20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 536/2009

tad-19 ta’ Ġunju 2009

li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Ġunju 2009 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-1 u l-10 ta’ Ġunju 2009 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), jirrigwardaw kwantitajiet ogħla minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-kwoti tariffarji msemmija fit-taqsimiet I.A, I.D, I.F, I.H, I.I, u I.J tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2353/2001, imressqa matul il-perjodu bejn bejn l-1 u l-10 ta’ Ġunju 2009 jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba, bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni ffissati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.


ANNESS

I.A

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4590

—

09.4599

100  %

09.4591

—

09.4592

—

09.4593

—

09.4594

—

09.4595

2,475253  %

09.4596

100  %

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

I.D

Prodotti li joriġinaw mit-Turkija

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4101

—

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4155

100  %

I.H

Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4179

100  %

I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4205

100  %

09.4206

—

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

I.J

Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4210

—

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.