Sabiexjassiguraw l-implimentazzjoni adegwata u trasparenti tar-regoli provduti f’dawk iż-żewġ Ftehimi, huwa xieraq li l-lingwa tagħhomtkun trasposta f’leġislazzjoni tal-Komunità, sa fejn dan huwa possibbli.

(6)

Barra minn hekk, jidher li jkun aħjar li tingħata spjegazzjoni, b’dettalji adegwati, meta sussidju għandu jkun meqjus li jeżisti, skont liema prinċipji għandu jkun ta’ kumpens (partikolarment jekk is-sussidju kienx mogħti speċifikament), u skont liema kriterji għandu jiġi kkalkulat l-ammont tas-sussidju ta’ kumpens.

(7)

Biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sussidju, huwa meħtieġ li jintwera li kien hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern jew korp pubbliku fit-territorju ta’ pajjiż, jew li kien hemm xi forma ta’ appoġġ fid-dħul jew fil-prezz skont it-tifsira fl-Artikolu XVI tal-GATT 1994, u li b’hekk ingħata benefiċċju lill-intrapriża li tkun irċevietu.

(8)

Għall-kalkolu tal-benefiċċju għal min jirċevihom, fil-każijiet fejn ma jeżistix valur indikattiv tas-suq fil-pajjiż interessat il-valur indikattiv għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ fatturi effettivi disponibbli f’dak il-pajjiż. Jekk dan mhuwiex possibbli fil-prattika għaliex, fost raġunijiet oħrajn, dawn il-prezzijiet jew spejjeż ma jeżistux jew mhumiex ta’ min jorbot fuqhom, il-valur indikattiv appropjat għandu jkun determinat billi wieħed jagħmel referenza għat-termini u l-kondizzjonijiet ta’ swieq oħra.

(9)

Huwa mixtieq li tiġi stabbilita gwida ċara u dettaljata dwar il-fatturi li jistgħu jkunu relevanti sabiex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet sussidjati jkunux ikkaġunaw ħsara materjali jew ikunux qed jheddu li jagħmlu l-ħsara. Meta jintwera li l-volum u l-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet in kwestjoni huma responsabbli għall-ħsara mġarrba minn industrija tal-Komunità, għandha tingħata attenzjoni għall-effett ta’ fatturi oħra u partikolarment il-kondizzjonijiet tas-suq prevalenti fil-Komunità.

(10)

Huwa rakkomandat li jiġu mfissra l-kliem “Industrija tal-Komunità” u li jiġi stabbilit li l-partijiet relatati mal-esportaturi jistgħu jkunu esklużi minn din l-industrija, u li tiġi mfissra l-kelma “relatati”. Huwa wkoll meħtieġ li tiġi stabbilita azzjoni ta’ dazju ta’ kumpens li għandha tittieħed għan-nom ta’ produtturi f’reġjun tal-Komunità u li jiġu stabbiliti linji gwida dwar id-definizzjoni ta’ dawn ir-reġjuni.

(11)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit min jista’ jippreżenta lment dwar id-dazju ta’ kumpens, inkluż sa fejn għandu jkun appoġġat mill-industrija tal-Komunità, u l-informazzjoni dwar is-sussidji ta’ kumpens, id-dannu u l-kawża li dan l-ilment għandu jkun fih. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu speċifikati l-proċeduri għaċ-ċaħda ta’ lmenti jew il-bidu ta’ proċeduri.

(12)

Huwa meħtieġ li tkun stabbilita l-manjiera li biha l-partijiet interessati għandhom jingħataw avviż tal-informazzjoni li l-awtoritajiet jeħtieġu, u għandu jkollhom żmien biżżejjed sabiex jippreżentaw l-evidenza kollha relevanti u li jiddefendu l-interessi tagħhom. Huwa wkoll mixtieq li jkunu stabbiliti b’mod ċar ir-regoli u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti matul l-investigazzjoni, partikolarment ir-regoli li permezz tagħhom il-partijiet interessati għandhom jagħmlu lilhom infushom magħrufa, jippreżentaw l-ideat tagħhom u jissottomettu l-informazzjoni sal-limiti ta’ żmien speċifikati, jekk dawn l-ideat u l-informazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati. Huwa wkoll xieraq illi jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom parti interessata tkun tista’ jkollha aċċess għal, u tikkummenta fuq, informazzjoni preżentata minn partijiet oħra interessati. Għandu jkun hemm ukoll koperazjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-ġbir tal-informazzjoni.

(13)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li bihom dazji provviżorji jistgħu jkunu imposti, inklużi kundizzjonijiet li bihom jistgħu jkunu imposti mhux qabel 60 jum mill-bidu u mhux aktar tard minn disa’ xhur wara. Dawn id-dazji jistgħu fil-każi kollha jkunu imposti mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ xhur biss.

(14)

Huwa meħtieġ li jkunu speċifikati proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ impenji li jeliminaw jew ipaċu s-sussidji ta’ kumpens u l-ħsara minflok l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji jew definittivi. Huwa wkoll xieraq li jkunu stabbiliti l-konsegwenzi tal-ksur jew irtirar tal-impenji u li jistgħu jkunu imposti dazji provviżorji f’każi ta’ suspett ta’ ksur jew fejn ikun hemm bżonn ta’ aktar investigazjoni biex iżżid mas-sejbiet. Bl-aċċettazzjoni tal-impenji, għandha tingħata attenzjoni sabiex l-impenji proposti, u l-infurzar tagħhom, ma jwasslux għal imġieba anti-kompetittiva.

(15)

Hu kkunsidrat xieraq li jiġi permessl-irtirar ta’ impenn u l-applikazzjoni tal-obbligu permezz ta’ att legali wieħed. Hu neċessarju wkoll li jiġi żgurat li l-proċedura tal-irtirar tintemm f’limitu ta’ żmien normalment ta’ sitt xhur u fl-ebda każ ta’ iktar minn disa’ xhur sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq tal-miżura fis-seħħ.

(16)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit illi l-għeluq tal-każijiet għandu, irrispettivament minn jekk il-miżuri definittivi jiġux adottati jew le, normalment iseħħ fi żmien 12-il xahar, u f’kull każ mhux aktar tard minn 13-il xahar, mill-bidu tal-investigazzjoni.

(17)

L-investigazzjoni jew il-proċeduri għandhom jintemmu kull meta l-ammont tas-sussidju jinstab li jkun de minimis jew jekk, partikolarment fil-każ ta’ importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, il-volum tal-importazzjonijiet sussidjati jew il-ħsara tkun negliġibbli, u jkun xieraq li dawk il-kriterji jiġu mfissra. Meta jkollhom jiġu imposti xi miżuri, huwa meħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni dwar it-tmiem tal-investigazzjonijiet u li jkun stabbilit li l-miżuri għandhom ikunu inqas mill-ammont tas-sussidji ta’ kumpens jekk dan l-ammont iżgħar ineħħi l-ħsara, u wkoll li jkun speċifikat il-metodu tal-kalkolu tal-livell tal-miżuri fil-każijiet ta’ teħid ta’ kampjuni.

(18)

Huwa meħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni għall-ġbir retroattiv tad-dazji provviżorji jekk dan ikun meqjus approprjat u li jkunu definiti ċ-ċirkostanzi li jistgħu jikkaġunaw l-applikazzjoni retroattiva ta’ dazji sabiex jiġi evitat it-tnaqqis tal-miżuri definittivi li jkunu applikati. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi stabbilit illi d-dazji jistgħu jkunu applikati b’effett retroattiv fil-każijiet ta’ ksur jew irtirar tal-impenji.

(19)

Huwa meħtieġ li jiġi provdut li l-miżuri għandhom jiskadu wara ħames snin sakemm xi reviżjoni ma tindikax li għandhom jibqgħu fis-seħħ. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi provdut, f’każijiet fejn tkun sottomessa evidenza suffiċjenti ta’ bidla fiċ-ċirkostanzi, għal reviżjonijiet temporanji jew għal investigazzjonijiet biex jiġi stabbilit jekk il-ħlas lura ta’ dazji ta’ kumpens huwiex ġustifikat.

(20)

Minkejja li l-Ftehim dwar is-Sussidji ma fihx dispożizzjonijiet dwar it-tidwir mill-miżuri ta’ kumpens, il-possibiltà ta’ dan it-tidwir jeżisti, f’termini simili, għalkemm mhux identiċi, fit-tidwir mill-miżuri kontra d-dumping. Għalhekk jidher xieraq li ssir dispożizzjoni kontra t-tidwir f’dan ir-Regolament.

(21)

Hu xieraq li jiġi ċċarat liema huma l-partijiet li għandhom id-dritt li jitolbu li jinbdew investigazzjonijiet kontra t-tidwir.

(22)

Hu xieraq ukoll li jiġi ċċarat liema huma l-prattiċi li jikkostitwixxu t-tidwir mill-miżuri fis-seħħ. Il-prattiċi ta’ tidwir jistgħu jitwettqu kemm ġewwa kif ukoll barra l-Komunità. Hu għalhekk neċessarju li jsir provvediment sabiex l-eżenzjonijiet mid-dazji estiżi li jistgħu jingħataw lill-importaturi jistgħu wkoll jingħataw lill-esportaturi meta d-dazji jkunu qed jiġu estiżi biex jindirizzaw tidwir li jitwettaq barra l-Komunità.

(23)

Huwa utli li titħalla ssir is-sospensjoni tal-miżuri ta’ kumpens fejn ikun hemm xi bidla temporanja fil-kondizzjonijiet tas-suq li minħabba fiha l-impożizzjoni kontinwata ta’ dawn il-miżuri jsiru temporanjament mhux approprjati.

(24)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li importazzjonijiet li jkunu taħt investigazzjoni jistgħu jsiru soġġetti għal reġistrazzjoni malli jiġu importati sabiex ikun possibbli li sussegwentement jiġu applikati miżuri kontra importazzjonijiet ta’ din ix-xorta.

(25)

Sabiex ikun assigurat l-infurzar xieraq tal-miżuri, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jwettqu monitoraġġ, u jirraportaw lill-Kummissjoni, dwar il-kummerċ tal-importazzjoni fi prodotti li jkunu soġġetti għal investigazzjoni jew soġġetti għal miżuri, kif ukoll l-ammont ta’ dazji miġbura taħt dan ir-Regolament. Hu wkollneċessarju li ssir dispożizzjoni għall-possibbiltà li l-Kummissjoni titlob li l-Istati Membri jagħtu, bla ħsara għall-osservanza tar-regoli dwar il-kunfidenzjalità informazzjoni li tintuża għall-monitoraġġ tal-impenji rigward il-prezzijiet u biex jiġi vverifikat il-livell ta’ effettività tal-miżuri fis-seħħ.

(26)

Huwa meħtieġ li ssir dispożizzjoni għal konsultazzjoni ta’ Kumitat Konsultattiv fi stadji regolari u speċifiċi tal-investigazzjoni. Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Istati Membri b’rappreżentant mill-Kummissjoni bħala President.

(27)

Huwa utli li ssir dispożizzjoni għal żjarat ta’ verifika sabiex tiġi kkontrollata l-informazzjoni ppreżentata dwar is-sussidji ta’ kumpens u l-ħsara, iżda dawn iż-żjarat għandhom ikunu, madanakollu, marbuta mal-kundizzjoni li jkunu waslu t-tweġibiet xierqa għall-kwestjonarji.

(28)

Huwa essenzjali li ssir dispożizzjoni għat-teħid ta’ kampjuni fil-każijiet fejn in-numru ta’ partijiet jew transazzjonijiet ikun kbir sabiex jippermetti li l-investigazzjonijiet jitlestew fil-limiti ta’ żmien stabbiliti.

(29)

Huwa meħtieġ li ssir dispożizzjoni li, fejn il-partijiet ma jikkoperawx kif mixtieq, tkun tista’ tintuża informazzjoni oħra sabiex jiġu stabbiliti s-sejbiet u li din l-informazzjoni tista’ tkun inqas favorevoli għall-partijiet milli kieku huma jkunu ikkoperaw.

(30)

Għandha ssir dispożizzjoni għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali sabiex ma jinkixfux sigrieti kummerċjali jew tal-gvern.

(31)

Huwa essenzjali li ssir dispożizzjoni għall-iżvelar kif suppost ta’ fatti essenzjali u konsiderazzjonijiet lill-partijiet li jikkwalifikaw għal dan it-trattament u li dan l-iżvelar għandu jsir, b’konsiderazzjoni xierqa lejn il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Komunità, f’perjodu ta’ żmien li jippermetti lill-partijiet li jiddefendu l-interessi tagħhom.

(32)

Huwa prudenti li tiġi stabbilita sistema ta’ amministrazzjoni li biha jistgħu jiġu preżentati argumenti dwar jekk il-miżuri humiex fl-interess tal-Komunità, inklużi l-interessi tal-konsumaturi, u li jkunu stabbiliti l-perjodi ta’ żmien li fihom din l-informazzjoni trid tiġi ppreżentata, flimkien mad-drittijiet tal-partijiet konċernati dwar l-iżvelar.

(33)

Fl-applikazzjoni tar-regoli tal-Ftehim dwar is-Sussidji huwa essenzjali, sabiex jinżamm il-bilanċ tad-drittijiet u l-obbligi li dan il-Ftehim ried jistabbilixxi, illi l-Komunità tieħu kont tal-interpretazzjoni tagħhom mis-sħab prinċipali tal-kummerċ tal-Komunità, kif riflessa fil-leġislazzjoni jew prattika stabbilita,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Prinċipji

1.   Dazju ta’ kumpens jista’ jkun impost għall-iskop ta’ tpaċija ta’ xi sussidju mogħti, direttament jew indirettament, għall-manifattura, il-produzzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport ta’ xi prodott li r-rilaxx tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità toħloq ħsara.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, meta l-prodotti ma jkunux importati direttament mill-pajjiż tal-oriġini imma jkunu esportati lejn il-Komunità minn xi pajjiż intermedjarju, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli bis-sħiħ u t-transazzjoni jew transazzjonijiet għandhom, fejn xieraq, ikunu meqjusa bħala li seħħew bejn il-pajjiż tal-oriġini u l-Komunità.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:

(a)

prodott huwa meqjus li jkun sussidjat jekk jibbenefika minn sussidju ta’ kumpens kif definit fl-Artikoli 3 u 4. Sussidju bħal dan jista’ jingħata mill-gvern tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodott importat, jew mill-gvern ta’ pajjiż intermedjarju li minnu tkun saret l-esportazzjoni lejn il-Komunità, magħruf għall-iskop ta’ dan ir-Regolament bħala “l-pajjiż tal-esportazzjoni”;

(b)

“gvern” tfissergvern jew kull korp pubbliku fit-territorju tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni;

(c)

“prodott simili” għandha tkun interpretata li tfisser prodott li huwa identiku, jiġifieri, li jixbah f’kull aspett, lill-prodott taħt konsiderazzjoni, jew fin-nuqqas ta’ prodott bħal dan, prodott ieħor li għalkemm m’huwiex l-istess fl-aspetti kollha, għandu karatteristiċi li jixbħu mill-qrib lil dawk tal-prodott taħt konsiderazzjoni;

(d)

“ħsara”, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, tfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità, theddid ta’ ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità jew dewmien materjali fit-twaqqif ta’ din l-industrija u għandha tkun interpretata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8

Artikolu 3

Definizjoni ta’ sussidju

Sussidju għandu jkun meqjus li jeżisti jekk:

(1)

(a)

ikun hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn xi gvern fil-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni, jiġifieri, fejn:

(i)

il-prattika tal-gvern tinvolvi trasferiment dirett ta’ fondi (per eżempju, għoti, self, equity infusion), it-trasferimenti potenzjali diretti ta’ fondi jew ta’ responsabiltajiet (per eżempju, garanziji għal xi self),

(ii)

dħul tal-gvern li suppost huwa dovut li jkun mitluf jew li ma jinġabarx (per eżempju, inċentivi fiskali bħal ma huma krediti ta’ taxxa). F’dan il-każ, l-eżenzjoni ta’ prodott esportat mid-dazji jew taxxi imposti fuq prodotti simili meta jkunu maħsuba għall-konsum domestiku, jew l-għoti lura ta’ dazji bħal dawn jew taxxi f’ammonti li ma jeċċedux dawk li jkunu żdiedu, m’għandhomx ikunu meqjusa bħala sussidju, kemm-il darba din l-eżenzjoni tkun ingħatat skont id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I, II u III,

(iii)

il-gvern jipprovdi oġġetti jew servizzi apparti mill-infrastruttura ġenerali, jew jixtri l-oġġetti,

(iv)

il-gvern:

jagħmel ħlasijiet lil mekkaniżmu ta’ fondi, jew

jinkariga jew jidderieġi korp privat biex iwettaq waħda jew iktar mit-tip ta’ funzjonijiet kif murija fil-punti (i), (ii) u (iii) li normalment ikunu responsabbiltà tal-gvern, u li fil-fatt, bl-ebda mod, ma tkun differenti mill-prattiċi normali użati mill-gvernijiet;

jew

(b)

ikun hemm xi tip ta’ dħul jew appoġġ fil-prezz skont it-tifsira fl-Artikolu XVI tal-GATT 1994; u

(2)

għalhekk ikun mogħti benefiċċju.

Artikolu 4

Sussidji ta’ kumpens

1.   Is-sussidji għandhom ikunu soġġetti għal miżuri ta’ kumpens biss jekk ikunu speċifiċi, kif definiti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Sabiex jiġi stabbilit jekk xi sussidju jkunx speċifiku għal xi intrapriża jew industrija jew grupp ta’ intrapriżi jew industriji (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “ċerti intrapriżi”) fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħtihom, għandhom ikunu applikabbli l-prinċipji li ġejjin:

(a)

meta l-awtorità li tagħtihom, jew il-leġislazzjoni li bis-saħħa tagħha l-awtorità li tagħti tkun taħdem, tillimita espliċitament l-aċċess għal sussidju lil ċerti intrapriżi, dan is-sussidju għandu jkun speċifiku;

(b)

meta l-awtorità li tagħtihom, jew il-leġislazzjoni li bis-saħħa tagħha l-awtorità li tagħtihom tkun taħdem, tistabbilixxi kriterji jew kondizzjonijiet oġġettivi li jirregolaw l-eliġibilità għal, u l-ammont ta’, sussidju, l-ispeċifikalità m’għandiex teżisti, kemm-il darba dik l-eliġibilità tkun awtomatika u li dawk il-kriterji u l-kondizzjonijiet ikunu osservati bir-reqqa;

(c)

jekk, minkejja d-dehra ta’ non-speċifikalità li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fil-punti(a) u (b), ikun hemm raġunijiet li wieħed jemmen li s-sussidju jista’ fil-fatt ikun speċifiku, jistgħu jiġu kkunsidrati fatturi oħra. Dawn il-fatturi huma: l-użu ta’ programm ta’ sussidju minn numru limitat ta’ ċerti intrapriżi; l-użu predominanti minn ċerti intrapriżi; l-għoti ta’ ammonti kbar sproporzjonati ta’ sussidju lil ċerti intrapriżi; u l-mod li bih id-diskrezzjoni ġiet eżerċitata mill-awtorità li tagħti, fid-deċiżjoni għall-għoti tas-sussidju. F’dan ir-rigward, l-informazzjoni dwar il-frekwenza li biha l-applikazzjonijiet għal sussidju jkunu miċħuda jew approvati u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet għandhom, partikolarment, ikunu kkunsidrati.

Għall-iskop tal-punt (b), “kriterji jew kondizzjonijiet oġġettivi” tfisser kriterji jew kondizzjonijiet li huma newtrali, li ma jiffavorixxux lil ċerti intrapriżi fuq oħrajn, u li jkunu ekonomiċi fin-natura u orizzontali fl-applikazzjoni tagħhom, bħal ma huma n-numru ta’ impjegati jew id-daqs tal-intrapriża.

