12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 494/2009
tat-3 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fl-10 ta’ Jannar 2008, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Standard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati, minn issa 'l quddiem imsejħa “emendi għall-IAS 27”. L-emendi għall-IAS 27 jispeċifikaw f'liema ċirkostanzi entità għandha tħejji rapporti finanzjarji konsolidati, kif entitajiet prinċipali għandhom jirrapportaw bidliet fis-sjieda tal-interessi tagħhom fis-sussidjarji u kif it-telf ta' sussidjarja ser jkun allokat bejn l-interess ta' kontroll u mhux ta' kontroll. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emenda għall-IAS 27 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
L-adozzjoni tal-emendi għall-IAS 27 timplika, bħala konsegwenza, emendi għall-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1, l-IFRS 4, l-IFRS 5, l-IAS 1, l-IAS 7, l-IAS 14, l-IAS 21, l-IAS 28, l-IAS 31, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 39 u l-Interpretazzjoni 7 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Interpretazzjonijiet (SIC) sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. |
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1, l-IFRS 4, l-IFRS 5, l-IAS 1, l-IAS 7, l-IAS 14, l-IAS 21, l-IAS 28, l-IAS 31, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 39 u l-Interpretazzjoni 7 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Interpretazzjonijiet (SIC) huma emendati skont l-emendi għall-IAS 27 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IAS 27, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 3 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
IAS 27 |
Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org
STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 27
Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati
AMBITU
1 |
Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-preparazzjoni u fil-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji konsolidati għal grupp ta' entitajiet taħt il-kontroll ta' kumpanija prinċipali. |
2 |
Dan l-Istandard ma jittrattax dwar metodi ta' kontabilità għal kombinamenti ta’ negozji u l-effetti tagħhom fuq il-konsolidament, inkluż l-avvjament li jirriżulta mill-kombinament ta’ negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji). |
3 |
Dan l-Istandard għandu jiġi applikat ukoll fil-kontabilità għal investimenti f'sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati meta entità tagħżel, jew hija meħtieġa minn regolamenti lokali, li tippreżenta rapporti finanzjarji separati. |
DEFINIZZJONIJIET
4 |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
Rapporti finanzjarji konsolidati huma r-rapporti finanzjarji ta' grupp ippreżentati bħala dawk ta' entità ekonomika waħda. Kontroll hu s-setgħa li tiggverna l-politika finanzjarja u operattiva tal-entità biex takkwista benefiċċji mill-attivitajiet tagħha. Grupp hu l-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji kollha tagħha. Interess li ma jagħtix kontroll huwa l-ekwità f’sussidjarja li mhix attribwibbli, direttament jew indirettament, lil kumpanija prinċipali. Kumpanija prinċipali hija entità li għandha kumpanija sussidjarja waħda jew aktar. Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati minn kumpanija prinċipali, investitur f'kumpanija assoċjata jew intraprenditur f'entità b’kontroll konġunt, li fihom l-investmenti huma kkontabilizzati fuq il-bażi tal-interess azzjonarju dirett aktar milli fuq il-bażi tar-riżultati rrappurtati u l-assi netti tal-entitajiet li fihom ikun sar l-investiment. Sussidjarja hija entità, inkluża entità mhux inkorporata bħal soċjetà, li hija kkontrollata minn entità oħra (magħrufa bħala l-kumpanija prinċipali). |
5 |
Kumpanija prinċipali jew kumpanija sussidjarja tagħha jistgħu jkunu investitur f'kumpanija assoċjata jew imprenditur f'entità b'kontroll konġunt. F'każijiet bħal dawn, rapporti finanzjarji konsolidati mħejjija u ppreżentati skont dan l-Istandard huma mħejjija wkoll sabiex jikkonformaw mal-IAS 28 Investmenti f'Kumpaniji Assoċjati u l-IAS 31 Interessi f'Impriżi Konġunti. |
6 |
