18.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 517/2009
tas-17 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għas-sajd taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-limiti ta’ qbid għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES huma proviżorjament stabbiliti fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009. |
(2) |
Skont il-punt 6 tal-Anness IID tar-Regolament (KE) Nru 43/2009, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qbid massimu permissibbli (TAC) u l-kwoti għall-2009 għaċ-ċiċċirell f’dawk iż-żoni, abbażi tal-pariri tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |
(3) |
It-TAC għaż-żoni tal-ICES IIa u IV għandu jiġi stabbilit skont il-funzjoni stipulata fit-tieni subparagrafu tal-punt 6 tal-Anness IID għar-Regolament (KE) Nru 43/2009. Skont dik il-funzjoni, it-TAC jammonta għal 435 000 tunnellata. |
(4) |
Skont il-punt 7 tal-Anness IID għar-Regolament (KE) Nru 43/2009, it-TAC għal ICES żoni IIa u IV ma għandux jaqbeż l-400 000 tunnellata. |
(5) |
Iċ-ċiċċirell huwa stokk tal-Baħar tat-Tramuntana li jinqasam flimkien man-Norveġja, iżda li bħalissa mhuwiex taħt ġestjoni konġunta. Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-konsultazzjonijiet man-Norveġja skont id-dispożizzjonijiet tar-Reġistru Miftiehem tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja tal-10 ta’ Diċembru 2008. B’hekk, is-sehem tal-Komunità minn dik il-parti tat-TAC li jista’ jinqabad fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandu jkun stabbilit għal 90 % ta’ 400 000 tunnellata. |
(6) |
Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd jirrakkomanda li t-TAC għandu jiżdied b’4,23 % biex ikunu koperti l-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES. |
(7) |
L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 l-annotazzjoni dwar l-ispeċi ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIIa, u IIa u IV għandha tinbidel b'dan li ġej:
|
|
|||||||
Id-Danimarka |
327 249 (2) |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Il-Ġermanja |
501 (3) |
|||||||
L-Iżvezja |
12 017 (4) |
|||||||
Ir-Renju Unit |
7 153 (5) |
|||||||
KE |
346 920 (6) |
|||||||
In-Norveġja |
27 500 (7) |
|||||||
Il-Gżejjer Faroe |
2 500 |
|||||||
TAC |
376 920 |
(1) Esklużi ilmijiet sa 6 mili mil-linji bażi tal-UK f'Shetland, Fair Isle u Foula
(2) Li minnu mhux aktar minn 311 289 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03A.).
(3) Li minnu mhux aktar minn 476 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03A.).
(4) Li minnu mhux aktar minn 11 431 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03A.).
(5) Li minnu mhux aktar minn 6 804 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES. (SAN/*03A.).
(6) Li minnu mhux aktar minn 330 000 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES. (SAN/*03A.).
(7) Għandhom jinqabdu fiż-żona IV tal-ICES.’