Il-kriterji jew il-kondizzjonjiet għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar mill-liġi, regolament, jew xi dokument ieħor uffiċjali, hekk li jkunu jistgħu jiġu vverifikati.

Fl-applikazzjoni tal-punt (c) tas-subparagrafu 1, għandu jittieħed kont tal-ammont ta’ diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħtihom, kif ukoll it-tul ta’ żmien li matulu l-programm tas-sussidju kien fis-seħħ.

3.   Sussidju li jkun limitat għal ċerti intrapriżi li jinsabu f’reġjun ġeografiku magħżul, fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħtihom, għandu jkun speċifiku. L-iffissar jew it-tibdil fir-rata tat-taxxa ġeneralment applikabbli fil-livelli kollha tal-gvern li huma intitolati li jagħmlu dan, m’għandux jiġi meqjus li jkun sussidju speċifiku għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

4.   Minkejja l-paragrafi 2 u 3, is-sussidji li ġejjin għandhom jitqiesu li huma speċifiċi:

(a)

sussidji dipendenti, fil-liġi jew fil-fatt, kemm jekk waħedhom jew bħala waħda minn ħafna kondizzjonijiet oħra, fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, inkluż dawk murija fl-Anness I;

(b)

sussidji dipendenti, kemm waħedhom jew bħala waħda minn ħafna kondizzjonijiet oħra, fuq l-użu ta’ oġġetti domestiċi fuq dawk importati.

Għall-iskop tal-punt (a),is-sussidji għandhom ikunu meqjusa bħala dipendenti fil-fatt fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni meta l-fatti juru li l-għotja ta’ sussidju, mingħajr ma tkun saret legalment dipendenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, tkun tassew marbuta mal-esportazzjoni attwali jew antiċipata jew mad-dħul tal-esportazzjoni. Il-fatt biss li sussidju jingħata lil intrapriżi li jesportaw m’għandux, għal dik ir-raġuni biss, jitqies illi huwa sussidju tal-esportazzjoni fit-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni.

5.   Kull deċiżjoni ta’ speċifikalità skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu sostanzjati b’mod ċar fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva.

Artikolu 5

Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju ta’ kumpens

L-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens għandu jiġi kalkulat fit-termini tal-benefiċċji mogħtija lill-benefiċjarju, li jinstabu li jkunu jeżistu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni dwar is-sussidjar. Normalment dan il-perjodu għandu jkun l-aktar sena fiskali riċenti għall-benefiċjarju, imma jista’ jkun xi perjodu ieħor ta’ mill-inqas sitt xhur qabel ma tibda l-investigazzjoni, li għalih ikun hemm disponibbli data finanzjarja ta’ min jorbot fuqha u data oħra relevanti.

Artikolu 6

Kalkolu tal-benefiċċju lill-benefiċjarju

F’dak li jirrigwarda l-kalkolu ta’ benefiċċji lill-benefiċjarju, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

għotja minn gvern ta’ equity capital m’għandhiex titqies li tagħti xi benefiċċju, sakemm l-investiment ikun meqjus bħala inkonsistenti mal-prattika ta’ investiment tas-soltu, inkluż għall-għotja ta’ kapital ta’ riskju, ta’ investituri privati fit-territorju tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni;

(b)

self minn gvern m’għandux jitqies li jagħti xi benefiċċju, sakemm ma jkunx hemm differenza bejn l-ammont li d-ditta li tkun tirċievi s-self tħallas fuq is-self tal-gvern u l-ammont li dik id-ditta jkollha tħallas għal self kummerċjali komparabbli li d-ditta setgħet effettivament tikseb fis-suq. F’dak il-każ, il-benefiċċju għandu jkun id-differenza bejn dawn iż-żewg ammonti;

(c)

garanzija ta’ self minn gvern m’għandhiex titqies li tagħti xi benefiċċju, sakemm ma jkunx hemm differenza bejn l-ammont li d-ditta li tirċievi l-garanzija tħallas fuq self garantit mill-gvern u l-ammont li d-ditta jkollha tħallas għal self kummerċjali komparabbli fin-nuqqas tal-garanzija governattiva. F’dan il-każ il-benefiċċju jkun id-differenza bejn dawn iż-żewġ ammonti, b’aġġustament għal xi differenzi fil-miżati;

(d)

l-għotja ta’ oġġetti jew servizzi jew xiri ta’ oġġetti mill-gvern m’għandhiex titqies bħala għotja ta’ xi benefiċċju, sakemm l-għotja ssir għal remunerazzjoni li tkun anqas minn dik adegwata jew li x-xiri jsir għal remunerazzjoni li tkun aktar milli adegwata. Jekk remunerazzjoni hijiex adegwata għandha tkun determinata b’referenza għall-kondizzjonijiet tas-suq prevalenti għall-prodott jew servizz in kwistjoni fil-pajjiż tal-għotja jew tax-xiri, inkluż il-prezz, il-kwalità, id-disponibiltà, kemm hu kummerċabbli, it-trasport u kundizzjonijiet oħra tax-xiri jew tal-bejgħ.

Jekk ma hemmx termini u kondizzjonijiet tas-suq li jipprevalu għall-prodott jew is-servizz in kwistjoni fil-pajjiż fejn tingħata l-provvista jew isir ix-xiri, li jistgħu jintużaw bħala valuri indikattivi xierqa, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(i)

it-termini u l-kondizzjonijiet li jipprevalu fil-pajjiż interessat għandhom jiġu aġġustati, fuq il-bażi ta’ spejjeż attwali, prezzijiet u fatturi oħra disponibbli f’dak il-pajjiż, b’ammont xieraq li jirrifletti t-termini u l-kundizzjonijiet normali tas-suq; jew

(ii)

fejn ikun xieraq, għandhom jintużaw it-termini u l-kondizzjonijiet li jeżistu fis-suq ta’ pajjiż ieħor jew fis-suq dinji li huma disponibbli għal min jirċevihom.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-kalkoli

1.   L-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens għandu jkun stabbilit għal kull unità tal-prodott sussidjat esportat lejn il-Komunità.

Biex jiġi stabbilit dan l-ammont jistgħu jitnaqqsu l-elementi li ġejjin mit-total tas-sussidju:

(a)

kull miżata għall-applikazzjoni, jew spejjeż oħra minfuqa kif meħtieġ sabiex jikkwalifika għal, jew jakkwista, is-sussidju;

(b)

taxxi tal-esportazzjoni, dazji jew tariffi oħra imposti fuq l-esportazzjoni tal-prodott lejn il-Komunità speċifikament intenzjonati li jpaċu s-sussidju.

Meta parti interessata tagħmel talba għal tnaqqis, hi għandha turi li t-talba tagħha hija ġustifikata.

2.   Meta s-sussidju ma jingħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, maħduma, esportati jew trasportati, l-ammont tas-sussidju ta’ kumpens għandu jkun stabbilit bl-allokazjoni tal-valur tas-sussidju totali, kif xieraq, fuq il-livell ta’ produzzjoni, bejgħ, jew esportazzjoni tal-prodotti kkonċernati matul il-perjodu tal-investigazzjoni dwar is-sussidjar.

3.   Meta s-sussidju jkun jista’ jiġi marbut mal-akkwist jew l-akkwist futur ta’ assi fissi, l-ammont ta’ sussidju ta’ kumpens għandu jkun kalkulat billi s-sussidju jkun mifrux fuq perjodu li jirrifletti d-diprezzament normali ta’ dawn l-assi fl-industrija kkonċernata.

L-ammont hekk kalkulat li jkun attribwit għall-perjodu tal-investigazzjoni, inkluż dak li jiġi mill-assi fissi akkwistati qabel dan il-perjodu, għandhom ikunu allokati kif deskritt fil-paragrafu 2.

Meta l-assi ma jkollhomx deprezzament, is-sussidju għandu jkun stmat bħala self mingħajr imgħax, u jkun trattat skont l-Artikolu 6(b).

4.   Meta s-sussidju ma jkunx jista’ jiġi marbut mal-akkwist ta’ assi fissi, l-ammont ta’ benefiċċju riċevut matul il-perjodu tal-invetigazzjoni għandu, fil-prinċipju, jkun attribwit għal dan il-perjodu, u allokat kif deskritt fil-paragrafu 2, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali li jiġġustifikaw l-attribuzzjoni f’perjodu ieħor.

Artikolu 8

Deċiżjoni dwar il-ħsara

1.   Id-deċiżjoni dwar il-ħsara għandha tkun ibbażata fuq prova pożittiva u għandha tinvolvi eżami oġġettiv ta’:

(a)

l-volum tal-importazzjonijiet sussidjati u l-effett tal-importazzjonijiet sussidjati fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità għal prodotti simili; u

(b)

l-impatt li jirriżulta minn dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Komunità.

2.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-volum tal-importazzjonijiet sussidjati, għandha titqies jekk kienx hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet sussidjati, sew f’termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni jew konsum fil-Komunità. F’dak li jirrigwarda l-effett tal-importazzjonijiet sussidjati fuq il-prezzijiet, għandu jiġi meqjus jekk kienx hemm tnaqqis sinifikanti li jwaqqa’ l-prezzijiet permezz tal-importazzjonijiet sussidjati kif imqabbla mal-prezz ta’ prodott simili tal-industrija tal-Komunità, jew jekk l-effett ta’ dawn l-importazzjonijiet ikunx li b’mod ieħor iwaqqa’ l-prezzijiet b’mod sinifikanti jew jipprevjeni ż-żieda fil-prezz illi kieku kienet isseħħ, sa livel sinifikanti. L-ebda wieħed jew aktar minn dawn il-fatturi ma jista neċessarjament jagħti gwida definittiva.

3.   Meta l-importazzjonijiet ta’ prodott minn aktar minn pajjiż wieħed huma fl-istess żmien soġġetti għal investigazzjonijiet ta’ dazju ta’ kumpens, l-effett ta’ din l-importazzjoni għandha tkun kumulattivament stmata biss jekk ikun stabbilit li:

(a)

l-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens stabbiliti b’relazzjoni mal-importazzjoni minn kull pajjiż ikun aktar milli de minimis kif imfisser fl-Artikolu 14(5) u li l-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ma jkunx negliġibbli; u

(b)

stima kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet tkun approprjata fid-dawl tal-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kondizzjonijiet ta’ kompetittività bejn il-prodotti importati u l-prodott simili tal-Komunità.

4.   L-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Komunità kkonċernata għandha tinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi relevanti kollha u l-indiċi li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija, inkluż: il-fatt li industrija tkun għadha fil-proċess ta’ rkupru mill-effetti ta’ sussidji jew dumping tal-passat, il-kobor tal-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens; tnaqqis attwali u potenzjali fil-bejgħ, qliegħ, produzzjoni, sehem mis-suq, produttività, dħul fuq l-investimenti, utilizzar tal-kapaċità; fatturi li jeffettwaw il-prezzijiet tal-Komunità; effetti negattivi attwali jew potenzjali fuq il-likwidità, inventarji, impjiegi, salarji, tkabbir, il-kapaċità li jitkabbar il-kapital jew l-investimenti u, fil-każ tal-agrikoltura, jekk kienx hemm piż akbar fuq il-programmi governattivi ta’ appoġġ. Din il-lista m’hijiex eżawrjenti, l-anqas ma jista’ xi wieħed minn dawn il-fatturi neċessarjament ikun ta’ gwida deċiżiva.

5.   Għandu jintwera, mil-provi relevanti preżentata f’relazzjoni mal-paragrafu 1, li l-importazzjonijiet sussidjati qed joħolqu ħsara. B’mod speċifiku, dan jeħtieġ dimostrazzjoni li l-volum u/jew il-livelli tal-prezzijiet identifikati bis-saħħa tal-paragrafu 2 huma responsabbli għall-impatt fuq l-industrija tal-Komunità kif huwa stabbilit fil-paragrafu 4, u li dan l-impatt jeżisti sal-grad li jġiegħel li jkun klassifikat bħala materjali.

6.   Fatturi magħrufa, minbarra l-importazzjonijiet sussidjati li jkunu qed jagħmlu ħsara lill-industrija tal-Komunità fl-istess żmien, għandhom jiġu eżaminati sabiex jassiguraw li l-ħsara kkawżata minn dawn il-fatturi oħra ma tkunx attribwita għall-importazzjonijiet sussidjati skont il-paragrafu 5. Fatturi li jistgħu jkunu kkunsidrati f’dan ir-rigward jinkludu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li ma jkunux sussidjati, nuqqas fit-talba jew tibdil fix-xejra tal-konsum, prattiċi tal-kummerċ restrittivi ta’, u kompetizzjoni bejn, pajjiżi terzi u l-produtturi tal-Komunità, żviluppi fit-teknoloġija u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni u l-produttività tal-industrija tal-Komunità.

7.   L-effett tal-importazzjonijiet sussidjati għandu jkun stmat b’relazzjoni mal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità ta’ prodott simili meta data disponibbli tippermetti l-identifikazzjoni separata ta’ dik il-produzzjoni fuq il-bażi ta’ kriterji bħalma hu l-proċess tal-produzzjoni, il-bejgħ u l-qliegħ tal-produtturi. Jekk din l-identifikazzjoni separata ta’ dik il-produzzjoni ma tkunx possibbli, l-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati għandhom ikunu stmati billi jsir eżami tal-produzzjoni tal-inqas grupp jew sensiela ta’ prodotti inkluż il-prodott simili, li għalihom tista tingħata l-informazzjoni meħtieġa.

8.   Sejba ta’ theddida ta’ ħsara materjali għandha tkun ibbażata fuq il-fatti u mhux biss fuq allegazzjonijiet, suppożizzjonijiet jew xi possibiltà remota. Il-bidla fiċ-ċirkustanzi li tista’ toħloq xi sitwazzjoni fejn is-sussidju joħloq dannu, għandha tkun tidher ċar bil-quddiem u tkun imminenti.

Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ xi theddida ta’ dannu materjali, għandhom jiġu meqjusa, inter alia, fatturi bħal:

(a)

in-natura tas-sussidju jew sussidji f’dak il-każ u l-effetti tal-kummerċ li aktarx jirriżultaw minnhom;

(b)

iż-żieda sinifikanti tal-importazzjonijiet sussidjati fis-suq tal-Komunità li tindika l-possibiltà ta’ żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet;

(c)

kapaċità disponibbli b’mod liberu u suffiċjenti għall-esportatur jew żieda sostanzjali imminenti f’din il-kapaċità li tindika l-possibiltà ta’ żieda sostanzjali ta’ esportazzjonijiet sussidjati lejn il-Komunità, waqt li jittieħed kont tad-disponibbilta’ ta’ swieq oħra tal-esportazzjoni biex jassorbu l-esportazzjonijiet addizzjonali;

(d)

jekk l-importazzjonijiet humiex qiegħda jiddaħħlu bi prezzijiet li jkunu, sa grad sinifikanti, iwaqqgħu l-prezzijiet jew iżżommu żieda fil-prezzijiet illi kieku kienet isseħħ, u li aktarx iżżid it-talba għal aktar importazzjonijiet; u

(e)

l-inventarji tal-prodott li jkun qiegħed jiġi investigat.

L-ebda wieħed mill-fatturi mniżżla hawn fuq ma jista’, waħdu, neċessarjament jagħti gwida deċiżiva imma t-totalità tal-fatturi kkunsidrati għandhom iwasslu għall-konklużjoni illi aktar esportazzjonijiet sussidjati huma imminenti u li, sakemm ma titteħidx azzjoni preventiva, se jseħħ dannu materjali.

Artikolu 9

Definizjoni ta’ industrija tal-Komunità

1.   Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, il-frażi “industrija tal-Komunità” għandha tkun interpretata bħala li tirreferi għall-produtturi kollha tal-Komunità li jipproduċu prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-produzzjoni kollettiva tagħhom tal-prodotti tikkostitwixxi proporzjon kbir, kif definit fl-Artikolu 10(6), tal-produzzjoni totali tal-Komunità għal dawk il-prodotti, ħlief għal:

(a)

meta l-produtturi jkunu relatati mal-esportaturi jew l-importaturi jew ikunu huma stess importaturi tal-prodott li allegatament huwa sussidjat, il-frażi “industrija tal-Komunità” tista’ tkun interpretata bħala li tirreferi għall-kumplament tal-produtturi;

(b)

f’ċirkostanzi eċċezzjonali t-territorju tal-Komunità jista’, għall-iskop tal-produzjoni in kwistjoni, ikun maqsum f’żewġt iswieq kompetittivi jew aktar u l-produtturi f’kull suq jistgħu jitqiesu bħala industrija separata jekk:

(i)

il-produtturi f’dan is-suq ibiegħu jew kważi jbiegħu il-produzzjoni kollha tal-prodott in kwistjoni f’dak is-suq, u

(ii)

id-domanda f’dak is-suq ma tkunx b’mod sostanzjali milħuqa mill-produtturi tal-prodott in kwistjoni li jinsabu x’imkien ieħor fil-Komunità.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-dannu jista’ jinstab li jeżisti anki meta porzjoni kbira tal-industrija totali tal-Komunità ma tkunx sofriet dannu, kemm-il darba jkun hemm konċentrazzjoni ta’ importazzjonijiet sussidjati f’dak is-suq iżolat u kemm-il darba wkoll li l-importazzjonijiet sussidjati jkunu qedjoħolqu dannu lill-produtturi tal-produzzjoni kollha jew kważi kollha fi ħdan dak is-suq.

2.   Għall-iskop tal-paragrafu 1, il-produtturi għandhom ikunu meqjusa li huma relatati mal-esportaturi jew l-importaturi biss jekk:

(a)

wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; jew

(b)

it-tnejn li huma jinsabu direttament jew indirettament kontrollati minn terza persuna; jew

(c)

flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna, kemm-il darba jkun hemm bażi li jitwemmen jew li jkun suspettat li l-effett tar-relazzjoni hija tali li ġġiegħel lill-produttur ikkonċernat li jġib ruħu differenti minn produtturi li mhumiex relatati.

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, produttur wieħed ikun meqjus li jikkontrolla lill-ieħor meta tal-ewwel huwa legalment jew operattivament f’qagħda li jeżerċita kontroll jew direzzjoni fuq it-tieni.

3.   Meta l-industrija tal-Komunità tkun ġiet interpretata li tirreferi għall-produtturi f’reġjun partikolari, l-esportaturi jew il-gvern li jkun ikkonċeda s-sussidji ta’ kumpens għandhom jingħataw l-opportunità li joffru impenn skont l-Artikolu 13 f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġjun ikkonċernat. F’każijiet bħal dawn, meta jkunu qegħdin jiġu evalwati l-interessi Komunitarji tal-miżuri, għandu jittieħed kont speċjali tal-interess tar-reġjun. Jekk ma jingħatax impenn adegwat mingħajr dewmien jew jekk is-sitwazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(9) u (10) japplikaw, jista’ jkun impost dazju ta’ kumpens provisorju jew definittiv għall-Komunità kollha. F’każijiet bħal dawn id-dazji jistgħu, jekk prattikabbli, ikunu limitati għal produtturi jew esportaturi speċifiċi.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(7) għandhom japplikaw għal dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Il-bidu tal-proċeduri

1.   Ħlief kif provdut fil-paragrafu 8, investigazzjoni biex tistabbilixxi l-eżistenza, grad jew effett ta’ xi allegat sussidju għandha tinbeda permezz ta’ ilment bil-miktub minn xi persuna fiżika jew ġuridika, jew xi assoċjazzjoni li m’għandiex personalità legali, li tkun qed titkellem f’isem l-industrija tal-Komunità.