Għal entità deskritta fil-paragrafu 5, ir-rapporti finanzjarji separati huma dawk imħejjija u ppreżentati flimkien mar-rapporti finanzjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5. Rapporti finanzjarji separati m’għandhomx għalfejn jiġu mehmużin, jew li jiġu ppreżentati flimkien, ma’ dawk ir-rapporti. |
7 |
Ir-rapporti finanzjarji ta’ entità li m'għandhiex kumpanija sussidjarja, kumpanija assoċjata jew interess ta’ imprenditur f’entità b'kontroll konġunt mhumiex rapporti finanzjarji separati. |
8 |
Kumpanija prinċipali li hija eżentata skont il-paragrafu 10 milli tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati tista’ tippreżenta rapporti finanzjarji separati biss bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha. |
PREŻENTAZZJONI TA’ RAPPORTI FINANZJARJI KONSOLIDATI
9 |
Kumpanija prinċipali, għajr kumpanija prinċipali deskritta fil-paragrafu 10, għandha tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati li fihom tikkonsolida l-investimenti tagħha f’sussidjarji skont dan l-Istandard. |
10 |
Kumpanija prinċipali m’għandhiex għalfejn tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati jekk, u biss jekk:
|
11 |
Kumpanija prinċipali li tagħżel skont il-paragrafu 10 li ma tippreżentax rapporti finanzjarji konsolidati, u li tippreżenta biss rapporti finanzjarji separati, tikkonforma mal-paragrafi 38-43. |
AMBITU TA’ RAPPORTI FINANZJARJI KONSOLIDATI
12 |
Rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jinkludu s-sussidjarji kollha tal-kumpanija prinċipali. (1) |
13 |
Huwa meqjus li jeżisti kontroll meta l-kumpanija prinċipali tkun is-sid, direttament jew indirettament permezz ta’ sussidjarji, ta' aktar minn nofs is-setgħa tal-vot ta’ entità sakemm, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, ma jkunx jista’ jintwera b’mod ċar li pussess bħal dan ma jikkostitwixxix kontroll. Jeżisti kontroll ukoll meta l-kumpanija prinċipali tkun is-sid ta' nofs jew inqas mis-setgħa tal-vot ta’ entità fejn ikun hemm: (2)
|
14 |
Entità jista’ jkollha pussess ta' ċertifikati tal-ishma, opzjonijiet ta’ xiri ta’ ishma, strumenti ta’ dejn jew strumenti azzjonarji li huma konvertibbli f’ishma ordinarji, jew strumenti simili oħra li għandhom il-potenzjal, jekk eżerċitati jew konvertiti, li jagħtu lill-entità s-setgħa tal-vot jew li jnaqqsu s-setgħa tal-vot ta’ parti oħra fuq il-politika finanzjarja u operattiva ta’ entità oħra (drittijiet potenzjali tal-vot). L-eżistenza u l-effett ta’ drittijiet potenzjali tal-vot li fil-preżent jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti, inklużi d-drittijiet potenzjali tal-vot miżmuma minn entità oħra, huma meqjusa meta jiġi stmat jekk entità għandhiex is-setgħa li tirregola l-politika finanzjarja u operattiva ta’ entità oħra. Id-drittijiet potenzjali tal-vot ma jistgħux jiġu eżerċitati jew konvertiti attwalment meta, pereżempju, ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti sa data futura jew sakemm iseħħ avveniment futur. |
15 |
Meta jiġi stmat jekk drittijiet potenzjali tal-vot jikkontribwixxux għall-kontroll, l-entità teżamina l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha (inklużi t-termini tal-eżerċizzju tad-drittijiet potenzjali tal-vot u kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali oħra kemm jekk ikkunsidrati individwalment kif ukoll flimkien) li jaffettwaw id-drittijiet potenzjali tal-vot, għajr l-intenzjoni tal-maniġment u l-abbiltà finanzjarja biex jiġu eżerċitati jew konvertiti dawk id-drittijiet. |
16 |
Sussidjarja mhijiex eskluża mill-konsolidament sempliċiment minħabba li l-investitur huwa organizzazzjoni ta’ kapital ta’ riskju, fond ta’ benefiċċju komuni, unit trust jew entità simili. |
17 |
Sussidjarja mhijiex eskluża mill-konsolidament minħabba li l-attivitajiet tan-negozju tagħha huma differenti minn dawk ta’ entitajiet oħra fi ħdan il-grupp. Informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta billi sussidjarji bħal dawn jiġu kkonsolidati u billi tingħata informazzjoni addizzjonali fir-rapporti finanzjarji konsolidati dwar l-attivitajiet kummerċjali differenti tas-sussidjarji. Pereżempju, l-iżvelar meħtieġ mill-IFRS 8 Segmenti tal-Operat jgħin biex jispjega s-sinifikat tal-attivitajiet kummerċjali differenti fi ħdan il-grupp. |
