|
7.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 586/2009
tas-6 ta’ Lulju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1043/2005 fir-rigward tal-perjodu ta' validità ta' xi ċertifikati ta' rifużjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (1), u partikolarment l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġu ffissati l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2) jistipula li ċ-ċertifikati ta' rifużjoni li jkun hemm applikazzjonijiet għalihom li huma konformi mal-punt (a) tal-Artikolu 33 jew l-Artikolu 38a, mhux aktar tard mis-7 ta' Novembru, jibqgħu validi sal-aħħar ġurnata tal-għaxar xahar wara dak li fih tkun saret l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat. |
|
(2) |
Il-perjodu ta' validità ta' għaxar xhur għaċ-ċertifikati li kien hemm applikazzjonijiet għalihom qabel is-7 ta' Novembru ġie adottat biex jiffaċilita l-ħidma tas-sistema ta' rifużjonijiet fis-sitwazzjoni partikolari tas-sospensjoni antiċipata tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor wara r-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor. Id-dispożizzjoni li twaqqaf perjodu ta' għaxar xhur validità għandha għalhekk tapplika biss għall-perjodu tal-baġit 2009 u tgħodd għaċ-ċertifikati li saret applikazzjoni għalihom mhux iżjed tard mis-7 ta' Novembru 2008. Din id-dispożizzjoni m'għadhiex aktar meħtieġa u għalhekk għandha tiġi mħassra. |
|
(3) |
Minħabba li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 585/2009 tas-6 ta’ Lulju 2009 li jistipula miżuri eċċezzjonali fir-rigward taċ-ċertifikati tar-rifużjoni għall-għotja ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli f'għamla ta' oġġetti mhux koperti fl-Anness I tat-Trattat (3) jgħodd biss għaċ-ċertifikati ta' rifużjoni li saret applikazzjoni għalihom bejn it-8 ta' Lulju u s-7 ta' Novembru 2008, b'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 33 jew l-Artikolu 38a tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, huwa xieraq li jkun speċifikat li l-emendi li saru permezz ta' dan ir-Regolament huma bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 585/2009. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1043/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli proċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-ewwel sottoparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Soġġett għat-tieni sottoparagrafu, iċ-ċertifikati tar-rifużjoni għandhom ikunu validi sal-aħħar jum tal-ħames xahar wara x-xahar meta saret l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat, jew sal-aħħar jum tal-perjodu tal-baġit, liema jaħbat l-ewwel.”; |
|
(2) |
It-tieni sottoparagrafu huwa mħassar. |
Artikolu 2
Il-perjodu ta' validità deċiż fir-Regolament (KE) Nru 585/2009 għandu jgħodd għaċ-ċertifikati ta' rifużjoni li saret applikazzjoni għalihom bejn it-8 ta' Lulju 2008 u s-7 ta' Novembru 2008 b'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 33 jew l-Artikolu 38a tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.
(2) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.
(3) Ara p. 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.