L-ilment jista’ jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni, jew lil Stat Membru, li għandu jgħaddih lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja ta’ kull ilment li tkun irċeviet lill-Istati Membri. L-ilment għandu jkun meqjus bħala li sar fl-ewwel jum tax-xogħol wara li jkun twassal lill-Kummissjoni b’posta rreġistrata jew bil-ħruġ ta’ nota tal-wasla tiegħu mill-Kummissjoni.

Meta, fin-nuqqas ta’ xi ilment, Stat Membru jkollu pussess ta’ provi suffiċjenti ta’ sussidjar u tad-dannu li jirriżulta lill-industrija tal-Komunità, huwa għandu jikkomunika immedjatament lill-Kummissjoni dwar dawn il-provi.

2.   Ilment kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jinkludi provi biżżejjed dwar l-eżistenza ta’ sussidji ta’ kumpens (inkluż, jekk possibbli, l-ammont tagħhom), id-dannu u r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet allegatament sussidjati u d-dannu allegat. L-ilment għandu jkun fih dik l-informazzjoni li tkun raġonevolment disponibbli għal dak li jagħmel l-ilment, dwar dan li ġej:

(a)

l-identità ta’ min jagħmel l-ilment u deskrizzjoni tal-volum u l-valur tal-produzzjoni tal-Komunità tal-prodott simili minn min jagħmel l-ilment. Meta ilment bil-miktub isir f’isem l-industrija tal-Komunità, l-ilment għandu jidentifika l-industrija li f’isimha l-ilment ikun sar b’lista ta’ dawk il-produtturi magħrufa kollha tal-prodott simili fil-Komunità (jew assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Komunità tal-prodott simili) u, safejn hu possibbli, deskrizzjoni tal-volum u l-valur tal-produzzjoni tal-Komunità tal-prodott simili kif magħruf minn dawn il-produtturi;

(b)

deskrizzjoni sħiħa tal-prodott li huwa allegatament sussidjat, l-ismijiet tal-pajjiż jew pajjiżi tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni in kwestjoni, l-identità ta’ kull wieħed mill-esportaturi jew produtturi barranin magħrufa u lista ta’ persuni magħrufa li jimportaw l-imsemmi prodott;

(c)

provi dwar l-eżistenza, l-ammont, in-natura u l-ammont ta’ kumpens tal-imsemmija sussidji;

(d)

informazzjoni dwar tibdil fil-volum tal-importazzjonijiet allegatament sussidjati, l-effett ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet ta’ prodott simili fis-suq tal-Komunità u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Komunità, kif murija mill-fatturi relevanti u l-indiċi li jkollhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Komunità, bħal dawk imniżżla fl-Artikolu 8(2) u (4).

3.   Il-Kummissjoni għandha, sa fejn hu possibli, teżamina r-reqqa u l-adegwatezza tal-provi provduti fl-ilment, sabiex tistabbilixxi jekk ikunx hemm xiehda suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

4.   Investigazzjoni tista’ tinbeda sabiex jiġi stabbilit jekk l-allegati sussidji jkunux “speċifiċi” jew le, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) u (3).

5.   Investigazzjoni tista’ wkoll tinbeda dwar miżuri tat-tip kif imniżżel fl-Anness IV, sal-limitu li jkollhom element ta’ sussidju kif definit bl-Artikolu 3, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri in kwistjoni jkunux kompletament konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Anness.

6.   Investigazzjoni m’għandhiex tinbeda taħt il-paragrafu 1 sakemm ma jkunx ġie stabbilit, fuq il-bażi ta’ eżami dwar il-qofol tal-appoġġ għal, jew oppożizzjoni għal, l-ilment magħmul mill-produtturi tal-Komunità ta’ prodott simili, li l-ilment kien magħmul minn jew f’isem l-industrija tal-Komunità. L-ilment għandu jitqies li jkun sar minn jew f’isem l-industrija tal-Komunità jekk ikollu l-appoġġ tal-produtturi tal-Komunità li l-produzzjoni kollettiva tagħhom tikkostitwixxi aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili, prodott minn dik il-parti tal-industrija tal-Komunità li turi appoġġ jew oppożizzjoni għall-ilment. B’danakollu, l-ebda investigazzjoni m’għandha tinbeda meta l-produtturi tal-Komunità li espressament jappoġġjaw l-ilment jammontaw għal anqas minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili magħmul mill-industrija tal-Komunità.

7.   L-awtoritajiet għandhom, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni biex tinbeda investigazzjoni, jevitaw li jippubliċizzaw l-ilment li jkun qed ifittex li tinbeda investigazzjoni. B’danakollu, kemm jista’ jkun malajr wara li jirċievi l-ilment dokumentat kif suppost skont dan l-Artikolu, u fi kwalunkwe każ qabel ma tinbeda l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tavża lill-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni kkonċernat, li għandu jkun mistieden għal konsultazzjonijiet bil-għan li tkun iċċarata s-sitwazzjoni dwar kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u li jaslu għal soluzzjoni bi ftehim reċiproku.

8.   Jekk, f’ċirkostanzi speċjali, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda investigazzjoni mingħajr ma tkun irċeviet ilment bil-miktub minn jew f’isem l-industrija tal-Komunità sabiex tinbeda din l-investigazzjoni, din għandha ssir fuq il-bażi ta’ provi suffiċjenti tal-eżistenza ta’ sussidji ta’ kumpens, danni u rabta kawżali, kif deskritti fil-paragrafu 2, biex ikun ġustifikat dan il-bidu.

9.   Il-provi kemm tas-sussidji kif ukoll tad-danni għandhom ikunu meqjusa flimkien fit-teħid tad-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tinbeda investigazzjoni jew le. Ilment għandu jkun miċħud meta ma jkunx hemm provi biżżejjed jew tas-sussidji ta’ kumpens jew tad-danni sabiex jiġġustifikaw it-tkomplija tal-każ. Il-proċeduri m’għandhomx jinbdew kontra pajjiżi li l-importazzjoni tagħhom jirrappreżentaw sehem mis-suq taħt il-1 %, sakemm dawn il-pajjiżi kollettivament ma jammontawx għal 3 % jew aktar tal-konsum tal-Komunità.

10.   L-ilment jista’ jiġi irtirat qabel il-bidu, f’liema każ għandu jitqies li qatt ma sar.

11.   Meta, wara konsultazzjoni, ikun jidher li hemm provi biżżejjed li jiġġustifikaw il-bidu ta’ proċeduri, il-Kummissjoni għandha tagħmel hekk fi żmien 45 jum mill-wasla tal-ilment u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta ma jkunux ġew preżentati biżżejjed provi, min jagħmel l-ilment għandu, wara konsultazzjoni, jiġi infurmat dwar dan fi żmien 45 jum mid-data li fiha jkun wassal l-ilment lill-Kummissjoni.

12.   L-avviż tal-bidu ta’ proċeduri għandu jħabbar il-bidu ta’ investigazzjoni, jindika l-prodott u l-pajjiż ikkonċernat, jagħti riassunt tal-informazzjoni li tkun waslet, u jipprovdi li l-informazzjoni relevanti kollha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.

Għandu jsemmi l-perjodi li matulhom il-partijiet interessati jkunu jistgħu jidentifikaw ruħhom, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jippreżentaw l-informazzjoni, jekk dawn l-opinjonijiet u l-informazzjoni jkunu sejrin jiġu kkunsidrati fl-investigazzjoni. Għandu wkoll iħabbar il-perjodu li fih dawk il-partijiet li huma interessati jistgħu japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(5).

13.   Il-Kummissjoni għandha tavża lill-esportaturi, lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-importaturi jew l-esportaturi lilha magħrufa li huma involuti, kif ukoll lill-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni u lil dawk li jkunu għamlu l-ilment, bil-bidu tal-proċeduri u, b’attenzjoni xierqa għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali, tipprovdi t-test kollu tal-ilment bil-miktub li għalih issir referenza fil-paragrafu 1 lill-esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni, u fuq talba tagħmlu disponibbli lill-partijiet interessati oħra li jkunu involuti. Meta n-numru ta’ esportaturi involuti jkun partikolarment għoli, it-test kollu tal-ilment bil-miktub jista’ minflok jingħata biss lill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jew lill-assoċjazzjoni tal-kummerċ relevanti.

14.   Investigazzjoni dwar dazju ta’ kumpens m’għandhiex tfixkel il-proċeduri ta’ rilaxx mid-dwana.

Artikolu 11

L-investigazzjoni

1.   Wara l-bidu tal-proċeduri, il-Kummissjoni, b’koperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tibda investigazzjoni fuq livell Komunitarju. Din l-investigazzjoni għandha tkopri kemm is-sussidjar kif ukoll id-danni, u dawn għandhom jiġu investigati flimkien.

Għall-iskop ta’ sejba rappreżentattiva, għandu jintagħżel perjodu ta’ investigazzjoni li, fil-każ ta’ sussidjar għandu, normalment, ikopri l-perjodu ta’ investigazzjoni stabbilit fl-Artikolu 5.

L-informazzjoni marbuta ma’ perjodu sussegwenti għall-perjodu tal-investigazzjoni m’għandux, normalment, jiġi kkunsidrat.

2.   Il-partijiet li jirċievu l-kwestjonarji wżati fl-investigazzjoni ta’ dazji ta’ kumpens għandhom jingħataw mill-anqas 30 jum biex iwieġbu. Il-limitu ta’ żmien għall-esportaturi għandu jibda jgħodd mid-data ta’ meta jirċievu l-kwestjonarju, li għal dan il-għan għandu jkun meqjus li jkun wasal fi żmien ġimgħa mill-jum li fih ikun intbagħat lil dak li għandu jwieġeb jew trasmess lir-rappreżentant diplomatiku xieraq tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni. Estensjoni għall-perjodu ta’ 30 jum jista’ jingħata, filwaqt li jittieħed kont tal-limiti ta’ żmien tal-investigazzjoni, kemm-il darba l-parti turi raġuni tajba għal din l-estensjoni, fit-termini taċ-ċirkustanzi partikolari tagħha.

3.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri sabiex jipprovdu informazzjoni, u l-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex jissodisfaw dawn it-talbiet.

Għandhom jibagħtu l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni flimkien mar-riżultati tal-ispezzjonijiet, tal-kontrolli jew tal-investigazzjonijiet kollha li jkunu saru.

Meta din l-informazzjoni tkun ta’ interess ġenerali jew meta t-trasmissjoni tagħha tkun ġiet mitluba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħaddiha lill-Istati Membri, sakemm ma tkunx kunfidenzjali, f’liema każ, għandu jintbagħat riassunt mhux kunfidenzjali.

4.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri sabiex iwettqu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa, partikolarment fost l-importaturi, il-kummerċjanti u l-produtturi tal-Komunità, u li jwettqu investigazzjonijiet f’pajjiżi terzi, kemm-il darba d-ditti kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom u li l-gvern tal-pajjiż in kwistjoni jkun ġie mgħarraf uffiċjalment u ma jsib ebda oġġezzjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-passi kollha meħtieġa sabiex jissodisfaw dawn it-talbiet mill-Kummissjoni.

L-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom ikunu awtorizzati, jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru hekk jitlob, biex jgħinu lill-uffiċjali tal-Istati Membri sabiex iwettqu d-doveri tagħhom.

5.   Il-partijiet interessati li jkunu wrew l-interess tagħhom skont it-tieni subparagrafu ta’l-Artikolu 10(12), għandhom jinstemgħu jekk huma, fiż-żmien tal-perjodu stabbilit fl-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għamlu talba bil-miktub għal smigħ u wrew li huma parti li għandha interess li aktarx tkun affettwata bir-riżultat tal-proċeduri u li jkun hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

6.   Fuq talba, għandhom jingħataw opportunitajiet lill-importaturi, l-esportaturi u lil dawk li jagħmlu l-ilment, li jkunu wrew l-interess tagħhom skont kif stabbilit fit-tieni subparagrafu ta’l-Artikolu 10(12), u l-gvern tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni, li jiltaqghu ma’ dawk il-partijiet li jkollhom interessi kuntrarji, sabiex ikunu jistgħu jiġu preżentati opinjonijiet opposti u offruti argumenti kuntrarji.

Dispożizzjoni dwar dawn l-opportunitajiet għandha jikkunsidra l-ħtieġa li tiġi mħarsal-kunfidenzjalità u l-konvenjenza tal-partijiet.

M’għandu jkun hemm l-ebda obbligu fuq xi parti sabiex jattendi xi laqgħa, u n-nuqqas li tagħmel hekk m’għandux jippreġudika l-każ ta’ dik il-parti.

Informazzjoni verbali provduta skont dan il-paragrafu għandha tiġi meqjusa mill-Kummissjoni sakemm din tkun sussegwentement konfermata bil-miktub.

7.   Dawk li jagħmlu l-ilment, il-gvern tal-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni, l-importaturi u l-esportaturi, u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet tal-utenti u tal-konsumaturi, li jkunu wrew l-interess tagħhom skont kif stabbilit fit-tieni subparagrafu ta’l-Artikolu 10(12), jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw l-informazzjoni kollha mogħtija lill-Kummissjoni minn kull parti fl-investigazzjoni, b’distinzjoni mid-dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Komunità jew l-Istati Membri tagħha, li jkun relevanti għall-preżentazzjoni tal-każijiet tagħhom u li ma tkunx kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 29, u li tintuża fl-investigazzjoni.

Dawn il-partijiet jistgħu jwieġbu għal din l-informazzjoni u l-kummenti tagħhom għandhom ikunu kkunsidrati kull meta jkunu adegwatament sostanzjati fir-risposta.

8.   Ħlief fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 28, l-informazzjoni li tingħata minn partijiet interessati u li fuqha jkunu ġew ibbażati s-sejbiet, għandha tiġi eżaminata għall-eżattezza sakemm ikun possibbli.

9.   Għal proċeduri li jinbdew bis-saħħa tal-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien sena, kull meta dan ikun possibbli. F’kull każ, dawn l-investigazzjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien 13-il-xahar mill-bidu tagħhom, skont is-sejbiet magħmula bis-saħħa tal-Artikolu 13 għal obbligi u sejbiet magħmula bis-saħħa tal-Artikolu 15 għal azzjoni definittiva.

10.   Matul l-investigazzjoni, il-Komunità għandha tagħti lill-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni opportunità raġonevoli biex ikompli bil-konsultazzjonijiet bil-għan li jikkjarifika s-sitwazzjoni fattwali u li jaslu għal soluzzjoni miftiehma bejniethom.

Artikolu 12

Miżuri provviżorji

1.   Jistgħu jiġu imposti dazji provviżorji jekk:

(a)

il-proċeduri jkunu nbdew skont l-Artikolu 10;

(b)

għal dan il-għan ikun ingħata avviż u l-partijiet interessati jkunu ngħataw opportunitajiet adegwati biex jissottomettu l-informazzjoni u jagħmlu l-kummenti skont it-tieni subparagrafu ta’l-Artikolu 10(12);

(c)

tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja li l-prodott importat ikun ibbenefika minn sussidju ta’ kumpens u b’ riżultat ta’ dan ikkaġuna ħsara lill-industrija tal-Komunità; u

(d)

l-interess tal-Komunità jitlob għal intervent sabiex tiġi evitata din il-ħsara.

Id-dazji provviżorji għandhom ikunu imposti mhux aktar kmieni minn 60 jum mill-bidu tal-proċeduri imma mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-bidu tal-proċeduri.

L-ammont ta’ dazju ta’ kumpens provviżorju m’għandux jeċċedi l-ammont totali tas-sussidji ta’ kumpens kif provviżorjament stabbiliti imma għandu jkun inqas minn dan l-ammont, jekk dan id-dazju iżgħar ikun meqjus bħala adegwat sabiex ineħħi l-ħsara lill-industrija tal-Komunità.

2.   Id-dazji provviżorji għandhom jiġu assigurati b’garanzija u r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati fiċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità għandu jkun marbut mal-kondizzjoni li tingħata din il-garanzija.

3.   Il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni provviżorja wara konsultazzjoni jew, fil-każijiet ta’ urġenza kbira, wara li tinforma lill-Istati Membri. F’dan l-aħħar każ, il-konsultazzjonijiet għandhom jitwettqu mhux aktar tard minn 10 ijiem, wara li l-Istati Membri jkunu ġew mgħarrfa bl-azzjoni meħudha mill-Kummissjoni.

4.   Meta Stat Membru jitlob intervent immedjat mill-Kummissjoni u meta l-kondizzjonijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 ikunu sodisfatti, il-Kummissjoni għandha, fi żmien massimu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol mill-wasla tat-talba, tiddeċiedi jekk għandhiex timponi dazju provviżorju ta’ kumpens.

5.   Il-Kummissjoni għandha bla dewmien tinforma lill-Kunsill u lill-Istati Membri dwar kull deċiżjoni meħuda taħt il-paragrafi 1 sa 4. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi mod ieħor.

6.   Dazji provviżorji ta’ kumpens għandhom ikunu imposti għal perjodu massimu ta’ erba’ xhur.

Artikolu 13

Impenji

1.   Bil-kondizzjoni li tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja dwar l-għoti ta’ sussidju u l-ħsara, il-Kummissjoni tista’ taċċetta offerti ta’ garanziji sodisfaċenti volontarji li taħthom:

(a)

il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew jieħu miżuri oħra dwar l-effetti tiegħu; jew

(b)

xi esportatur jintrabat li jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew iwaqqaf l-esportazzjonijiet lejn iż-żona inkwistjoni sakemm dawn l-esportazzjonijiet jibbenefikaw minn sussidji ta’ kumpens, sabiex il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni speċifika mal-Kumitat Konsultattiv, tkun sodisfatta li l-effett dannuż tas-sussidji jkun b’hekk eliminat.

F’każ bħal dan u sakemm jibqgħu fis-seħħ dawk l-impenji, id-dazji provviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) u d-dazji definittivi imposti mill-Kunsill skont l-Artikolu 15(1) ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji u f’kull emenda sussegwenti ta’ dik id-deċiżjoni.

Iż-żidiet fil-prezzijiet taħt dawk l-impenji ma għandhomx ikunu ogħla milli hu neċessarju biex ipaċu l-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens, u għandhom ikunu inqas mill-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens jekk dawn iż-żidiet ikunu biżżejjed biex ineħħu l-ħsara lill-industrija tal-Komunità.

2.   L-impenji jistgħu jiġu suġġeriti mill-Kummissjoni, imma l-ebda pajjiż jew esportatur m’għandu jkun obbligat li jintrabat b’impenn bħal dan. Il-fatt li pajjiżi jew esportaturi ma joffrux dawn l-impenji, jew ma jaċċettawx stedina biex jagħmlu hekk, m’għandu bl-ebda mod jippreġudika l-konsiderazzjoni tal-każ.

B’danakollu, jista’ jiġi stabbilit li theddida ta’ ħsara tista’ tkun aktar possibli li sseħħ jekk l-importazzjonijiet ssussidjati jkomplu. M’għandhomx ikunu mitluba jew aċċettati impenji minn pajjżi jew esportaturi sakemm ma jkunx hemm determinazzjoni affermattiva provviżorja ta’ sussidjar u ħsara kaġunata permezz ta’ dawn is-sussidji.

Ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, m’għandhomx jiġu offruti impenji aktar tard mit-tmiem tal-perjodu li fih ikunu jistgħu jsiru rappreżentazzjonijiet skont l-Artikolu 30(5).

3.   L-impenji offerti mhux bil-fors iridu jiġu aċċettati jekk l-aċċettazzjoni tagħhom tkun meqjusa mhux prattika, bħal meta n-numru ta’ esportaturi attwali jew potenzjali jkun kbir wisq, jew għal raġunijiet oħra, inklużi raġunijiet ta’ politika ġenerali. Il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni kkonċernat jista’ jingħata r-raġunijiet għaliex ikun qiegħed jiġi propost li tiġi miċħuda l-offerta ta’ impenn u jista’ jingħata l-opportunità li jagħmel kummenti dwar dan. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda għandhom jingħataw fid-deċiżjoni definittiva.