PROĊEDURI TA’ KONSOLIDAMENT
18 |
Fit-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati, entità tgħaqqad ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali u tas-sussidjarji tagħha linja b’linja billi tgħodd flimkien entrati simili ta’ assi, obbligazzjonijiet, ekwità, dħul u spejjeż. Sabiex ir-rapporti finanzjarji konsolidati jippreżentaw informazzjoni finanzjarja dwar il-grupp bħala dik ta’ entità ekonomika waħda, jittieħdu mbagħad il-passi li ġejjin:
|
19 |
Meta jkunu jeżistu drittijiet potenzjali tal-vot, il-proporzjonijiet ta’ qligħ jew telf u l-bidliet fl-ekwità allokati lill-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll huma stabbiliti fuq il-bażi tal-interessi attwali tal-pussess u ma jirriflettux il-possibbiltà li d- drittijiet potenzjali għall-vot jiġu eżerċitati jew konvertiti. |
20 |
Bilanċi, tranżazzjonijiet, dħul u spejjeż intragrupp għandhom jiġu eliminati għal kollox. |
21 |
Il-bilanċi u t-tranżazzjonijiet intragrupp, inklużi d-dħul, l-ispejjeż u d-dividendi, huma eliminati għal kollox. Il-qligħ u t-telf li jirriżultaw minn tranżazzjonjiet intragrupp li huma rikonoxxuti fl-assi, bħal inventarji u assi fissi, huma eliminati għal kollox. Telf intragrupp jista’ jindika indeboliment li jeħtieġ rikonoxximent fir-rapporti finanzjarji konsolidati. l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul japplika għal differenzi temporanji li jirriżultaw mill-eliminazzjoni ta’ qligħ u telf li ssir bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet l-intragrupp. |
22 |
Ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali u tas-sussidjarji tagħha użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom ikunu ppreparati sal-istess data. Meta t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tal-kumpanija prinċipali hu differenti minn dak ta’ kumpanija sussidjarja, il-kumpanija sussidjarja tħejji, għal għanijiet ta’ konsolidament, rapporti finanzjarji addizzjonali ppreparati sal-istess data tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali sakemm ma jkunx imprattikabbli li jsir dan. |
23 |
Meta, skont il-paragrafu 22, ir-rapporti finanzjarji ta’ xi sussidjarja użati fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji kkonsolidati huma ppreparati sa data differenti minn dik tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali, għandhom isiru aġġustamenti għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti sinifikanti li jseħħu bejn dik id-data u d-data tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tal-kumpanija sussidjarja u dak tal-kumpanija prinċipali m'għandhiex tkun ta' iktar minn tliet xhur. It-tul tal-perijodi tar-rappurtaġġ u kwalunkwe differenza bejn it-tmiem tal-perijodi tar-rappurtaġġ għandhom ikunu l-istess minn perjodu għall-ieħor. |
24 |
Ir-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jitħejjew billi tintuża politika uniformi ta’ kontabilità għal tranżazzjonijiet simili u għal avvenimenti oħra simili f’ċirkustanzi simili. |
25 |
Jekk membru ta’ grupp juża politika ta kontabilità għajr dawk adottati fir-rapporti finanzjarji konsolidati għal tranżazzjonijiet u avvenimenti simili f’ċirkustanzi simili, isiru aġġustamenti xierqa għar-rapporti finanzjarji tiegħu fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati. |
26 |
Id-dħul u l-ispejjez ta' kumpanija sussidjarja huma inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati mid-data tal-akkwiżizzjoni kif definit fl-IFRS 3. Id-dħul u l-ispejjeż tas-sussidjarja għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri tal-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-kumpanija prinċipali fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, l-ispiża tad-deprezzament rikonoxxuta fir-rapport ikkonsolidat tad-dħul komplessiv wara d-data tal-akkwiżizzjoni għandha tkun ibbażata skont il-valuri ġusti tal-assi deprezzabbli relatati rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati fid-data tal-akkwiżizzjoni. Id-dħul u l-ispejjeż ta’ sussidjarja huma inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati sad-data meta l-kumpanija prinċipali tieqaf tikkontrolla s-sussidjarja. |
