20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 537/2009
tad-19 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli miksubin minn produzzjoni organika jeħtiġilhom joriġinaw biex ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) tiegħu (1),
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (2) stabbilixxa lista ta’ pajjiżi terzi li għandhom sistema ta’ produzzjoni u miżuri ta’ kontroll għal produzzjoni organika rekonoxxuti bħala ekwivalenti. Fid-dawl ta’ applikazzjonijiet u informazzjoni ġodda li rċiviet il-Kummissjoni minn pajjiżi terzi mill-aħħar pubblikazzjoni tal-lista, għandhom jitqiesu ċerti modifikazzjonijiet u jiżdiedu jew jiddaħħlu fil-lista. |
(2) |
L-awtoritajiet tal-Awstralja u tal-Kosta Rika staqsew lill-Kummissjoni biex tinkludi entità ġdida ta’ kontroll u ċertifikazzjoni. L-awtoritajiet Awstraljani u Kosta Rikani ppreżentaw lill-Kummissjoni l-garanziji meħtieġa biex jissodissfawha dwar l-ilħuq tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 mill-entitajiet ġodda ta’ kontroll u ċertifikazzjoni. |
(3) |
It-tul ta’ żmien tal-inklużjoni tal-Indja fil-lista provduta fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2009. Sabiex ikun evitat tfixkil fil-kummerċ, jenħtieġ li tkun estiża l-inklużjoni tal-Indja fil-lista għal perjodu itwal. L-awtoritajiet Indjani talbu lill-Kummissjoni biex tinkludi erba’ entitajiet ġodda ta’ kontroll u ċertifikazzjoni. L-awtoritajiet Indjani ppreżentaw lill-Kummissjoni l-garanziji meħtieġa biex jissodissfawha dwar l-ilħuq tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 mill-entitajiet ġodda ta’ kontroll u ċertifikazzjoni. L-awtoritajiet Indjani informaw lill-Kummissjoni li korp wieħed ta’ kontroll biddel ismu. |
(4) |
L-awtoritajiet Iżraeljani informaw lill-Kummissjoni li korp wieħed ta’ kontroll biddel ismu. |
(5) |
Ċerti prodotti agrikoli li jiġu importati mit-Tuneżija, bħalissa qed jiġu kkummerċjalizzati fil-Komunità skont ir-regoli tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. It-Tuneżija bagħtet talba lill-Kummissjoni biex tinkludiha fil-lista provduta fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Bagħtet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 7 u 8 ta’ dak ir-Regolament. L-eżaminazzjoni ta’ din l-informazzjoni u d-diskussjoni konsegwenti mal-awtoritajiet Tuneżjani wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti agrikoli huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-Kummissjoni wettqet kontroll fuq il-post dwar ir-regoli tal-miżuri tal-produzzjoni u l-kontroll attwalment applikati fit-Tuneżija, kif previst fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.
ANNESS
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal dan l-inċiż li ġej fil-punt 5 tat-test relatat mal-Awstralja:
|
(2) |
Jiddaħħal dan l-inċiż li ġej fil-punt 5 tat-test relatat mal-Kosta Rika:
|
(3) |
It-test li jirrigwarda l-Indja huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fil-punt 5 tat-test li jirrigwardja l-Iżrael, ir-raba’ inċiż jinbidel b’dan li ġej:
|
(5) |
Wara t-test li jirrigwarda l-Iżvizzera, jiddaħħal it-test li ġej: “TUNISIA 1. Il-kategoriji tal-prodotti:
2. L-Oriġini: prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fit-Tuneżija. 3. L-Istandards tal-produzzjoni: Il-liġi Nru 99-30 tal-5 ta’ April 1999 dwar il-Biedja organika; id-Digriet tal-Ministru tal-Agrikoltura tat-28 ta’ Frar 2001, li japprova l-ispeċifikazzjonijiet standard tal-produzzjoni ta’ għalejjel skont il-metodu organiku. 4. L-Awtorità Kompetenti: Direction générale de la Production Agricole, www.agriportail.tn 5. Entitajiet ta’ kontroll:
6. Entitajiet ta’ ċertifikazzjoni: bħal fil-punt 5. 7. Tul taż-żmien tal-inklużjoni: it-30 ta’ Ġunju 2012” |