4.   Il-partijiet illi joffru impenn għandhom ikunu mistennija li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dak l-impenn, sabiex din tkun tista’ tingħata lill-partijiet interessati fl-investigazzjoni.

5.   Meta l-impenji jiġu, wara konsultazzjoni, aċċettati, u meta ma jkunx hemm oġġezzjoni mqajma fil-Kumitat Konsultattiv, l-investigazzjoni għandha tintemm. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta bla dewmien lill-Kunsill rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni, flimkien ma’ proposta sabiex l-investigazzjoni tiġi mitmuma. L-investigazzjoni għandha tkun meqjusa li ġiet mitmuma jekk, fi żmien xahar, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, ma jkunx iddeċieda mod ieħor.

6.   Jekk l-impenji jiġu aċċettati, l-investigazzjoni dwar is-sussidjar u l-ħsara għandha normalment tiġi kompluta. F’dan il-każ, jekk ikun hemm deċiżjoni negattiva li ma jkunx hemm sussidjar jew ħsara, l-impenn għandu jispiċċa awtomatikament, ħlief f’każijiet fejn din id-deċiżjoni tkun ittieħdet b’mod prinċipali minħabba dan l-impenn. F’każijiet bħal dawn, jista’ jkun meħtieġ li l-impenn jinżamm għal perjodu raġonevoli.

Fil-każ li tittieħed deċiżjoni affermattiva dwar is-sussidjar u l-ħsara, l-impenn għandu jibqa’ konsistenti mat-termini tiegħu u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

7.   Il-Kummissjoni għandha titlob lil kull pajjiż jew esportatur li min għandhom ikunu ġew aċċettati impenji, sabiex jipprovdu, perjodikament, informazzjoni relevanti għat-twettieq ta’ dak l-impenn, u li jippermettu l-verifikar ta’ data pertinenti. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-ħtiġijiet għandha tkun meqjusa bħala ksur tal-impenn.

8.   Meta l-impenji jkunu aċċettati minn ċerti esportaturi matul investigazzjoni, huma għandhom, għall-iskop tal-Artikoli 18, 19, 20 u 22, ikunu meqjusa li daħlu fis-seħħ mid-data li fiha l-investigazzjoni tkun mitmuma għall-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni.

9.   Fil-każ ta’ ksur jew irtirar ta’ impenji minn parti f’dak l-impenn, jew fil-każ tal-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, l-aċċettazzjoni tal-impenn għandha, wara konsultazzjoni, tiġi rtirata permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew Regolament tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq, u d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost mill-Kunsill skont l-Artikolu 15(1), għandhom japplikaw, kemm-il darba l-esportatur interessat, jew il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jkun ingħata, ħlief fil-każ tal-irtirar tal-impenn mill-esportatur jew minn dak il-pajjiż, opportunità biex jikkumenta.

Kull parti interessata jew Stat Membru jistgħu jagħtu informazzjoni, li turi prima facie li jkun sar ksur ta’ impenn. Il-verifika sussegwenti dwar jekk ikunx sar ksur ta’ impenn jew le għandha normalment tintemm fi żmien sitt xhur, iżda f’ebda każ aktar tard minn disa’ xhur wara li tkun saret talba debitament bil-provi.

Il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-monitoraġġ tal-impenji.

10.   Jista’ jiġi impost dazju skont l-Artikolu 12, wara li ssir konsultazzjoni, fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb illi qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta’ ksur jew irtirar ta’ impenn, meta l-investigazzjoni li tkun wasslet għal dak l-impenn ma tkunx ġiet konkluża.

Artikolu 14

Terminazzjoni mingħajr miżuri

1.   Meta l-ilment jiġi rtirat, il-proċeduri jistgħu jiġu mitmuma ħlief meta din it-terminazzjoni ma tkunx fl-interess tal-Komunità.

2.   Meta, wara konsultazzjoni, ma jkunux meħtieġa miżuri protettivi u ma jkun hemm ebda oġġezzjoni mqajma fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv, l-investigazzjoni jew il-proċeduri għandhom jiġu mitmuma. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta mingħajr dewmien lill-Kunsill rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni, flimkien ma’ proposta sabiex il-proċedura tiġi mitmuma. Il-proċeduri għandhom jitqiesu li ġew mitmuma jekk, fi żmien xahar, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, ma jkunx iddeċieda mod ieħor.

3.   Għandu jkun hemm terminazzjoni immedjata tal-proċeduri meta jkun stabbilit li l-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens ikun de minimis, skont il-paragrafu 5, jew meta l-volum tal-importazzjonijiet sussidjati, attwali jew potenzjali, jew il-ħsara, tkun negliġibbli.

4.   Għal proċeduri mibdija skont l-Artikolu 10(11), il-ħsara għandha normalment titqies bħala negliġibbli meta s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet jkun anqas mill-ammonti imniżżla fl-Artikolu 10(9). F’dak li għandu x’jaqsam mal-investigazzjonijiet dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, il-volum tal-importazzjonijiet sussidjati għandha wkoll titqies bħala negliġibbli jekk din tirrapreżenta inqas minn 4 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott simili fil-Komunità, sakemm l-importazzjonijiet mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li s-sehem individwali tagħhom tal-importazzjonijiet totali tirrapreżenta anqas minn 4 %, kollettivament jammontaw għal aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott simili fil-Komunità.

5.   L-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens għandhom jitqiesu bħala de minimis jekk dan l-ammont ikun inqas minn 1 % ad valorem, ħlief fejn, f’dak li jirrigwarda l-investigazzjonijiet dwar importazzjonijiet minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, il-limitu de minimis għandu jkun 2 % ad valorem, sakemm tintemm biss l-investigazzjoni meta l-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens ikun taħt il-livell de minimis relevanti għall-esportaturi individwali, li għandhom jibqgħu soġġetti għall-proċeduri u jistgħu jkunu investigati mill-ġdid f’xi reviżjoni mwettqa għall-pajjiż ikkonċernat skont l-Artikoli 18 u 19.

Artikolu 15

Impożizzjoni ta’ dazji definittivi

1.   Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru l-eżistenza ta’ sussidji ta’ kumpens u ħsara li tiġi kkaġunata bihom, u l-interess Komunitarju jitlob intervent skont l-Artikolu 31, għandu jiġi impost dazju ta’ kumpens definittiv mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv.

Il-proposta għandha tiġi adottata mill-Kunsill kemm-il darba ma jiddeċiedix b’maġġoranza sempliċi li jiċħad il-proposta, fi żmien xahar wara l-preżentazzjoni tagħha mill-Kummissjoni.

Meta jkunu fis-seħħ dazji provviżorji, proposta dwar azzjoni definittiva għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn xahar qabel l-iskadenza ta’ dawn id-dazji.

M’għandha tiġi imposta l-ebda miżura jekk is-sussidju jew is-sussidji jiġu rtirati jew jintwera li s-sussidji ma għadhomx jagħtu xi benefiċċju lill-esportaturi involuti.

L-ammont tad-dazju ta’ kumpens m’għandux jeċċedi l-ammont ta’ sussidji stabbilit iżda għandu jkun inqas mill-ammont totali tas-sussidji ta’ kumpens jekk dan id-dazju inqas ikun adegwat għat-tneħħija tal-ħsara lill-industrija Komunitarja.

2.   Għandu jkun impost dazju ta’ kumpens fl-ammonti xierqa f’kull każ, fuq bażi mhux diskriminatorja, fuq l-importazzjonijiet ta’ prodott minn dawk is-sorsi kollha li jkun instab li jgawdu minn sussidji ta’ kumpens u li jikkaġunaw ħsara, ħlief għall-importazzjonijiet minn dawk is-sorsi li mingħandhom ikunu ġew aċċettati impenji skont it-termini ta’ dan ir-Regolament. Ir-regolament li jimponi d-dazju għandu jispeċifika d-dazju għal kull fornitur, jew, jekk dan ma jkunx prattikabbli, il-pajjiż fornitur ikkonċernat.

3.   Meta l-Kummissjoni tkun illimitat l-eżami tagħha skont l-Artikolu 27, kull dazju ta’ kumpens applikat għall-importazzjonijiet minn esportaturi jew produtturi li jkunu magħrufa skont l-Artikolu 27 imma li ma kienux ġew inklużi fl-eżami, m’għandhomx jeċċedu l-ammont tal-medja mwieżna tas-sussidji ta’ kumpens stabbiliti għall-partijiet fil-kampjun.

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tinjora l-ammonti żero u de minimis ta’ sussidji ta’ kumpens u ammonti ta’ sussidji ta’ kumpens stabbiliti fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 28.

Id-dazji individwali għandhom ikunu applikati għall-importazzjonijiet minn xi esportatur jew produttur li għalih l-ammont ta’ sussidju individwali jkun ġie kkalkulat kif provdut fl-Artikolu 27.

Artikolu 16

Retroattività

1.   Miżuri provviżorji u dazji ta’ kumpens definittivi għandhom jiġu applikati biss għal prodotti li jidħlu f’ċirkolazzjoni libera wara ż-żmien meta l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 12(1) jew l-Artikolu 15(1), skont il-każ, jidħlu fis-seħħ, soġġetti għall-eċċezzjonijiet kif imniżżla f’dan ir-Regolament.

2.   Meta jkun applikat dazju provviżorju u l-fatti kif finalment stabbiliti juru l-eżistenza ta’ sussidji ta’ kumpens u ħsara, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, irrispettivament jekk id-dazju ta’ kumpens definittiv għandux ikun impost, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jkun definittivament miġbur.

Għal dan l-iskop, “ħsara” m’għandhiex tinkludi dewmien materjali għat-twaqqif ta’ industrija tal-Komunità, lanqas theddid ta’ ħsara materjali, ħlief fejn jinstab illi dan, fin-nuqqas ta’ miżuri provviżorji, kien se jiżviluppa fi ħsara materjali. Fil-każi l-oħrajn kollha li jinvolvu dan it-theddid jew dewmien, l-ammonti provviżorji għandhom jiġu rilaxxati u d-dazji definittivi jistgħu jkunu imposti biss mid-data li fiha d-determinazzjoni finali tat-theddida jew id-dewmien materjali jseħħ.

3.   Jekk id-dazju ta’ kumpens definittiv ikun ogħla mid-dazju provviżorju, id-differenza m’għandiex tiġi miġbura. Jekk id-dazju definittiv ikun anqas mid-dazju provviżorju, id-dazju għandu jerġa’ jiġi kkalkulat. Meta d-determinazzjoni finali tkun negattiva, id-dazju provviżorju m’għandux jiġi kkonfermat.

4.   Dazju ta’ kumpens definittiv jista’ jiġi impost fuq prodotti li jidħlu għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji imma mhux qabel il-bidu tal-investigazzjoni.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika,sakemm:

(a)

l-importazzjonijiet jkunu ġew reġistrati skont l-Artikolu 24(5);

(b)

l-importaturi kkonċernati ngħataw opportunità mill-Kummissjoni li jikkummentaw;

(c)

jeżistu ċirkostanzi kritiċi fejn tiġi kkawżata ħsara lill-prodott sussidjat in kwistjoni li huwa diffiċli li tissewwa, minħabba l-importazzjonijiet kbar ħafna fi żmien relattivament qasir ta’ prodott li jkun gawda minn sussidji ta’ kumpens skont it-termini ta’ dan ir-Regolament; u

(d)

jkun meqjus bħala meħtieġ, sabiex tiġi evitata li terġa’ tiġri din il-ħsara, li d-dazji ta’ kumpens jkunu stmati fuq bażi retroattiva fuq dawn l-importazzjonijiet.

5.   F’każijiet ta’ ksur jew irtirar ta’ impenji, jistgħu jiġu imposti dazji definittivi fuq oġġetti li jidħlu għal ċirkolazzjoni libera mhux iktar tard minn 90 jum qabel l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji, sakemm l-importazzjonijiet jkunu ġew reġistrati skont l-Artikolu 24(5) u li din l-istima retroattiva m’għandhiex tapplika għall-importazzjonijiet li jkunu daħlu qabel il-ksur jew l-irtirar tal-impenn.

Artikolu 17

Tul ta’ żmien

Il-miżuri ta’ kumpens għandhom jibqgħu fis-seħħ biss għat-tul ta’ żmien u sakemm ikunu meħtieġa biex iħassru l-effett tas-sussidji ta’ kumpens li jkunu qegħdin joħolqu l-ħsara.

Artikolu 18

Reviżjoni ta’ skadenza

1.   Miżura ta’ kumpens definittiva għandha tiskadi fi żmien ħames snin mill-impożizzjoni tagħha jew ħames snin mid-data tar-reviżjoni l-aktar riċenti li tkun kopriet kemm is-sussidjar kif ukoll il-ħsara, sakemm ma jiġix stabbilit f’reviżjoni li l-iskadenza aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u l-ħsara. Din ir-reviżjoni ta’ skadenza għandha tinbeda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq talba magħmula minn jew f’isem il-produtturi tal-Komunità, u l-miżura għandha tibqa’ fis-seħħ sakemm tiġi deċiża din ir-reviżjoni.

2.   Reviżjoni ta’ skadenza għandha tingħata bidu meta t-talba jkun fiha biżżejjed provi li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u l-ħsara. Din il-possibiltà tista’, per eżempju, tiġi indikata bi provi ta’ sussidji u ħsara kontinwati jew provi li t-tneħħija tal-ħsara hija parzjalment jew unikament minħabba l-eżistenza ta’ miżuri jew provi li ċ-ċirkustanzi tal-esportaturi, jew il-kondizzjonijiet tas-suq, huma tali li jindikaw il-possibiltà ta’ aktar sussidji li jagħmlu l-ħsara.

3.   Fit-twettieq tal-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, l-esportaturi, l-importaturi, il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Komunità għandhom jingħataw l-opportunità li jagħtu spjegazzjoni aktar ċara, jiċħdu jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imniżżla fit-talba għal reviżjoni, u l-konklużjonijiet għandhom jintlaħqu billi jittieħed kont tal-provi relevanti u dokumentati b’mod xieraq li tkun ġiet preżentata rigward il-mistoqsija ta’ jekk l-iskadenza tal-miżuri aktarx li, jew mhux aktarx li, twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u l-ħsara.

4.   Avviż ta’ skadenza imminenti għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xieraq fl-aħħar sena tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri kif definiti f’dan l-Artikolu. Minn hemm ‘il quddiem, il-produtturi tal-Komunità għandhom, mhux aktar tard minn tlett xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin, ikunu intitolati li jippreżentaw talba għal reviżjoni skont il-paragrafu 2. Avviż li jħabbar l-iskadenza attwali tal-miżuri taħt dan l-Artikolu għandu wkoll jiġi ppubblikat.

Artikolu 19

Reviżjonijiet temporanji

1.   Il-ħtieġa ta’ impożizzjoni kontinwata ta’ miżuri tista’ wkoll tkun riveduta, meta hekk meħtieġ, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru jew, kemm-il darba jkun għadda żmien raġonevoli ta’ mill-anqas sena minn meta kien hemm l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi, wara talba ta’ xi esportatur, importatur jew tal-produtturi tal-Komunità jew il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni li jkun fiha biżżejjed provi li tagħti sustanza lill-ħtieġa ta’ reviżjoni temporanja.

2.   Reviżjoni temporanja għandha tinbeda meta t-talba jkun fiha provi biżżejjed li l-kontinwazzjoni tal-impożizzjoni tal-miżuri ma tkunx aktar meħtieġa biex tpaċi għas-sussidju ta’ kumpens u/jew li l-ħsara aktarx li ma tkomplix jew ma terġax isseħħ jekk il-miżura tkun imneħħija jew mibdula, jew li l-miżura eżistenti m’hijiex, jew m’għadhiex aktar, suffiċjenti biex tpatti għas-sussidju ta’ kumpens li jkun qed joħloq il-ħsara.

3.   Meta d-dazji ta’ kumpens imposti huma inqas mill-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens, tista’ tinbeda reviżjoni temporanja jekk il-produtturi Komunitarji jew xi parti oħra interessata jippreżentaw, normalment fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri, provi suffiċjenti li, wara l-perjodu oriġinali tal-investigazzjoni u qabel jew wara l-impożizzjoni tal-miżuri, il-prezzijiet tal-esportazzjoni naqqsu jew li ma kien hemm l-ebda moviment, jew moviment insuffiċjenti, ta’ prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid tal-prodott impurtat fil-Komunità. Jekk l-investigazzjoni turi li l-allegazzjonijiet kienu korretti, jistgħu jiżdiedu d-dazji ta’ kumpens biex tinkiseb iż-żieda fil-prezz meħtieġa biex titneħħa l-ħsara. Madankollu, il-livell ta’ dazju miżjud ma għandux jeċċedi l-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens.

Ir-reviżjoni temporanja tista’ tinbeda wkoll, taħt il-kondizzjonijiet hawn fuq imsemmija, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba tal-Istati Membri.

4.   Fit-twettieq tal-investigazzjoniet skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ inter alia tikkunsidra jekk iċ-ċirkostanzi dwar is-sussidjar u l-ħsara tbidlux b’mod sinifikanti, jew jekk il-miżuri eżistenti humiex jiksbu r-riżultati mistennija billi jneħħu l-ħsara li tkun saret qabel skont l-Artikolu 8. F’dawn il-każijiet, għandha tiġi meqjusa d-deċiżjoni finali tal-provi kollha relevanti u dokumentati kif suppost.

Artikolu 20

Reviżjonijiet imħaffa

Kull esportatur li l-esportazzjonijiet tiegħu jkunu soġġetti għal dazju ta’ kumpens definittiv imma li ma kienx ġie investigat individwalment matul l-investigazzjoni oriġinali għal raġunijiet ħlief dik li kien ċaħad li jikkoopera mal-Kummissjoni, għandu jkun intitolat, wara talba, għal reviżjoni mħaffa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi malajr ir-rata tad-dazju ta’ kumpens individwali għal dak l-esportatur.

Reviżjoni bħal din għandha tingħata bidu wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-produtturi fil-Komunità jkunu ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom.

Artikolu 21

Rifużjonijiet

1.   Minkejja l-Artikolu 18, importatur jista’ jitlob ir-rifużjoni ta’ dazji miġbura meta jkun jidher li l-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens, li fuq il-bażi tagħhom kienu tħallsu d-dazji, ġew eliminati jew imnaqqsa għal livell taħt il-livell tad-dazju fis-seħħ.

2.   Meta jagħmel talba ta’ rifużjoni tad-dazji ta’ kumpens, l-importatur għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-Istat Membru fit-territorju li fih il-prodotti jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-ammont ta’ dazji definittivi li jkunu sejrin jiġu imposti kienu ġew determinati mill-awtoritajiet kompetenti jew tad-data li fiha kienet ittieħdet id-deċiżjoni definittiva li jinġabar l-ammont miksub permezz tad-dazju provviżorju. L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-talba lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

3.   Applikazzjoni għal rifużjoni għandha titqies biss li kienet sostanzjata kif suppost bi provi, meta din ikun fiha informazzjoni preċiża dwar l-ammont tar-rifużjoni tad-dazji ta’ kumpens kif mitluba u d-dokumentazzjoni kollha doganali marbuta mal-kalkoli u l-ħlasijiet ta’ dak l-ammont. Għandha tinkludi wkoll provi, għal perjodu rappreżentattiv, tal-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens għall-esportatur u għall-produttur li għalihom japplika d-dazju. Fil-każijiet fejn l-importatur ma jkunx assoċjat mal-esportatur jew mal-produttur ikkonċernat u din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli immedjatament, jew meta l-esportatur jew il-produttur ma jkunux jixtiequ jgħadduha lill-importatur, l-applikazzjoni għandha tinkludi stqarrija mill-esportatur jew mill-produttur li l-ammont ta’ sussidju ta’ kumpens ġie mnaqqas jew eliminat, kif speċifikat f’dan l-Artikolu, u li l-provi relevanti dwar dan sejra tingħata lill-Kummissjoni. Meta provi bħal dawn ma tkunx mogħtija mill-esportatur jew mill-produttur fi żmien raġonevoli, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda.