27 |
Interessi li ma jagħtux kontroll għandhom ikunu ppreżentati fir-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja fi ħdan l-ekwità, separatament mill-ekwità tas-sidien tal-kumpanija prinċipali. |
28 |
Il-profitt jew it-telf ta’ kull komponent ta’ dħul ieħor komplessiv huwa attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll. Dħul komplessiv totali huwa attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll anke jekk dan iwassal biex l-interessi li ma jagħtux kontroll ikollhom bilanċ negattiv. |
29 |
Jekk sussidjarja għandha ishma privileġġjati kumulattivi pendenti li huma kklassifikati bħala ekwità u li jinżammu minn interessi li ma jagħtux kontroll, il-kumpanija prinċipali tikkalkula s-sehem tagħha tal-profitt jew telf wara li taġġusta għad-dividendi fuq dawk l-ishma, irrispettivament jekk id-dividendi jkunux ġew iddikjarati jew le. |
30 |
Bidliet fl-interess proprjetarju ta’ kumpanija prinċipali f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll huma kkontabilizzati bħala tranżazzjonijiet ta’ ekwità (jiġifieri tranżazzjonijiet ma’ sidien fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien). |
31 |
F’dawn iċ-ċirkostanzi l-ammonti miżmuma tal-interessi li jagħtu kontroll u dawk li ma jagħtux kontroll għandhom ikunu aġġustati biex jirriflettu t-tibdiliet fl-interessi relattivi tagħhom fis-sussidjarja. Kull differenza, bejn l-ammont li bih jiġu aġġustati l-interessi li ma jagħtux kontroll u l-valur ġust tal-kumpens imħallas jew riċevut, għandha tiġi rikonoxxuta direttament fl-ekwità u attribwita lis-sidien tal-kumpanija prinċipali. |
Telf ta’ kontroll
32 |
Kumpanija prinċipali tista’ titlef il-kontroll ta’ sussidjarja sew b’bidla fil-livelli assoluti jew relattivi tal-jedd ta’ proprjetà kemm mingħajrha. Dan jista’ jiġri, pereżempju, meta kumpanija sussidjarja tiġi suġġetta għall-kontroll ta' gvern, qorti, amministratur jew regolatur. Dan jista’ jiġri wkoll bħala konsegwenza ta’ ftehim kuntrattwali. |
33 |
Kumpanija prinċipali tista’ titlef il-kontroll ta’ sussidjarja f’żewġ arranġamenti (tranżazzjonijiet) jew aktar. Madankollu, xi kultant iċ-ċirkostanzi jindikaw li l-arranġamenti multipli għandhom ikunu kkontabilizzati bħala tranżazzjoni waħda. Meta kumpanija prinċipali tiġi biex jiddetermina jekk għandhiex tikkontabilizza l-arranġamenti bħala tranżazzjoni waħda, għandha tikkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-arranġamenti u l-effetti ekonomiċi tagħhom. Xi waħda jew iżjed milli ġejjin jistgħu jindikaw li l-kumpanija prinċipali għandha tikkontabilizza l-arranġamenti multipli bħala tranżazzjoni waħda:
|
34 |
Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll ta’ xi sussidjarja, hija:
|
35 |
Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll tas-sussidjarja, il-kumpanija prinċipali għandha tikkontabilizza l-ammonti kollha rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dik is-sussidjarja fuq l-istess bażi li kien jinħtieġ li kieku l-kumpanija prinċipali ddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati. Għalhekk, jekk xi qligħ jew telf li kien rikonoxxut qabel fi dħul ieħor komplessiv jiġi kklassifikat mill-ġdid fi profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati, il-kumpanija prinċipali tikklassifika mill-ġdid il-qligħ jew telf, minn ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid), meta titlef il-kontroll tas-sussidjarja. Pereżempju, jekk sussidjarja għandha assi finanzjarji lesti għall-bejgħ u l-kumpanija prinċipali titlef il-kontroll tas-sussidjarja, il-kumpanija prinċipali għandha tikklassifika mill-ġdid fi profitt jew telf il-qligħ jew it-telf li qabel kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dawk l-assi. Bl-istess mod, jekk bilanċ fuq rivalutazzjoni, li qabel kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, jiġi ttrasferit direttament għall-qligħ imfaddal mad-disponiment tal-assi, il-kumpanija prinċipali tittrasferixxi l-bilanċ fuq rivalutazzjoni direttament għall-qligħ imfaddal meta titlef il-kontroll tas-sussidjarja. |
36 |
