9.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 593/2009

tat-8 ta' Lulju 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 fir-rigward tal-lista ta’ bastimenti li wettqu sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat fit-Tramuntana tal-Atlantiku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-punt 4 tal-Anness XV tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea ilha mill-1981 Parti fil-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura fis-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (2).

(2)

F’Mejju 2009, il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC) emendat il-lista ta’ bastimenti li ġie kkonfermat li wettqu sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat. Għandha tkun żgurata l-implimentazzjoni ta’ din l-emenda fl-ordni legali Komunitarju.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 43/2009 għandu għalhekk ikun emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Appendiċi għall-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1

(2)  ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21


ANNESS

Fl-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 43/2009, l-Appendiċi għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi għall-Anness XV

Lista ta’ bastimenti bin-numri tal-IMO li ġejjin li l-NEAFC u n-NAFO kkonfermaw li wettqu sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

Numru tal-IMO (1) għall-identifikazzjoni tal-bastiment

Isem il-bastiment (2)

Stat tal-Bandiera (2)

7306570

ALBORAN II

Il-Panama

7436533

ALFA

Il-Ġeorġja

7612321

AVIOR

Il-Ġeorġja

8522030

CARMEN

Ċipru

7700104

CEFEY

 

8422852

DOLPHIN

Ir-Russja

8604668

EROS DOS

Il-Panama

8522119

EVA

Ċipru

6719419

GORILERO

Is-Sierra Leone

7332218

IANNIS I

Il-Panama

8422838

ISABELLA

Ċipru

8522042

JUANITA

Ċipru

8707240

MAINE

Guinea Conakry

7385174

MURTOSA

It-Togo

8721595

NEMANSKIY

 

8421937

NICOLAY CHUDOTVORETS

Ir-Russja

6706084

RED

Il-Panama

8522169

ROSITA

Ċipru

7347407

SUNNY JANE

 

8606836

ULLA

Il-Ġeorġja

7321374

YUCATAN BASIN

Il-Panama


(1)  L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(2)  Kwalunkwe tibdil fl-ismijiet u l-bnadar kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali fuq il-bastimenti, huwa disponibbli fis-sit tal-NEAFC: www.neafc.org”