4.   Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tiddeċiedi jekk u sa liema grad l-applikazzjoni għandha tiġi milqugħa, jew tista’ tiddeċiedi f’xi żmien li tagħti bidu għal reviżjoni temporanja, fejn allura l-informazzjoni u s-sejbiet minn din ir-reviżjoni, immexxija skont id-dispożizzjonijiet li japplikaw għal dawn ir-reviżjonijiet, għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk u sa liema grad ir-rifużjoni tkun ġustifikata.

Ir-rifużjonijiet ta’ dazji għandhomu normalment isiru fi żmien 12-il xhar, u taħt l-ebda ċirkostanzi aktar minn 18-il xahar wara d-data li fiha tkun saret it-talba għar-rifużjoni, sostanzjata kif xieraq minn xiehda, minn importatur tal-prodott soġġett għal dazju ta’ kumpens.

Il-ħlas ta’ xi rifużjoni awtorizzat għandu normalment isir mill-Istati Membri fi żmien 90 jum mid-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar reviżjonijiet u rifużjonijiet

1.   Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament rigward proċeduri u t-twettieq ta’ investigazzjonijiet, esklużi dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ termini perentorji, għandhom jgħoddu għal kull reviżjoni mwettqa skont l-Artikoli 18, 19 u 20.

Ir-reviżjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jitwettqu b’mod mgħaġġel u normalment jintemmu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu tar-reviżjoni. Fi kwalunkwe każ, reviżjonijiet skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jintemmu fil-każijiet kollha fi żmien 15-il xahar minn meta jinbdew.

Reviżjonijiet skont l-Artikolu 20 għandhom f’kull każ jintemmu fi żmien disa’ xhur minn meta jinbdew.

Jekk reviżjoni mwettqa skont l-Artikolu 18 tinbeda waqt li tkun għaddejja reviżjoni taħt l-Artikolu 19 fl-istess proċeduri, ir-reviżjoni skont l-Artikolu 19 għandha tintemm fl-istess ħin kif mfisser hawn fuq għar-reviżjoni skont l-Artikolu 18.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta għal azzjoni lill-Kunsill mhux aktar tard minn xahar qabel ma jiskadi t-terminu perentorju hawn fuq imsemmi.

Jekk l-investigazzjoni ma tintemmx fit-termini perentorji hawn fuq imsemmija, il-miżuri għandhom:

(a)

jiskadu f’investigazzjonijiet skont l-Artikolu 18;

(b)

jiskadu fil-każ ta’ investigazzjonijiet mwettqa skont l-Artikoli 18 u 19 b’mod parallel, fejn jew l-investigazzjoni skont l-Artikolu 18 kienet inbdiet waqt li kienet għaddejja reviżjoni skont l-Artikolu 19 fl-istess proċeduri jew fejn dawk ir-reviżjonijiet inbdew fl-istess ħin; jew

(c)

jibqgħu l-istess f’investigazzjonijiet skont l-Artikoli 19 u 20.

Avviż li jxandar it-tmiem jew iż-żamma tal-miżuri skont dan il-paragrafu għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Reviżjonijiet skont l-Artikoli 18, 19 u 20 għandhom jingħataw bidu mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv.

3.   Meta jkunu meħtieġa mir-reviżjonijiet, il-miżuri għandhom jiġu mħassra jew miżmuma skont l-Artikolu 18, jew imħassra, miżmuma jew emendati skont l-Artikoli 19 u 20, mill-istituzzjoni tal-Komunità responsabbli għall-introduzzjoni tagħhom.

4.   Meta l-miżuri jiġu mħassra għall-esportaturi individwali, imma mhux għall-pajjiż kollu, dawk l-esportaturi għandhom jibqgħu soġġetti għall-proċeduri u jistgħu jerġgħu jiġu investigati f’xi reviżjoni sussegwenti li ssir għal dak il-pajjiż skont dan l-Artikolu.

5.   Meta tkun għaddejja reviżjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 19, fi tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri kif definiti fl-Artikolu 18, il-miżuri għandhom ukoll jiġu investigati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18.

6.   Fl-investigazzjonijiet kollha ta’ reviżjoni jew rifużjoni skont l-Artikoli 18 sa 21, il-Kummissjoni għandha, kemm-il darba ċ-ċirkostanzi ma jkunux inbidlu, tapplika l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju, b’attenzjoni xierqa għall-Artikoli 5, 6, 7 u 27.

Artikolu 23

Tidwir

1.   Id-dazji ta’ kumpens imposti skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu estiżi għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, tal-prodott simili, kemm jekk ftit modifikat kif ukoll jekk le, jew għal importazzjonijiet tal-prodott simili ftit modifikat mill-pajjiż li hu soġġett għall-miżuri, jew għalpartijiet minnu, meta jkun qed isir tidwir mill-miżuri fis-seħħ.

2.   Id-dazji ta’ kumpens li ma jeċċedux id-dazju ta’ kumpens residwu impost skont l-Artikolu 15(2) jistgħu jiġu estiżi għall-importazzjonijiet minn kumpanniji li jibbenefikaw minn dazji individwali fil-pajjiżi soġġetti għall-miżuri meta jkun qed isir tidwirmill-miżuri fis-seħħ.

3.   Tidwir għandu jiġi mfisser bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-Komunità jew bejn kumpanniji individwali fil-pajjiż soġġett għall-miżuri u l-Komunità, li tinħoloq minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni tajba jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti ħlief l-impożizzjoni tad-dazju, u fejn ikun hemm provi ta’ ħsara jew li l-effetti tad-dazju biex iġibu rimedju qiegħdin jiddgħajfu fir-rigward tal-prezzijiet u/jew il-kwantitajiet tal-prodott simili u li l-prodott simili impurtat u/jew partijiet minnu għadhom jibbenefikaw mis-sussidju.

Il-prattika, proċess jew ħidma msemmija fl-ewwel subparagrafujinkludu, inter alia:

(a)

il-modifika żgħira tal-prodott ikkonċernat biex jaqa’ taħt kodiċijiet doganali li normalment ma humiex soġġetti għall-miżuri, sakemm il-modifika ma tibdilx il-karatteristiċi essenzjali tiegħu;

(b)

il-kunsinna tal-prodott soġġett għall-miżuri permezz ta’ pajjiżi terzi; u

(c)

l-organizzazzjoni mill-ġdid mill-esportaturi jew il-produtturi tax-xejriet tagħhom u tal-kanali tal-bejgħ fil-pajjiż soġġett għall-miżuri sabiex eventwalment il-prodotti tagħhom jiġu esportati lejn il-Komunità permezz ta’ produtturi li jibbenefikaw minn dazju individwali li hu inqas minn dak li japplika għall-prodotti tal-fabbrikanti.

4.   L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru jew xi parti interessata fuq il-bażi ta’ provi suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-bidu tal-investigazzjonijiet għandu jsir, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, permezz ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jista’ wkoll jagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 24(5) jew li jitolbu garanziji.

L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, li tista’ tkun assistita minn awtoritajiet doganali u għandhom jintemmu fi żmien disa’ xhur.

Jekk il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv. Il-proposta għandha tiġi adottata mill-Kunsill kemm-il darba ma jiddeċiedix b’maġġoranza sempliċi li ma jaċċettax il-proposta, fi żmien xahar wara li tkun ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni.

L-estensjoni tibda’ sseħħ mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 24(5) jew li fiha ġew mitluba l-garanziji. Id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar proċedura ta’ dan ir-Regolament rigward il-bidu u t-tmexxija ta’ investigazzjonijiet għandhom japplikaw skont dan l-Artikolu.

5.   L-importazzjonijiet m’għandhomx ikunu suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 24(5) jew għal miżuri meta jkunu negozjati minn kumpanniji li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet.

6.   It-talbiet għall-eżenzjonijiet debitament sostnuti minn provi għandhom jiġu ppreżentati fit-termini perentorji stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni li jibda’ l-investigazzjoni.

Meta l-prattika, proċess jew ħidma ta’ tidwir issir barra mill-Komunità, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat li jistgħu juru li ma għandhom l-ebda relazzjoni ma’ xi produttur li hu suġġett għall-miżuri li jinstabu li ma humiex iwettqu prattiċi ta’ tidwir kif imfisser fil-paragrafu 3.

Meta l-prattika, proċess jew ħidma ta’ tidwir issir ġewwa l-Komunità, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet lill-importaturi li jistgħu juru li ma għandhom l-ebda relazzjoni ma’ produtturi li huma soġġetti għall-miżuri.

Dawn l-eżenzjonijiet jingħataw b’deċiżjoni tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv jew b’deċiżjoni tal-Kunsill li timponi l-miżuri u għandhom jibqgħu validi għall-perjodu u skont il-kondizzjonijiet hemm stabbiliti.

Sakemm jiġu osservati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20, l-eżenzjonijiet jistgħu wkoll jingħataw wara li tintemm l-investigazzjoni li twassal għall-estensjoni tal-miżuri.

7.   Sakemm tgħaddi għall-inqas sena mill-estensjoni tal-miżuri, u fil-każ fejn in-numru ta’ partijiet li jitolbu jew x’aktarx jitolbu eżenzjoni jkun sinifikattiv, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi tibda’ reviżjoni tal-estensjoni tal-miżuri. Kull reviżjoni bħal dik għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(1) kif applikabbli rigward reviżjonijiet skont l-Artikolu 19.

8.   Xejn f’dan l-Artikolu ma jipprekludi l-applikazzjoni normali tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Id-dazji ta’ kumpens provviżorji jew definittivi għandhom ikunu imposti b’Regolament, u miġbura mill-Istati Membri fil-forma, bir-rata speċifikata u skont il-kriterji l-oħra mniżżla fir-Regolament li jimponi dawn id-dazji. Dawn id-dazji għandhom jinġabru indipendentement mid-dazji doganali, taxxi u piżijiet oħra normalment imposti fuq l-importazzjonijiet.

L-ebda prodott m’għandu jkun soġġett la għal dazju kontra d-dumping u lanqas għal dazju ta’ kumpens bil-għan li titratta l-istess sitwazzjoni li toriġina mid-dumping jew mis-sussidju fuq l-esportazzjoni.

2.   Ir-Regolamenti li jimponu dazji ta’ kumpens provviżorji jew definittivi, u r-Regolamenti jew Deċiżjonijiet li jaċċettaw impenji jew li jikkonkludu l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri, għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dawn ir-Regolamenti jew Deċiżjonijiet għandhom partikolarment jinkludu, u b’attenzjoni għal dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali, l-ismijiet tal-esportaturi, jekk possibbli, jew tal-pajjiżi involuti, deskrizzjoni tal-prodott u sommarju tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet relevanti għad-determinazzjoni tas-sussidju u l-ħsara. F’kull każ, għandha tintbagħat kopja tar-Regolament jew Deċiżjoni lil dawk il-partijiet interessati li huma magħrufa. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-reviżjonijiet.

3.   Dispożizzjonijiet speċjali, partikolarment dwar id-definizzjoni komuni tal-kunċett tal-oriġini, kif jinstab fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4), jistgħu jiġu adottati skont dan ir-Regolament.

4.   Fl-interess tal-Komunità, il-miżuri imposti skont dan ir-Regolament jistgħu, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, jiġu sospiżi b’deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta’ disa’ xhur. Is-sospensjoni tista’ tiġġedded għal perjodu ieħor, li ma jeċċedix sena, jekk il-Kunsill hekk jiddeċiedi, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-proposta għandha tiġi adottata mill-Kunsill kemm-il darba ma jiddeċiedix b’maġġoranza sempliċi li jirrifjuta l-proposta, fi żmien xahar wara li tkun ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni.

Il-miżuri jistgħu biss jiġu sospiżi meta l-kondizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sa dak il-livell li mhux probabbli li jerġa’ jkun hemm ħsara bħala riżultat tas-sospensjoni, u kemm-il darba l-industrija Komunitarja tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawn il-kummenti jkunu ġew meqjusa. Il-miżuri jistgħu, f’kull ħin u wara konsultazzjoni, jerġgħu jitqiegħdu mill-ġdid jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx tgħodd aktar.

5.   Il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi approprjati biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni.

L-importazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Komunità li jkun fiha provi suffiċjenti li tiġġustifika dik l-azzjoni.

Ir-registrazzjoni għandha tiddaħħal b’Regolament li għandu jispeċifika l-iskop tal-azzjoni u, jekk ikun approprjat, l-ammont stmat ta’ obbligazzjoni futura possibbli. L-importazzjonijiet m’għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn disa’ xhur.

6.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport kull xahar lill-Kummissjoni, dwar il-kummerċ tal-importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri, u dwar l-ammont ta’ dazji miġbura bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista’ titlob l-Istati Membri, fuq bażi ta’ każ b’każ, li jagħtu l-informazzjoni neċessarja biex isir monitoraġġ effiċjenti fuq l-applikazzjoni tal-miżuri. F’dan ir-rigward jgħoddu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3) u (4). Kull data ppreżentata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu tkun koperta bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29(6).

Artikolu 25

Konsultazzjonijiet

1.   Il-konsultazzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, ħlief għal dawk li għalihom issir referenza fl-Artikolu 10(7) u 11(10), għandhom iseħħu fi ħdan Kumitat Konsultattiv, li għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta’ kull Stat Membru, b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala president. Il-konsultazzjonijiet għandhom iseħħu immedjatament fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, u f’kull każ f’perjodu ta’ żmien li jippermetti li l-limiti ta’ żmien stabbiliti b’dan ir-Regolament jinżammu.

2.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta jiġi msejjaħ mill-president tiegħu. Huwa għandu jibgħat lill-Istati Membri, kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem ta’ xogħol qabel il-laqgħa, l-informazzjoni rilevanti kollha.

3.   Fejn meħtieġ, il-konsultazzjoni tista’ ssir bil-kitba biss. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri u għandha tispeċifika perjodu li matulu huma jkunu intitolati li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom jew li jitolbu konsultazzjoni orali li l-President għandu jorganizza, sakemm il-konsultazzjoni orali bħal din tkun tista’ ssir f’perjodu ta’ żmien li jippermetti li l-limiti ta’ żmien stabbiliti b’dan ir-Regolament jinżammu.

4.   Il-konsultazzjoni għandha tkopri, b’mod partikolari:

(a)

l-eżistenza tas-sussidji ta’ kumpens u l-metodi ta’ kif ikun stabbilit l-ammont tagħhom;

(b)

l-eżistenza u l-ammont tal-ħsara;

(c)

il-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u l-ħsara;

(d)

il-miżuri li, fiċ-ċirkustanzi, huma xierqa biex ma jħallux jew jirrimedjaw il-ħsara kkawżata mis-sussidji ta’ kumpens u l-modi u l-metodi li bihom dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ.

Artikolu 26

Żjarat ta’ verifika

1.   Il-Kummissjoni għandha, meta jidhrilha li jkun il-każ, tagħmel żjarat biex teżamina d-dokumenti tal-importaturi, tal-esportaturi, tan-negozjanti, tal-aġenti, tal-produtturi, tal-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u tal-organizzazzjonijiet, biex tivverifika l-informazzjoni provduta dwar is-sussidji u l-ħsara. Fin-nuqqas ta’ tweġiba xierqa u fil-ħin, żjara ta’ verifika ma tistax issir.

2.   Il-Kummissjoni tista’ twettaq investigazzjonijiet f’pajjiżi terzi kif meħtieġ, sakemm dan isir bi ftehim mad-ditti kkonċernati, tavża lill-pajjiż involut u dan tal-aħħar ma jsib l-ebda oġġezzjoni għall-investigazzjoni. Malli l-ftehim mad-ditti kkonċernati jinkiseb, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tad-ditti li tkun se ssirilhom iż-żjara u dwar id-dati miftehma.

3.   Id-ditti kkonċernati għandhom jiġi mgħarrfa bin-natura tal-informazzjoni li trid tiġi vverifikata matul iż-żjarat tal-verifika u kull informazzjoni oħra li teħtieġ li tiġi provduta matul dawn iż-żjarat, għalkemm dan m’għandux iżomm milli jsiru talbiet għal aktar dettalji, matul il-verifika, fid-dawl tal-informazzjoni miksuba.

4.   Fl-investigazzjonijiet imwettqa bis-saħħa tal-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn uffiċjali ta’ dawk l-Istati Membri li jitolbu hekk.

Artikolu 27

Teħid ta’ kampjuni

1.   Fil-każi fejn in-numru ta’ dawk li jagħmlu l-ilmenti, l-esportaturi jew l-importaturi, it-tipi ta’ prodotti jew it-transazzjonijiet ikun kbir, l-investigazzjoni tista’ tkun limitata għal:

(a)

numru raġonevoli ta’ partijiet, prodotti jew transazzjonijiet billi jintużaw kampjuni li huma statistikament validi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għażla; jew

(b)

l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, tal-bejgħ jew tal-esportazzjoni li raġonevolment jista’ jkun investigat fiż-żmien disponibbli.

2.   L-għażla tal-partijiet, it-tipi ta’ prodotti jew it-transazzjonijiet magħmula skont dan l-Artikolu għandha titħalla f’idejn il-Kummissjoni, għalkemm għandha tingħata preferenza għall-għażla ta’ kampjun b’konsultazzjoni ma’, u bil-kunsens tal-partijiet ikkonċernati, sakemm dawn il-partijiet ikunu identifikaw irwieħhom u għamlu biżżejjed informazzjoni disponibbli, fi żmien tlett ġimgħat mill-bidu tal-investigazzjoni, sabiex ikun possibbli li jintgħażel kampjun rappreżentattiv.

3.   F’każijiet fejn l-eżami kien limitat skont dan l-Artikolu, ammonti individwali ta’ sussidji ta’ kumpens għandhom ikunu kalkulati għal kull esportatur jew produttur li fil-bidu ma kienx ġie magħżul li jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ żmien provduti f’dan ir-Regolament, ħlief fejn in-numru ta’ esportaturi jew produtturi jkun hekk kbir li jagħmel eżami individwali diffiċli wisq u jipprevjeni li l-investigazjoni tkun konkluża fi żmien xieraq.

4.   Fejn ikun deċiż li jittieħed kampjun u fejn ikun hemm livell ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni minn uħud jew mill-partijiet kollha magħżula li aktax li materjalment taffettwa r-riżultat tal-investigazzjoni, jista’ jintagħżel kampjun ġdid.

B’danakollu, jekk jippersisti n-nuqqas materjali ta’ koperazzjoni jew jekk ma jkunx hemm żmien biżżejjed biex jintagħżel kampjun ġdid, id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 28 għandhom japplikaw.

Artikolu 28

Nuqqas ta’ koperazzjoni

1.   Fil-każijiet fejn parti interessata tiċħad l-aċċess għal, jew b’mod ieħor ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ żmien stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jew tostakola b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, fil-pożittiv jew fin-negattiv, jistgħu jittieħdu fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun forniet informazzjoni falza jew li tqarraq, l-informazzjoni għandha tiġi mwarrba u għandu jsir użu mill-fatti disponibbli.

Il-partijiet interessati għandhom jiġu mwissija bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni.

2.   In-nuqqas li tingħata tweġiba permezz ta’ kompjuter m’għandux ikun meqjus bħala nuqqas ta’ koperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li jekk tippreżenta t-tweġiba kif mitluba jinħoloq piż żejjed mhux raġonevoli jew spejjeż żejda mhux raġonevoli.

