26.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/35 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 554/2009
tal-25 ta' Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 dwar il-kwoti tat-tariffi għal ċerti nbejjed li joriġinaw fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Proviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (2), minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, ġie ffirmat fit-18 ta' Frar 2008. Ġie approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2008/438/KE, Euratom (3) u tħaddem fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2007. |
(2) |
L-Artikolu 5 tal-Protokoll u l-Anness VIII ta' miegħu jipprovdu għal tibdiliet fil-kwoti eżistenti tat-tariffi għal ċerti nbejjed f'kontenituri li jġorru aktar minn 2 litri, li joriġinaw fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja b'effett mill-1 ta' Jannar 2007. |
(3) |
Sabiex wieħed jimplimenta l-kwoti tat-tariffi preskritti fil-Protokoll, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/2001 tal-28 ta' Diċembru 2001 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja u fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4). |
(4) |
Is-suddiviżjonijiet tat-TARIC għal ċerti subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) inbidlu mill-1 ta' Lulju 2007. Is-suddiviżjonijiet tat-TARIC għal dawn il-kodiċijiet tan-NM fil-Parti II tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2597/2001 għandhom għaldaqstant jiġu aġġustati skont dak it-tibdil. |
(5) |
Billi l-Protokoll japplika mill-1 ta’ Jannar 2007, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti II tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2597/2001 jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 25, 29.01.2002, p. 16.
(2) ĠU L 99, 10.04.2008, p. 2.
(3) ĠU L 155, 13.06.2008, p. 15.
(4) ĠU L 345, 29.12.2001, p. 35.
ANNESS
“PARTI II: L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA
Nru tas-serje |
Kodiċi NM |
Suddiviżjoni TARIC |
Deskrizzjoni |
Volum ta’ kwota annwali (f’hl) |
Dazju tal-kwoti tat-tariffi |
09.1558 |
ex 2204 10 19 |
98 (1) |
Inbid ifexfex, minbarra x-Xampanja jew l-Asti spumante Inbid ieħor minn għeneb frisk, f’reċipjent li jesa’ 2 litri jew anqas |
49 000 (2) |
Eżenzjoni |
ex 2204 10 99 |
98 (1) |
||||
2204 21 10 |
|
||||
ex 2204 21 79 |
79 , 80 |
||||
ex 2204 21 80 |
79 , 80 |
||||
ex 2204 21 84 |
59 , 70 |
||||
ex 2204 21 85 |
79 , 80 |
||||
ex 2204 21 94 |
20 |
||||
ex 2204 21 98 |
20 |
||||
ex 2204 21 99 |
10 |
||||
09.1559 |
2204 29 10 |
|
Inbid ieħor magħmul minn għeneb frisk, f’reċipjenti li jesgħu iktar minn 2 litri |
350 000 (3) |
Eżenzjoni |
2204 29 65 |
|
||||
ex 2204 29 75 |
10 |
||||
2204 29 83 |
|
||||
ex 2204 29 84 |
20 |
||||
ex 2204 29 94 |
20 |
||||
ex 2204 29 98 |
20 |
||||
ex 2204 29 99 |
10 |
(1) Din is-suddiviżjoni tat-TARIC tapplika mill-1 ta' Lulju 2007.
(2) Mill-1 ta' Jannar 2008, dan il-volum ta' kwota għandu jiżdied kull sena b'6 000 hl.
(3) Mill-1 ta' Jannar 2008, dan il-volum ta' kwota għandu jiżdied kull sena b'6 000 hl.”