26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 557/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

dwar l-għoti ta’ drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu bejn mill-1 ta’ Lulju 2009 u sat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 412/2008 taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l- OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għal amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini.

(2)

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni magħmulin għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Ġunju 2010 għandhom x’jaqsmu mal-kwantitajiet żejda ta’ dawk disponibbli għad-drittijiet skont ilkwota 09,4057. Għalhekk għandu jiġi determinat sa fejn għandhom jingħataw id-drittijiet tal-importazzjoni u jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjonijiet li japplikaw għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni magħmulin għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Ġunju 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 412/2008 għandhom jiġu evalwati permezz tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 18,957513 % għaddrittijiet skont il-kwota 09,4057.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 125, 9.5.2008, p. 7.