3.   Meta l-informazzjoni mogħtija minn xi parti interessata ma tkunx ideali fl-aspetti kollha, din xorta m’għandhiex tiġi mwarrba, kemm-il darba n-nuqqasijiet ma jkunux tali li joħolqu diffikultà żejda sabiex wieħed jasal għas-sejba raġonevolment eżatta u li l-informazzjoni tkun ippreżentata fi żmien tajjeb u tkun tista’ tiġi verifikata, u li l-parti tkun imxiet bl-aħjar kapaċità tagħha.

4.   Jekk il-provi jew l-informazzjoni ma jiġux aċċettati, il-parti li tkun forniet dawn għandha tiġi mgħarrfa immedjatament bir-raġunijiet u għandha tingħata opportunità li tipprovdi aktar spjegazzjoni fil-limitu ta’ żmien speċifikat. Jekk l-ispjegazzjonijiet ma jitqiesux li huma sodisfaċenti, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ dawn il-provi jew informazzjoni għandhom isiru magħrufa u jingħataw fil-pubblikazzjoni tas-sejbiet.

5.   Jekk id-deċiżjonijiet, inklużi dawk dwar l-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens, ikunu bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, inkluża l-informazzjoni mogħtija fl-ilment, għandu, fejn ikun prattikabbli u b’konsiderazzjoni għal-limiti ta’ żmien tal-investigazzjoni, jiġu vverifikati b’referenza għall-informazzjoni minn sorsi oħra indipendenti li jistgħu jkunu disponibbli, bħal ma huma listi ta’ prezzijiet ippubblikati, statistika uffiċjali tal-importazzjoni u prospetti doganali, jew informazzjoni miksuba minn partijiet oħra interessati matul l-investigazzjoni. →1 Din l-informazzjoni tista’ tinkludi data rilevanti li tappartjeni lis-suq dinji jew swieq rappreżentattivi oħra, fejn ikun xieraq.

6.   Jekk xi parti interessata ma tikkooperax, jew tikkopera biss parzjalment, hekk li tiġi miżmuma xi informazzjoni relevanti, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkoperat.

Artikolu 29

Kunfidenzjalità

1.   Kull informazzjoni li min-natura tagħha hija kunfidenzjali (per eżempju, minħabba li l-iżvelar tagħha jista’ jkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista’ joħloq effett negattiv sinifikanti fuq xi persuna li tkun forniet l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandu tkun waslet l-informazzjoni), jew li tingħata fuq bażi kunfidenzjali mill-partijiet għall-investigazzjoni għandha, jekk tintwera raġuni valida, tiġi trattata bħala tali mill-awtoritajiet.

2.   Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni kunfidenzjali għandhom ikunu mitluba li jipprovdu sommarju tagħha li ma tkunx kunfidenzjali. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu ftehim raġonevoli tas-sostanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn il-partijiet jistgħu jindikaw li din l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi preżentata f’sommarju. F’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, għandha tingħata stqarrija tar-raġunijiet għaliex m’huwiex possibbli li jsir sommarju.

3.   Jekk jitqies li talba għal kunfidenzjalità m’hijiex ġustifikata u jekk il-fornitur tal-informazzjoni jew ma jkunx dispost li jforni l-informazzjoni inkella li jawtorizza l-iżvelar tagħha f’forma ġeneralizzata jew sommarja, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata sakemm ma jistax jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta. It-talbiet għall-kunfidenzjalità m’għandhomx jiġu miċħuda arbitrarjament.

4.   Dan l-Artikolu m’għandux ifixkel l-iżvelar ta’ informazzjoni ġenerali mill-awtoritajiet tal-Komunità, u partikolarment tar-raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu d-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament, u lanqas l-iżvelar tal-provi li qagħdu fuqha l-awtoritajiet tal-Komunità sakemm din hija meħtieġa biex jiġu spjeġati r-raġunijiet fil-proċeduri tal-qorti. Dan l-iżvelar għandu jieħu kont tal-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati li s-sigrieti tagħhom kummerċjali jew tal-gvern m’għandhomx jiġu żvelati.

5.   Il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta’ dawn, m’għandhomx jiżvelaw ebda informazzjoni li jkunu rċevew skont dan ir-Regolament, li għaliha l-fornitur ikun talab trattament kunfidenzjali, mingħajr il-permess speċifiku mingħand il-fornitur. Skambji ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew xi informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 25, jew il-konsultazzjonijiet deskritti fl-Artikoli 10(7) u 11(10), jew xi dokument intern preparat mill-awtoritajiet tal-Komunità jew l-Istati Membri tagħha, m’għandhomx jiġu żvelati ħlief kif speċifikament stabbilit f’dan ir-Regolament.

6.   L-informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun ġiet mitluba.

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tipprekludi l-użu ta’ informazzjoni riċevuta fil-kuntest ta’ investigazzjoni waħda għall-għan li jingħataw bidu għal investigazzjonijiet oħra fl-istess proċediment rigward l-istess prodott simili.

Artikolu 30

L-iżvelar

1.   Dawk li jagħmlu xi lment, l-importaturi u l-esportaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jistgħu jitolbu l-iżvelar tad-dettalji li huma l-bażi tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom il-miżuri provviżorji kienu ġew imposti. Talbiet għal dan l-iżvelar għandhom isiru bil-miktub immedjatament wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, u l-iżvelar għandu jsir wara, bil-miktub, kemm jista’ jkun malajr.

2.   Il-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitolbu l-iżvelar finali tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi, jew l-għeluq ta’ investigazzjoni jew proċeduri mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri, u għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-iżvelar ta’ xi fatti jew konsiderazzjonijiet li huma differenti minn dawk użati għal kull miżura provviżorja.

3.   Talbiet għal żvelar finali għandhom isiru bil-miktub u jkunu indirizzati lill-Kummissjoni u għandhom jaslu, f’dawk il-każijiet fejn ġie applikat dazju provviżorju, mhux aktar tard minn xahar mill-pubblikazzjoni tal-impożizzjoni ta’ dak id-dazju. Meta ma jkunx ġie impost dazju provviżorju, il-partijiet għandhom jingħataw l-opportunità li jitolbu l-iżvelar finali fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni.

4.   L-iżvelar finali għandu jingħata bil-miktub. Dan għandu jsir, bil-konsiderazzjoni dovuta lill-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista’ jkun malajr u normalment, mhux aktar tard minn xahar qabel id-deċiżjoni definittiva jew il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ xi proposta għal azzjoni finali skont l-Artikoli 14 u 15. Meta l-Kummissjoni f’dak iż-żmien ma tkunx f’qagħda li tiżvela ċerti fatti jew konsiderazzjonijiet, huma għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr aktar tard.

L-iżvelar m’għandux jippreġudika xi deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq xi fatti jew konsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr.

5.   Ir-rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li jkun sar l-iżvelar finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu f’perjodu ta’ żmien stabbilit f’kull każ mill-Kummissjoni, li għandu jkun mill-anqas għaxart ijiem, waqt illi tingħata konsiderazzjoni xierqa lill-urġenza tal-kwistjoni.

Artikolu 31

Interess tal-Komunità

1.   Deċiżjoni dwar jekk l-interessi tal-Komunità jeħtieġux intervent għandha tkun ibbażata fuq stima tal-interessi kollha varji meħuda flimkien, inklużi l-interessi tal-industrija domestika u l-utenti u l-konsumaturi. Deċiżjoni skont dan l-Artikolu għandha ssir biss meta l-partijiet kollha jkunu ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom skont il-paragrafu 2. F’eżami bħal dan, il-ħtieġa li jkunu eliminati l-effetti ta’ tfixkil tal-kummerċ ta’ sussidji li joħolqu ħsara u li tkun imdaħħla mill-ġdid il-kompetizzjoni effettiva, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali. Il-miżuri, kif stabbiliti fuq il-bażi tas-sussidjar u l-ħsara misjuba, ma jistgħux jiġu applikati meta l-awtoritajiet, fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha ppreżentata, jistgħu jikkonkludu b’mod ċar li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li dawn il-miżuri jiġu applikati.

2.   Sabiex tiġi provduta bażi soda li fuqha l-awtoritajiet jistgħu jikkunsidraw il-fehmiet u l-informazzjoni kollha fid-deċiżjoni dwar jekk l-impożizzjoni jew le ta’ miżuri tkunx fl-interess tal-Komunità, min jagħmel l-ilmenti, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, l-utenti rapreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rapreżentattivi jistgħu, fil-limiti ta’ żmien speċifikati fl-avviż tal-bidu tal-investigazzjoni dwar id-dazju ta’ kumpens, jiżvelaw ruħhom u jipprovdu l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni, jew is-sommarji tagħha kif xieraq, għandhom ikunu disponibbli lill-partijiet l-oħra kif speċifikat f’dan il-paragrafu, u huma għandhom ikunu intitolati li jwieġbu għal din l-informazzjoni.

3.   Il-partijiet li jkunu mxew skont il-paragrafu 2 jistgħu jitolbu li jinstemgħu. Talbiet bħal dawn għandhom jiġu milqugħa jekk jiġu ppreżentati fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, u meta jagħtu r-raġuni, fit-termini tal-interess tal-Komunità, għaliex il-partijiet għandhom jinstemgħu.

4.   Il-partijiet li jkunu mxew skont il-paragrafu 2 jistgħu jagħmlu kummenti fuq l-applikazzjoni ta’ xi dazju provviżorju li kien impost. Dawn il-kummenti għandhom jaslu fi żmien xahar mill-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri sabiex jiġu kkunsidrati u huma, jew is-sommarji xierqa tagħhom, għandhom ikunu disponibbli għall-partijiet l-oħra li jkunu intitolati li jwieġbu għal dawn il-kummenti.

5.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta’ din l-analiżi, flimkien ma’ opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħatu lill-Kumitat Konsultattiv. Il-bilanċ tal-fehmiet espressi fil-Kumitat għandhom ikunu kkunsidrati mill-Kummissjoni f’kull proposta magħmula skont l-Artikoli 14 u 15.

6.   Il-partijiet li jkunu mxew skont il-paragrafu 2 jistgħu jitolbu li l-fatti u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom aktarx li jittieħdu d-deċiżjonijiet finali, ikunu disponibbli għalihom. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm huwa possibbli u mingħajr preġudizzju għal xi deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill.

7.   L-informazzjoni għandha tkun meqjusa biss jekk tkun sostnuta bi provi attwali li tagħti sustanza lill-validità tagħhom.

Artikolu 32

Relazzjonijiet bejn id-dazju ta’ kumpens ur-rimedji multilaterali

Jekk prodott impurtat ikun soġġett għal xi miżuri opposti imposti wara li jkun sar rikors għall-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim tal-Ftehim dwar is-Sussidji, u dawn il-miżuri jkunu xierqa għat-tneħħija tal-ħsara kkawżata mis-sussidji ta’ kumpens, minn kull dazju ta’ kumpens impost fir-rigward ta’ dak il-prodott għandu jiġi immedjatament sospiż, jew imħassar, kif xieraq.

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament m’għandux ifixkel l-applikazzjoni ta’:

(a)

xi regoli speċjali imniżżla fi ftehim milħuqa bejn il-Komunità u pajjiżi terzi;

(b)

ir-regolamenti tal-Komunità fis-settur tal-Agrikoltura u r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 (5) (KE) Nru 3448/93 (6), u (KE) Nru 1667/2006 (7). Dan ir-Regolament għandu jaħdem billi jikkumplimenta lil dawn ir-regolamenti u b’deroga mid-dispożizzjonijiet tagħhom li jeskludu l-applikazzjoni ta’ dazji ta’ kumpens;

(c)

miżuri speċjali, sakemm din l-azzjoni ma tmurx kontra l-obbligi tal-GATT.

Artikolu 34

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 2026/97 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VI.

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum waral-dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

G. SLAMEČKA


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

(2)  Ara l-Anness V.

(3)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.

(4)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(5)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104.

(6)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.

(7)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 1.


ANNESS I

LISTA ILLUSTRATTIVA TA’ SUSSIDJI FUQ L-ESPORTAZZJONI

(a)

L-għoti minn gvernijiet ta’ sussidji diretti lil xi ditta jew industrija, li jiddependu mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni.

(b)

Skemi ta’ żamma ta’ munita jew prattiċi simili li jinvolvu bonus fuq l-esportazzjonijiet.

(c)

Spejjeż tat-trasport intern u tal-ġarr fuq vjeġġi ta’ esportazzjoni, provdut jew imqabbad mill-gvernijiet, fuq kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk għal vjeġġi domestiċi.

(d)

L-għoti minn gvernijiet jew aġenziji tagħhom jew direttament jew indirettament permezz ta’ skemi mqabbda mill-gvern, ta’ prodotti jew servizzi importati jew domestiċi għall-użu fil-produzzjoni ta’ oġġetti għall-esportazzjoni, fuq termini jew kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk provduti għal prodotti jew servizzi simili jew f’kompetizzjoni diretta għall-użu fil-produzzjoni ta’ oġġetti għall-konsum domestiku, jekk (fil-każ ta’ prodotti) dawn it-termini jew kondizzjonijiet ikunu aktar favorevoli minn dawk kummerċjalment disponibbli (1) fis-swieq mondjali għall-esportaturi tagħhom.

(e)

L-eżenzjoni sħiħa jew parzjali, ir-remissjoni, jew id-differiment relatat b’mod speċifiku mal-esportazzjonijiet, ta’ taxxi diretti (2) jew piżijiet ta’ għajnuna soċjali mħallsa jew li għandhom jitħallsu mill-intrapriżi industrijali jew kummerċjali (3).

(f)

Il-konċessjoni ta’ tnaqqis speċjali direttament relatat mal-esportazzjonijiet jew l-imġieba fl-esportazzjoni, lil hinn minn dawk mgħotija rigward il-produzzjoni għall-konsum domestiku, fil-kalkolu tal-bażi li fuqu huma imposti t-taxxi diretti.

(g)

L-eżenzjoni jew ir-remissjoni, rigward il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti esportati, tat-taxxi indiretti (4) b’eċċess ta’ dawk imposti rigward il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti simili, meta jinbiegħu għall-konsum domestiku.

(h)

L-eżenzjoni jew ir-remissjoni jew id-differiment ta’ taxxi indiretti kumulattivi fi stadju aktar kmieni (5) fuq oġġetti jew servizzi użati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati, li jeċċedu l-eżenzjoni, ir-remissjoni jew id-differiment ta’ taxxi indiretti kumulattivi fi stadju aktar kmieni fuq oġġetti u servizzi użati fil-produzzjoni ta’ prodotti simili meta mibjugħa għall-konsum domestiku; sakemm, madanakollu, it-taxxi indiretti kumulattivi fi stadju aktar kmieni, jistgħu jiġu eżentati, mgħoddija jew differiti fuq prodotti esportati anki meta ma jkunux eżentati, mgħoddija jew differiti fuq prodotti simili meta dawn ikunu mibjugħa għall-konsum domestiku, jekk it-taxxi indiretti kumulattivi fi stadju aktar kmieni jkunu imposti fuq id-dħul li jkun użat fil-produzzjoni tal-prodott esportat (wara li ssir il-konċessjoni normali għall-iskart) (6). Dan l-oġġett għandu jiġi interpretat skont il-linji gwida fuq il-konsum tal-dħul fil-proċess tal-produzzjoni tal-Anness II.

(i)

Ir-remissjoni jew l-irtirar tal-ispejjeż fuq l-importazzjoni (7) iżjed minn dawk imposti fuq id-dħul impurtat li jiġu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (wara li ssir il-konċessjoni normali għall-iskart); kemm-il darba, madanakollu, li f’każijiet partikolari ditta tista’ tagħmel użu minn kwantità ta’ dħul fis-suq intern li jkun ekwivalenti għal, u li jkollu l-istess kwalità u karatteristiċi bħal, id-dħul impurtat bħala sostitut għalihom sabiex tgawdi minn din id-dispożizzjoni jekk il-ħidmiet tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni korrispondenti, it-tnejn iseħħu matul perjodu ta’ żmien raġonevoli, li ma jeċċedix is-sentejn. Dan l-oġġett għandu jiġi interpretat skont il-linji gwida fuq il-konsum tad-dħul fil-proċess tal-produzzjoni li jinsabu fl-Anness II u l-linji gwida fid-deċiżjoni dwar sistemi sostituti ta’ rtirar bħala sussidji għall-esportazzjoni li jinsabu fl-Anness III.

(j)

L-għoti minn gvernijiet (jew istituzzjonijiet speċjali kontrollati minn gvernijiet) ta’ garanzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni jew programmi ta’ assigurazzjoni, ta’ programmi ta’ assigurazzjoni jew garanziji kontra ż-żieda fl-ispejjeż tal-prodotti esportati jew ta’ programmi ta’ skambju ta’ riskju, bl-aħjar rati li ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż u t-telf operattivi fuq perjodu ta’ żmien twil tal-programmi.

(k)

L-għoti minn gvernijiet (jew istituzzjonijiet speċjali kontrollati minn u/jew li jaġixxu taħt l-awtorità tal-gvernijiet) ta’ krediti għall-esportazzjoni b’rati inqas minn dawk li huma attwalment iħallsu għall-fondi hekk użati (jew kien ikollhom iħallsu kieku kellhom jissellfu fis-swieq internazzjonali tal-kapital sabiex jiksbu fondi tal-istess maturità u termini ta’ kreditu oħra u denominati fl-istess munita bħall-kreditu għall-esportazzjoni), jew il-ħlas tagħhom fl-intier jew parti mill-ispejjeż minfuqa mill-esportaturi jew l-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jiksbu kreditu, sakemm jintużaw sabiex jiġi akkwistat vantaġġ materjali fit-termini tal-qasam ta’ kreditu għall-esportazzjoni.

Sakemm, madanakollu, li jekk Membru tal-WTO ikun parti minn impenn internazzjonali dwar il-krediti uffiċjali għall-esportazzjoni li magħha jagħmlu parti mill-anqas 12-il membru oriġinali mill-1 ta’ Jannar 1979 (jew impenn suċċessiv li kien ġie adottat minn dawk il-Membri oriġinali), jew jekk fil-prattika Membru tal-WTO japplika d-dispożizzjonijiet tar-rati tal-imgħax tal-impenn relevanti, il-prattika ta’ kreditu għall-esportazzjoni li tkun konformi ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, m’għandhiex titqies li hija sussidju għall-esportazzjoni.

(l)

Kull ħlas ieħor mill-kontijiet pubbliċi li jikkostitwixxi sussidju għall-esportazzjoni fis- sens tal-Artikolu XVI tal-GATT 1994.


(1)  “Kummerċjalment disponibbli” tfisser li l-għażla bejn prodotti domestiċi u impurtati mhijiex ristretta u tiddependi biss minn konsiderazzjonijiet kummerċjali.

(2)  Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:

“taxxi diretti” tfisser taxxi fuq il-pagi, il-qliegħ, 1-imgħax, il-kirjiet, il-jeddijiet miżmuma ta’ 1-awtur, u kull forma oħra ta’ dħul, kif ukoll taxxi fuq il-proprjetà,

“spejjeż fuq l-importazzjoni” tfisser tariffi, dazji, u kull xorta ta’ spejjeż fiskali oħra mhux inklużi band’ oħra f’din in-nota li għandhom jitħallsu fuq l-importazzjonijiet,

“taxxi indiretti” tfisser bejgħ, sisa, fatturat, valur miżjud, katina ta’ ħwienet, il-bolla, it-transferiment, taxxi fuq l-inventarju u fuq it-tagħmir, taxxi fuq il-fruntiera u kull tip ta’ taxxa minbarra taxxi diretti u spejjeż fuq l-importazzjoni,

taxxi indiretti “fi stadju aktar kmieni” huma t-taxxi ntaxxati fuq oġġetti u servizzi użati direttament jew indirettament fil-manifattura tal-prodott,

taxxi indiretti “kumulattivi” huma taxxi maqsuma f’diversi stadji fejn m’hemmx mekkaniżmu għall-kreditu tat-taxxa sussegwenti jekk l-oġġetti jew is-servizzi suġġetta għat-taxxa fi stadju partikolari tal-manifattura jintużaw fi stat sussegwenti tal-manifattura,

“remissjoni” tat-taxxi jinkludi r-rifużjoni jew it-tnaqqis tat-taxxi,

“remissjoni jew 1-irtirar” jinkludu 1-eżenzjoni parzjali jew kollha jew id-differiment fuq 1-ispejjeż tal-importazzjoni.

(3)  Differiment jista’ ma jammontax għal sussidju tal-esportazzjoni meta, per eżempju, piżijiet approprjati ta’ imgħax huma miġbura.

(4)  Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna, fil-paġna 2.

(5)  Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna, fil-paġna 2.

(6)  Il-punt (h) ma japplikax għal sistemi ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u aġġustament ta’ taxxa fuq il-fruntiera minflok; il-problema ta’ remissjoni eċċessiva ta’ taxi fuq il-valur miżjud hija esklużivament koperta bil- punt (g).

(7)  Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna, fil-paġna 2.


ANNESS II

LINJI GWIDA DWAR IL-KONSUM TAD-DĦULFIL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI  (1)

I

1.

Skemi ta’ tnaqqis ta’ taxxa indiretta jistgħu jippermettu eżenzjoni, remissjoni jew differiment ta’ taxxi indiretti kumulattivi minn stadju aktar kmieni imposti fuq dħul li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott esportat (wara li ssir il-konċessjoni normali għall-iskart). B'mod simili, l-iskemi tal-irtirar jistgħu jippermettu r-remissjoni jew l-irtirar ta’ spejjeż fuq l-importazzjoni imposti fuq id-dħul li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott esportat (wara li ssir il-konċessjoni normali għall-iskart).

2.

Il-lista illustrattiva ta’ sussidji fuq l-esportazzjoni fl-Anness I tagħmel referenza għat-terminu “dħul li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott esportat” fil-punti(h) u (i). Skont il-punt(h), l-iskemi ta’ tnaqqis ta’ taxxi indiretti jistgħu joħolqu sussidju fuq l-esportazzjoni sal-limitu li jirriżultaw f'eżenzjoni, remissjoni jew differiment tat-taxxi indiretti kumulattivi fl-istadju aktar kmieni lil hinn mill-ammont ta’ dawn it-taxxi li jkun attwalment impost fuq id-dħul li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Skont il-punt(i), skemi ta’ rtirar jistgħu joħolqu sussidju fuq l-esportazzjoni sal-limitu li huma jirriżultaw f'remissjoni jew irtirar ta’ spejjeż fuq l-importazzjoni lil hinn minn dawk attwalment imposti fuq id-dħul li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Iż-żewġ puntijistipulaw li għandha ssir il-konċessjoni normali għall-iskart fis-sejbiet dwar l-użu ta’ dħul fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Il-punt(i) jipprovdi wkoll għal sostituzzjoni, fejn xieraq.

II

3.

Fl-eżaminazzjoni dwar jekk id-dħul jintużax fil-produzzjoni tal-prodott esportat, bħala parti mill-investigazzjoni dwar dazju ta’ kumpens skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni normalment tipproċedi fuq il-bażi segwenti.

4.

Meta jiġi allegat illi xi skema għat-tnaqqis ta’ taxxa indiretta, jew skema ta’ irtirar, toħloq sussidju minħabba tnaqqis żejjed ta’ taxxi indiretti jew ta’ ħlasijiet tal-importazzjoni fuq id-dħul użat fil-produzzjoni tal-prodott esportat, il-Kummissjoni trid normalment l-ewwel tistabbilixxi jekk il-gvern tal-pajjiż tal-esportazzjoni jkollux eżistenti u japplikax sistema jew proċedura biex ikun aċċertat liema dħul jintuża fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti. Meta sistema jew proċedura bħal din tkun ikkonfermata li tapplika, il-Kummissjoni għandha mbagħad normalment teżamina s-sistema jew il-proċedura biex tara jekk tkunx raġonevoli, effettiva għall-iskop li għalih hija intenzjonata, u bbażata fuq prattiċi kummerċjali ġeneralment aċċettati fil-pajjiż tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni jista' jidhrilha li huwa neċessarju li twettaq, skont l-Artikolu 26(2), ċerti testijiet prattiċi sabiex tivverifika l-informazzjoni jew tissodisfa lilha nfisha illi s-sistema jew il-proċedura qiegħda tiġi applikata effettivament.

5.

Fejn ma hemmx sistema jew proċedura bħal din, fejn ma tkunx raġonevoli, jew fejn tkun istitwita u kkunsidrata raġonevoli imma jinstab li ma tkunx applikata jew li ma tkunx applikata effettivament, eżami ulterjuri mill-pajjiż tal-esportazzjoni bbażati fuq id-dħul attwali involut għandu normalment ikun meħtieġ li jsir fil-kuntest biex jiġi stabbilit jekk ikunx seħħ pagament eċċessiv. Jekk il-Kummissjoni tħoss li jkun meħtieġ, jista' jinżamm eżami ieħor skont il-punt 4.

6.

Il-Kummissjoni għandha normalment titratta d-dħul bħala fiżikament inkorporat jekk dan id-dħul ikun użat fil-proċess tal-produzzjoni u jkun fiżikament preżenti fil-prodott esportat. Id-dħul mhux bilfors li jkun preżenti fil-prodott finali bl-istess forma li biha jkun daħal fil-proċess tal-produzzjoni.

7.

Meta jiġi stabbilit l-ammont ta’ dħul partikolari li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott esportat, għandha normalment tiġi kkunsidrata “il-konċessjoni normali għall-iskart”, u dan l-iskart għandu normalment jiġi meqjus li ġie użat fil-produzzjoni tal-prodott esportat. It-terminu “skart” jirreferi għal dik il-parti tad-dħul partikolari li ma sservix funzjoni indipendenti fil-proċess tal-produzzjoni, ma tintużax fil-produzzjoni tal-prodott esportat (għal raġunijiet bħall-ineffiċjenza) u ma tkunx irkuprata, użata jew mibjugħa mill-istess fabbrikant.

8.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar jekk konċessjonijiet mitluba għall-qies tal-iskart tkunx “normali”, trid normalment tqis il-proċess tal-produzzjoni, l-esperjenza medja tal-industrija tal-pajjiż tal-esportazzjoni, u fatturi oħra tekniċi, kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha żżomm f'moħħha li mistoqsija importanti hija jekk l-awtoritajiet fil-pajjiż tal-esportazzjoni jkunux għamlu kalkolu raġonevoli tal-ammont ta’ skart, meta dan l-ammont ikun intenzjonat li jiġi inkluż fit-tnaqqis jew ir-remissjoni tat-taxxa jew dazju.


(1)  Dħul użat fil-proċess tal-produzzjoni huwa dħul fiżikament inkorporat, enerġija, karburanti u żejt użati fil-proċess tal-produzzjoni u katalisti li jitużaw tul l-użu tagħhom biex jiksbu l-prodott esportat.


ANNESS III

LINJI GWIDA FID-DEĊIŻJONI TA’ SISTEMI TA’ RTIRAR B’SOSTITUZZJONI BĦALA SUSSIDJI FUQ L-ESPORTAZZJONI

I

Is-sistemi ta’ rtirar jistgħu jippermettu r-rifużjoni jew l-irtirar ta’ spejjeż fuq l-importazzjoni fuq id-dħul li jintuża fil-proċess tal-produzzjoni ta’ prodott ieħor u meta l-esportazzjoni ta’ dan il-prodott ikun jinkludi dħul domestiku li jkollu l-istess kwalità u karatteristiċi bħal dawk preżentati għad-dħul tal-importazzjoni. Skont il-punt(i) tal-Anness I, is-sistemi ta’ rtirar ta’ sostituzzjoni jistgħu jkunu sussidju fuq l-esportazzjoni sal-limitu li jirriżultaw f’irtirar lil hinn mill-ispejjeż fuq l-importazzjoni li jkunu imposti inizjalment fuq id-dħul importat li għalih tkun qed issir talba għall-irtirar.

II

Meta jsir eżami ta’ sistema ta’ rtirar ta’ sostituzzjoni bħala parti minn investigazzjoni ta’ dazji ta’ kumpens skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni trid normalment tipproċedi fuq il-bażi li ġejja:

1.

il-punt(i) tal-Anness I jistipula li d-dħul fis-suq nazzjonali jista’ jkun sostitwit għad-dħul tal-importazzjoni fil-produzzjoni ta’ prodott għall-esportazzjoni sakemm dan id-dħul ikun ugwali fil-kwantità għal, u jkollhom l-istess kwalità u karatteristiċi bħal, id-dħul impurtat li jkun qiegħed jiġi sostitwit. L-eżistenza ta’ sistema jew proċedura ta’ verifikazzjoni hija importanti għaliex tagħmilha possibbli għall-gvern ta’ pajjiż tal-esportazzjoni li jassigura u juri li l-kwantità ta’ dħul li għalih ikun hemm talba għall-irtirar ma jeċċedix il-kwantità ta’ prodotti simili esportati, fi kwalunkwe forma, u li ma jkunx hemm l-irtirar ta’ spejjeż fuq l-importazzjoni lil hinn minn dawk oriġinarjament imposti fuq id-dħul impurtat f’dak il-każ;

2.

meta jkun hemm allegazzjoni li sistema tal-irtirar ta’ sostituzzjoni toħloq sussidju, il-Kummissjoni trid normalment l-ewwel tipproċedi biex tistabbilixxi jekk il-gvern tal-pajjiż tal-esportazzjoni jkollux u japplikax sistema jew proċedura ta’ verifika. Meta sistema jew proċedura bħal din tiġi konfermata li tapplika, il-Kummissjoni għandha normalment imbagħad teżamina l-proċeduri ta’ verifika sabiex tara jekk dawn ikunux raġonevoli, effettivi għall-iskop li għalih kienu intenzjonati, u bbażati fuq prattiċi kummerċjali ġeneralment aċċettati fil-pajjiż tal-esportazzjoni. Sal-limitu li l-proċeduri huma misjuba li jissodisfaw dan it-test u jiġu applikati b’mod effettiv, l-ebda sussidju m’għandu jiġi preżunt li jeżisti. Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li jkun meħtieġ li twettaq, skont l-Artikolu 26(2), ċerti testijiet prattiċi sabiex tivverifika l-informazzjoni jew tissodisfa lilha nnfisha li l-proċeduri ta’ verifika qegħdin jiġu applikati effettivament;

3.

meta ma jkunx hemm proċeduri ta’ verifika, fejn ma jkunux ragonevoli, jew fejn dawn il-proċeduri jkunu mwaqqfa u kkunsidrati raġonevoli imma jinstab li ma jkunux attwalment qegħdin jiġu applikati jew applikati effettivament, jista’ jkun hemm sussidju. F’każijiet bħal dawn, eżaminazzjoni ulterjuri mill-pajjiż tal-esportazzjoni bbażata fuq it-transazzjonijiet attwali involuti għandhom jiġu mwettqa sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx sar ħlas eċċessiv. Jekk il-Kummissjoni tħoss li jkun meħtieg, jista’ jsir eżami ieħor skont il-punt 2;

4.

l-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet ta’ rtirar b’sostituzzjoni li biha l-esportaturi jistgħu jagħżlu l-vjeġġi ta’ importazzjoni partikolari li fuqhom ikun hemm pretensjoni ta’ rtirar, m’għandhiex minnha nfisha tkun meqjusa li twassal għal sussidju;

5.

l-irtirar eċċessiv ta’ spejjeż fuq l-importazzjoni skont it-tifsira fil-punt(i) tal-Anness I, huwa meqjus li jeżisti meta l-gvernijiet ħallsu l-imgħax fuq xi flejjes li tħallsu lura taħt l-iskemi tal-irtirar tagħhom, sal-limitu tal-imgħax attwalment imħallas jew li għandu jitħallas.


ANNESS IV

(Dan l-Anness jirriproduċi l-Anness 2 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. It-termini jew l-espressjonijiet li m’humiex spjegati hawnhekk jew li m’humiex spjegati minnhom infushom għandhom jiġu interpretati fil-kuntest ta’ dak il-Ftehim.)

APPOĠĠ DOMESTIKU: IL-BAŻI tal-EŻENZJONI MINN IMPENJI TA’ TNAQQIS

1.

Miżuri ta’ appoġġ domestiku li għalihom ikun hemm talba għal eżenzjoni mill-impenji tat-tnaqqis għandhom jilħqu l-ħtieġa fundamentali li ma jkollhom ebda, jew li jkollhom effetti minimi ta’ tgħawwiġ tal-kummerċ jew effetti fuq il-produzzjoni. Għaldaqstant, il-miżuri kollha li għalihom issir talba għall-eżenzjoni għandhom ikunu konformi mal-kriterji bażiċi li ġejjin:

(a)

l-appoġġ f’dan il-każ għandu jingħata permezz ta’ programm governattiv ta’ fondi pubbliċi (inkluż id-dhul governattiv li nħafer) li ma jinvolvix trasferimenti mill-konsumaturi; u

(b)

l-appoġġ f’dan il-każ ma jkollux l-effett li jipprovdi appoġġ fil-prezz għall-fabbrikanti;

kif ukoll kriterji ta’ politika speċifika u kondizzjonijiet kif imniżżla hawn taħt.

Programmi ta’ servizzi governattivi

2.   Servizzi ġenerali

Il-politika f’din il-kategorija tinvolvi nefqa (jew dħul maħfur) marbuta ma’ programmi li jipprovdu servizzi jew benefiċċji lill-agrikoltura jew lill-komunitajiet rurali. M’għandhomx ikunu involuti pagamenti diretti lill-produtturi jew lil dawk li jipproċessaw. Programmi bħal dawn, li jinkludu imma li m’humiex limitati għall-lista li ġejja, għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali fil-punt 1 u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-politika fejn ikunu imniżżla hawn taħt:

(a)

riċerka, inkluża r-riċerka ġenerali, ir-riċerka marbuta ma’ programmi ambjentali, u l-programmi ta’ riċerka marbuta ma’ prodotti partikolari;

(b)

kontroll kontra l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara u kontra l-mard, inklużi miżuri ta’ kontroll kontra l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara u l-mard li jkunu speċifiċi għall-prodott, bħal ma huma sistemi ta’ twissija bikrija, il-kwarantina u l-qerda;

(c)

servizzi ta’ taħriġ, inklużi faċilitajiet ta’ taħriġ kemm ġenerali u speċifiċi;

(d)

servizzi ta’ estensjoni u konsultattivi, inkluż l-għoti ta’ mezzi sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment ta’ informazzjoni u r-riżultati tar-riċerka lill-produtturi u lill-konsumaturi;

(e)

servizzi ta’ spezzjoni, inklużi servizzi ta’ spezzjoni ġenerali u l-ispezzjoni ta’ prodotti partikolari għall-finijet ta’ saħħa, sigurtà, gradament jew standardizzazzjoni;

(f)

servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni, inkluża informazzjoni dwar is-suq, pariri u promozzjoni dwar prodotti partikolari imma eskluża n-nefqa għal skopijiet mhux speċifikati li jistgħu jintużaw mill-bejjiegħa biex inaqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom jew biex jagħtu benefiċċju ekonomiku dirett lix-xerrejja; u

(g)

servizzi infrastrutturali, inklużi: it-tqassim tal-elettriku, it-toroq u mezzi oħra ta’ trasport, il-faċilitajiet tas-swieq u l-portijiet, il-faċilitajiet tal-provvista tal-ilma, l-iskemi ta’ digi u drenaġġi, u x-xogħol infrastrutturali marbut ma’ programmi ambjentali. Fil-każi kollha n-nefqa għandha tkun diretta għall-provvista jew il-kostruzzjoni ta’ xogħolijiet kapitali biss, u għandha teskludi l-provvista b’sussidju ta’ faċilitajiet tal-irziezet ħlief għal dawk tat-tqassim ġenerali ta’ bżonnijiet pubbliċi disponibbli. M’għandhiex tinkludi sussidji fuq id-dħul jew l-ispejjeż għat-tħaddim, jew xi ħlasijiet preferenzjali ta’ użu.

3.   Ħażna pubblika għal skopijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1)

Nefqa (jew dħul maħfur) f’dak li għandu x’jaqsam mal-akkumulazzjoni u l-ħażna ta’ stokkijiet ta’ prodotti li jkunu jagħmlu parti integrali minn programm ta’ sigurtà tal-ikel li jkun identifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali. Din tista’ tinkludi għajnuna governattiva għal ħażniet privati ta’ prodotti bħala parti minn dan il-programm.

Il-volum u l-akkumulazzjoni ta’ dawn il-ħażniet għandu jkun jaqbel ma’ miri predeterminati li jkollhom x’jaqsmu biss mas-sigurtà tal-ikel. Il-proċess tal-akkumulazzjoni ta’ ħażniet u l-użu tagħhom għandu jkun finanzjarjament trasparenti. Ix-xiri ta’ ikel mill-gvern għandu jsir bil-prezzijiet kurrenti tas-suq u l-bejgħ mill-ħażniet ta’ sigurtà tal-ikel għandu jsir bi prezz li ma jkunx anqas minn dak kurrenti fis-suq domestiku għall-prodott u l-kwalità applikabbli.

4.   Għajnuna għal ikel domestiku (2)

In-nefqa (jew dħul maħfur) f’dak li għandu x’jaqsam mal-għoti ta’ għajnuna ta’ ikel domestiku lil sezzjonijiet tal-popolazzjoni li jkunu fil-bżonn.

L-eliġibbiltà biex tirċievi l-għajnuna ta’ ikel għandha tkun soġġetta għal kriterji definiti b’mod ċar dwar l-għanijiet ta’ nutriment. Din l-għajnuna għandha tkun fil-forma ta’ għotja diretta ta’ ikel lil dawk ikkonċernati jew l-għotja ta’ mezzi li jħallu lill-persuni eliġibbli li jirċievu li jixtru ikel bi prezzijiet tas-suq jew sussidjati. Xiri ta’ ikel mill-gvern għandu jsir bil-prezzijiet kurrenti tas-suq u l-iffinanzjar u l-amministrazjoni tal-għajnuna għandhom ikunu trasparenti.

5.   Pagamenti diretti lill-produtturi

Appoġġ provdut permezz ta’ pagamenti diretti (jew dħul maħfur, inkluż il-pagamenti magħmula bi prodotti) lill-produtturi li għaliha tkun ingħatat eżenzjoni minn impenji ta’ tnaqqis kif mitlub, għandha tilħaq il-kriterji bażiċi kif imniżżla fil-punt 1, kif ukoll il-kriterji speċifiċi li japplikaw għal tipi individwali ta’ pagamenti diretti kif imniżżla fil-punti 6 sa 13. Meta l-eżenzjoni mit-tnaqqis tkun mitluba għal kull tip eżistenti jew ġdid ta’ pagament dirett barra minn dawk speċifikati fil-punti 6 sa 13, għandha tkun konformi mal-kriterji mniżżla fil-punti 6(b) sa (e), minbarra l-kriterji ġenerali mniżżla fil-punt 1.

6.   Appoġġ fid-dħul separat

(a)

L-eliġibiltà għal dawn il-pagamenti għandha tkun stabbilita minn kriterji definiti b’mod ċar bħal ma huwa d-dħul, l-istatus ta’ produttur jew sid l-art, l-użu fattorjali jew livell ta’ produzzjoni f’perjodu ta’ żmien bażiku li jkun definit u fiss.

(b)

L-ammont ta’ dawn il-pagamenti matul sena partikolari m’għandux ikun relatat ma’, jew ibbażat fuq, it-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi l-annimali ħajjin) li jidħol għalih il-produttur matul xi sena wara l-perjodu ta’ żmien bażiku.

(c)

L-ammont ta’ dawn il-pagamenti matul sena partikolari m’għandux ikun relatat ma’, jew ibbażat fuq, il-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li jkunu applikabbli għal xi produzzjoni magħmula matul xi sena wara l-perjodu ta’ żmien bażiku.

(d)

L-ammont ta’ dawn il-pagamenti matul sena partikolari m’għandu jkollu ebda relazzjoni ma’, jew ikun ibbażat fuq, il-fatturi tal-produzzjoni użati matul xi sena wara l-perjodu ta’ żmien bażiku.

(e)

M’hi meħtieġa ebda produzzjoni sabiex tirċievi dawn il-pagamenti.

7.   Parteċipazzjoni finanzjarja governattiva f’assigurazzjoni tad-dħul u programmi għas-sigurtà tad-dħul

(a)

L-eliġibiltà għal dawn il-pagamenti għandha tkun stabbilita b’telf fid-dħul, wara li jittieħed kont biss tad-dħul li jkun ġej mill-agrikoltura, li jeċċedi 30 % tal-medja tad-dħul globali jew l-ekwivalenti f’termini ta’ dħul nett (esklużi l-pagamenti minn skemi li jkunu l-istess jew simili) matul il-perjodu preċedenti ta’ tlett snin jew il-medja ta’ tlett snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, eskluż l-għola u l-anqas entrata. Kull produttur li jilħaq dawn il-kondizzjonijiet għandu jkun eliġibbli biex jirċievi l-pagamenti.

(b)

L-ammont ta’ dawn il-pagamenti għandu jikkompensa għal anqas minn 70 % tat-telf fid-dħul tal-produttur fis-sena li l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-għajnuna.

(c)

L-ammont ta’ dawn il-pagamenti għandu jkollu x’jaqsam biss mad-dħul; m’għandu jkollu x’jaqsam xejn mat-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi l-unitajiet ta’ annimali ħajjin) li jidħol għalihom il-produttur; jew mal-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għal din il-produzzjoni; jew għall-fatturi tal-produzzjoni użata.

(d)

Meta l-produttur jirċievi pagamenti matul l-istess sena skont dan il-puntu skont il-punt 8 (għajnuna minn diżastri naturali), it-total ta’ dawn il-pagamenti għandu jkun inqas minn 100 % tat-telf totali tal-produttur.

8.   Pagamenti (magħmula direttament jew permezz ta’ parteċipazzjoni finanzjarja governattiva fi skemi ta’ assigurazzjoni tal-uċuħ) għal għajnuna minn diżastri naturali

(a)

L-eliġibiltà għal dawn il-pagamenti għandha toriġina biss wara għarfien formali mill-awtoritajiet governattivi illi diżastru naturali jew xi ħaġa simili (inkluż it-tixrid ta’ mard, infestazzjoni minn insetti, inċidenti nukleari, u gwerra fit-territorju tal-Membru kkonċernat) ikun seħħ jew ikun qiegħed iseħħ; u għandu jkun stabbilit b’telf fil-produzzjoni li jaqbeż it-30 % tal-medja tal-produzzjoni matul il-perjodu preċedenti ta’ tlett snin jew il-medja ta’ tlett snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, esklużi l-ogħla u l-anqas entrata.

(b)

Il-ħlasijiet li jsiru wara diżastru għandhom jiġu applikati biss f’dak li għandu x’jaqsam ma’ telf ta’ dħul, annimali ħajjin (inklużi l-pagamenti marbuta mat-trattament veterinarju tal-annimali), art jew fatturi oħra tal-produzzjoni, kawża tad-diżastru naturali in kwistjoni.

(c)

Il-ħlasijiet għandhom jikkumpensaw għal mhux aktar mill-ispiża totali għall-bdil ta’ dak it-telf u m’għandux ikun jeħtieġ jew jispeċifika t-tip jew kwantità tal-produzzjoni futura.

(d)

Il-pagamenti magħmula matul diżastru m’għandhomx jeċċedu l-livell meħtieġ biex ikun evitat jew imnaqqas aktar telf kif definit fil-kriterju mniżżel fil-punt(b).

(e)

Meta l-produttur jirċievi pagamenti matul l-istess sena skont dan il-puntu skont il-punt 7 (programmi ta’ assigurazzjoni tad-dħul u sigurtà fuq id-dħul), it-total ta’ dawn il-pagamenti għandu jkun anqas minn 100 % tat-telf totali tal-produttur.

9.   Assistenza ta’ aġġustament strutturali provduta permezz ta’ programmi għall-irtirar tal-produttur

(a)

L-eliġibiltà għal dawn il-pagamenti għandha tkun stabbilita b’referenza għal kriterji definiti b’mod ċar fi programmi mfassla biex jiffaċilitaw l-irtirar mix-xogħol ta’ persuni li jaħdmu fil-produzzjoni agrikola li tista’ titqiegħed fis-suq, jew li jbiddlu għal attivitajiet mhux agrikoli.

(b)

Il-pagamenti għandhom isiru bil-kondizzjoni li dawk li jkunu se jirċievu l-għajnuna, jirtiraw mix-xogħol b’mod totali u permanenti mill-produzzjoni agrikola li tista’ titqiegħed fis-suq.

10.   Assistenza ta’ aġġustament strutturali provduta permezz ta’ programmi għall-irtirar ta’ riżorsi

(a)

L-eliġibiltà għal dawn il-ħlasijiet għandha tkun stabbilita b’referenza għal kriterji definiti b’mod ċar fi programmi mfassla għat-tneħħija tal-art u riżorsi oħra, inklużi annimali ħajjin, mill-produzzjoni agrikola li tista’ titqiegħed fis-suq.

(b)

Il-pagamenti għandhom isiru bil-kondizzjoni tal-irtirar tal-art mill-produzzjoni agrikola li tista’ titqiegħed fis-suq għal minimu ta’ tlett snin, u fil-każ ta’ annimali ħajjin, fuq il-qatla tagħhom jew it-tneħħija tagħhom fuq bażi permanenti u definittiva.

(c)

Il-pagamenti m’għandhomx jeħtieġu jew jispeċifikaw xi użu alternattiv ta’ dik l-art jew xi riżorsi oħra li jinvolvu l-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli li jistgħu jitqiegħdu fis-suq.

(d)

Il-pagamenti m’għandhomx ikunu marbuta la mat-tip u lanqas mal-kwantità tal-produzzjoni jew mal-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li jkunu japplikaw għall-produzzjoni meħuda bl-użu tal-art jew riżorsi oħra li jkunu għadhom fil-produzzjoni.

11.   Assistenza għal aġġustament strutturali provduta permezz ta’ għajnuna b’investiment

(a)

L-eliġibiltà għal dawn il-pagamenti għandha tkun stabbilita b’referenza għal kriterji definiti b’mod ċar fi programmi governattivi mfassla biex jgħinu r-ristrutturazzjoni finanzjarja jew fiżika tal-ħidma ta’ produttur b’risposta għall-iżvantaġġi strutturali murija b’oġġettività. L-eliġibiltà għal dawn il-programmi tista’ wkoll tkun ibbażata fuq programm governattiv definit b’mod ċar għall-privatizzazzjoni mill-ġdid tal-art agrikola.

(b)

L-ammont ta’ dawn il-pagamenti matul sena partikolari m’għandux ikun relatat ma’, jew ikun ibbażat fuq, it-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi unitajiet ta’ annimali ħajjin) li jidħol għalih il-produttur matul xi sena wara l-perjodu ta’ żmien bażiku barra minn dak provdut fil-kriterju (e).

(c)

L-ammont ta’ dawn il-pagamenti matul sena partikolari m’għandux ikun relatat ma’, jew ikun ibbażat fuq, il-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għal xi produzzjoni magħmula matul xi sena wara l-perjodu ta’ żmien bażiku.

(d)

Il-ħlasijiet għandhom jingħataw biss għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ sabiex jitwettaq l-investiment li għalih ikunu ġew provduti.

(e)

Il-pagamenti m’għandhomx ikollhom l-effett ta’ mandat jew nominazzjoni għall-prodotti agrikoli li jkunu sejrin jiġu prodotti minn dawk li jirċievu dawn il-pagamenti ħlief sabiex ikunu meħtieġa li ma jipproduċux prodott partikolari.

(f)

Il-pagamenti għandhom ikunu limitati għall-ammont meħtieġ bħala kumpens għall-iżvantaġġ strutturali.

12.   Pagamenti taħt programmi ambjentali

(a)

L-eliġibiltà għal dawn il-pagamenti għandha tkun stabbilita bħala parti minn programm ambjentali jew ta’ konservazzjoni governattiv definit b’mod ċar u jkun dipendenti fuq it-twettieq ta’ kondizzjonijiet speċifiċi taħt il-programm governattiv, inklużi il-kondizzjonijiet marbuta mal-metodi ta’ produzzjoni jew id-dħul.

(b)

L-ammont ta’ pagament għandu jkun limitat għall-ispejjeż żejda jew telf fid-dħul marbut mat-twettieq tal-programm governattiv.

13.   Il-pagamenti taħt programmi ta’ għajnuna reġjonali

(a)

L-eliġibiltà għal dawn il-pagamenti għandha tkun limitata għall-produtturi f’reġjuni żvantaġġati. Kull wieħed minn dawn ir-reġjuni għandu jkun żona ġeografika kontigwa maħtura b’mod ċar b’identità ekonomika u amministrattiva li tista’ tiġi definita, meqjusa żvantaġġata fuq il-bażi ta’ kriterji newtrali u oġġettivi stabbiliti b’mod ċar f’liġi jew regolament u li jindika li d-diffikultajiet tar-reġjun joriġinaw minn ċirkostanzi li jkunu aktar milli temporanji.

(b)

L-ammont ta’ dawn il-pagamenti matul sena partikolari m’għandux ikun relatat ma’, jew ibbażat fuq, it-tip jew il-volum tal-produzzjoni (inklużi unitajiet ta’ annimali ħajjin) li jidħol għalih il-produttur matul xi sena wara l-perjodu ta’ żmien bażiku ħlief sabiex titnaqqas dik il-produzzjoni.

(c)

L-ammont ta’ dawn il-pagamenti matul sena partikolari m’għandux ikun relatat ma’, jew ibbażat fuq, il-prezzijiet, domestiċi jew internazzjonali, li japplikaw għal xi produzzjoni magħmula matul xi sena wara l-perjodu ta’ żmien bażiku.

(d)

Il-pagamenti għandhom ikunu disponibbli biss lill-produtturi fir-reġjuni eliġibbli, imma ġeneralment disponibbli lill-produtturi kollha f’dawk ir-reġjuni.

(e)

Meta marbutin ma’ fatturi ta’ produzzjoni, il-pagamenti għandhom isiru f’rata digressiva ‘il fuq mil-limitu tal-livell tal-fattur konċernat.

(f)

Il-pagamenti għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż żejda jew it-telf fid-dħul involut fit-twettieq tal-produzzjoni agrikola fiż-żona stabbilita.


(1)  Għall-iskop tal-punt 3 ta’ dan l-Anness, programmi governattivi ta’ stockholding għal skopijiet ta’ sigurtà tal-ikel f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li l-operazzjoni tagħhom hija trasparenti u mmexxija skont kriterji jew linji gwida objettivi uffiċjalment ippubblikati għandhom jiġu kkunsidrati li huma f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-punt, inklużi programmi li taħthom ħażniet ta’ prodotti tal-ikel għal skopijiet ta’ sigurtà tal-ikel huma akkwistati u rilaxxati bi prezzijiet amministrati, sakemm id-differenza bejn il-prezz ta’ akkwist u l-prezz estern ta’ referenza hu meqjus fl-AMS.

(2)  Għall-iskopijiet tal-punti 3 u 4 ta’ dan l-Anness, id-dispożizzjoni ta’ prodotti tal-ikel bi prezzijiet sussidjati bl-objettiv li jiġu sodisfatti ħtiġiet tal-ikel ta’ foqra urbani u rurali f’pajjiżi li qed jiżviluppaw fuq bażi regolari bi prezzijiet raġjonevoli għandhom jiġu kkunsidrati li huma f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.


ANNESS V

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97

(ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1973/2002

(ĠU L 305, 7.11.2002, p. 4)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004

(ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12)

L-Artikolu 2 biss


ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 2026/97

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2), kliem tal-introduzzjoni

Artikolu 2, kliem tal-introduzzjoni

Artikolu 1(2), kliem tal-aħħar

Artikolu 2(a), l-ewwel sentenza

Artikolu 1(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(a), l-aħħar sentenza

Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(b)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(5)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-introduzzjoni

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-introduzzjoni

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b), l-ewwel sentenza

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b), it-tieni sentenza

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b), it-tielet sentenza

Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, punt (c)

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, punt (c)

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3(3)

Artikolu 4(3),

Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-introduzzjoni

Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu, punt (a) l-ewwel sentenza

Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu, punt (a) it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 3(5)

Artikolu 4(5)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(1)

Artikolu 2(d)

Artikolu 8(2) sa (9)

Artikolu 8(1) sa (8)

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10(1) sa (4)

Artikolu 10(1) sa (4)

Artikolu 10(7) sa (13)

Artikolu 10(5) sa (11)

Artikolu 10(14), l-ewwel sentenza

Artikolu 10(12), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(14), it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 10(12), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(15) u (16)

Artikolu 10(13) u (14)

Artikolu 11(1), l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(1), it-tielet sentenza

Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(1), ir-raba’ sentenza

Artikolu 11(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3), it-tieni sentenza

Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(3), it-tielet sentenza

Artikolu 11(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 11(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(4), it-tieni sentenza

Artikolu 11(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4), it-tielet sentenza

Artikolu 11(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(6), l-ewwel sentenza

Artikolu 11(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(6), it-tieni sentenza

Artikolu 11(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(6), it-tielet sentenza

Artikolu 11(6), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(6), ir-raba’ sentenza

Artikolu 11(6), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 11(7), l-ewwel sentenza

Artikolu 11(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(7), it-tieni sentenza

Artikolu 11(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(8), (9) u (10)

Artikolu 11(8), (9) u (10)

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(2), l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(2), it-tielet u r-raba’ sentenza

Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(2), il-ħames sentenza

Artikolu 13(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 13(3), (4) u (5)

Artikolu 13(3), (4) u (5)

Artikolu 13(6), l-ewwel, it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(6), ir-raba’ sentenza

Artikolu 13(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(7) u (8)

Artikolu 13(7) u (8)

Artikolu 13(9), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(9), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(9), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 13(9), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(9), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 13(9), it-tielet subparagrafu

Artikolu 13(10)

Artikolu 13(10)

Artikolu 14(1) sa (4)

Artikolu 14(1) sa (4)

Artikolu 14(5) kliem tal-introduzzjoni

Artikolu 14(5) l-ewwel parti tas-sentenza

Artikolu 14(5) (a)

Artikolu 14(5), it-tieni parti tas-sentenza, minn “rigward” sa “ad valorem

Artikolu 14(5)(b)

Artikolu 14(5) kliem tal-aħħar

Artikolu 14(5) l-aħħar parti tas-sentenza

Artikolu 15(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(1), it-tieni sentenza

Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(1), it-tielet sentenza

Artikolu 15(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 15(1), ir-raba’ sentenza

Artikolu 15(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 15(1), il-ħames sentenza

Artikolu 15(1), il-ħames subparagrafu

Artikolu 15(2)

Artikolu 15(2)

Artikolu 15(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 15(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(3), it-tieni sentenza

Artikolu 15(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(3), it-tielet sentenza

Artikolu 15(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(2), it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16(3)

Artikolu 16(3)

Artikolu 16(4), kliem tal-introduzzjoni, l-ewwel parti

Artikolu 16(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(4), kliem tal-introduzzjoni, it-tieni parti

Artikolu 16(4), it-tieni subparagrafu, kliem tal-introduzzjoni u punti (a) u (b)

Artikolu 16(4) (a) u (b)

Artikolu 16(4), it-tieni subparagrafu, punti (c) u (d)

Artikolu 16(5)

Artikolu 16(5)

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20, l-ewwel sentenza

Artikolu 20, l-ewwel paragrafu

Artikolu 20, it-tieni sentenza

Artikolu 20, it-tieni paragrafu

Artikolu 21(1), (2) u (3)

Artikolu 21(1), (2) u (3)

Artikolu 21(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 21(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(4), it-tieni sentenza

Artikolu 21(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(4), it-tielet sentenza

Artikolu 21(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ sentenza

Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu, il-ħames sentenza

Artikolu 22(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 22(1), il-ħames subparagrafu

Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu, kliem tal-introduzzjoni

Artikolu 22(1), is-sitt subparagrafu, kliem tal-introduzzjoni

Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 22(1), is-sitt subparagrafu, punti (a), (b) u (c)

Artikolu 22(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 22(1), is-seba’ subparagrafu

Artikolu 22(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 22(2)

Artikolu 22(2), it-tieni sentenza

Artikolu 22(3)

Artikolu 22(2), it-tielet sentenza

Artikolu 22(4)

Artikolu 22(3)

Artikolu 22(5)

Artikolu 22(4)

Artikolu 22(6)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 23(1)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 23(2)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 23(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu, minn “Il-prattika” sa “inter alia”

Artikolu 23(3), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu, minn “il-modifika żgħira” sa “tal-fabbrikanti”

Artikolu 23(3), it-tieni subparagrafu, punti (a), (b) u (c)

Artikolu 23(2), l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 23(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 23(2), it-tielet sentenza

Artikolu 23(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 23(2), ir-raba’ u l-ħames sentenza

Artikolu 23(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 23(2), is-sitta u s-seba’ sentenza

Artikolu 23(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 23(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 23(5)

Artikolu 23(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 23(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 23(3), l-ewwel subparagrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 23(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 23(3), l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ sentenza

Artikolu 23(6), it-tielet subparagrafu

Artikolu 23(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 23(6), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 23(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 23(6), il-ħames subparagrafu

Artikolu 23(3), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 23(7)

Artikolu 23(4)

Artikolu 23(8)

Artikolu 24(1) l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 24(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(1), it-tielet sentenza

Artikolu 24(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 24(2) l-ewwel sentenza

Artikolu 24(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(2), it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 24(3)

Artikolu 24(3)

Artikolu 24(4), l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 24(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(4), it-tielet sentenza

Artikolu 24(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 24(4), ir-raba’ u l-ħames sentenza

Artikolu 24(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 24(5), l-ewwel sentenza

Artikolu 24(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(5), it-tieni sentenza

Artikolu 24(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 24(5) it-tielet u r-raba’ sentenza

Artikolu 24(5), it-tielet subparagrafu

Artikolu 24(6) u (7)

Artikolu 24(6) u (7)

Artikolu 25

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 27(1), (2) u (3)

Artikolu 27(1), (2) u (3)

Artikolu 27(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 27(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 27(4), it-tieni sentenza

Artikolu 27(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 28

Artikolu 28

Artikolu 29(1) sa (5)

Artikolu 29(1) sa (5)

Artikolu 29(6), l-ewwel sentenza

Artikolu 29(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 29(6), it-tieni sentenza

Artikolu 29(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 30(1), (2) u (3)

Artikolu 30(1), (2) u (3)

Artikolu 30(4), l-ewwel, it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 30(4), l-aħħar sentenza

Artikolu 30(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 30(5)

Artikolu 30(5)

Artikolu 31

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 35

Anness I sa IV

Anness I sa IV

Anness V

Anness VI