Mat-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja, kull investiment miżmum f’dik li kienet is-sussidjarja u kull ammont dovut minn jew lil dik li kienet is-sussidjarja, għandu jkun ikkontabilizzat skont l-IFRSs l-oħrajn mid-data meta jintilef il-kontroll. |
37 |
Il-valur ġust ta’ kull investiment miżmum fid-data meta jintilef il-kontroll f’dik li kienet is-sussidjarja, għandu jitqies bħala l-valur ġust mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarju skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jew, fejn xieraq, bħala l-kost mar-rikonoxximent inizjali ta’ investiment f’kumpanija assoċjata jew entità b’kontroll konġunt. |
KONTABILITÀ GĦAL INVESTMENTI F’SUSSIDJARJI, F’ENTITAJIET B’KONTROLL KONĠUNT U F’KUMPANIJI ASSOĊJATI F’RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI
38 |
Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, għandha tikkontabilizza l-investimenti f'sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati:
L-entità għandha tapplika l-istess kontabilità għal kull kategorija ta’ investimenti. Investimenti kkontabilizzati b'kemm ikun il-kost għandhom jiddaħħlu skont l-IFRS 5 Assi mhux kurrenti Miżmuma għall-bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx meta dawn jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp ta’ disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) b'konformità mal-IFRS 5. Il-kejl tal-investimenti kkontabilizzati b'konformità mal-IAS 39 ma jitbiddilx f'tali ċirkustanza. |
38A |
Entità għandha tirrikonoxxi dividend minn sussidjarja, entità b'kontroll konġunt jew kumpanija assoċjata fi profit jew lelt fir-rapporti finanzjarji separati tagħha meta jkun stabbilit id-dritt tagħha li tirċievi d-dividend. |
38B |
Meta entita prinċipali tirriorganizza l-istruttura tal-grupp tagħha bl-istabiliment ta' entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b'mod li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
u l-kumpanija prinċipali ġdida tikkontabilizza għall-investiment tagħha fil-kumpanija prinċipali oriġinali skont il-paragrafu 38(a) fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, il-kumpanija prinċipali ġdida għandha tkejjel il-kost tal-ammont miżmum fil-kotba tas-sehem tagħha mill-entrati ta' ekwità murija fir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija prinċipali oriġinali fid-data tar-riorganizzazzjoni. |
38C |
Bl-istess mod, entità li ma tkunx prinċipali jista' jkun li tistabbilixxi entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b'mod li jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 38B. Ir-rekwiżiti fil-paragrafu 38B japplikaw bl-istess mod għal tali riorganizzazzjonijiet. F'tali każijiet ir-referenzi għall-“kumpanija prinċipali oriġinali” u “l-grupp oriġinali” jkunu għall-“entità oriġinali”. |
39 |
Dan l-Istandard ma jesiġix liema entitajiet għandhom jipproduċu rapporti finanzjarji separati disponibbli għall-użu tal-pubbliku. Il-paragrafi 38 u 40–43 japplikaw meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati li huma konformi mal-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju. L-entità tipproduċi wkoll rapporti finanzjarji konsolidati disponibbli għall-użu tal-pubbliku kif meħtieġ mill-paragrafu 9, sakemm ma tkunx applikabbli l-eżenzjoni mogħtija fil-paragrafu 10. |
40 |
Investmenti f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati li huma kkontabilizzati b'konformità mal-IAS 39 fir-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jiġu kkontabilizzati bl-istess mod fir-rapporti finanzjarji separati tal-investitur. |
ŻVELAR TA’ INFORMAZZJONI
41 |
Fir-rapporti finanzjarji konsolidati għandha tiġi żvelata l-informazzjoni li ġejja:
|
42 |
Meta jitħejjew rapporti finanzjarji separati għal kumpanija prinċipali li, skont il-paragrafu 10, tagħżel li ma tħejjix rapporti finanzjarji konsolidati, dawk ir-rapporti finanzjarji separati għandhom jiżvelaw:
|
43 |
u għandhom jidentifikaw ir-rapporti finanzjarji, imħejjija skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Istandard jew skont l-IAS 28 u l-IAS 31, li magħhom huma relatati.
u għandhom jidentifikaw ir-rapporti finanzjarji, imħejjija skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Istandard jew skont l-IAS 28 u l-IAS 31, li magħhom huma relatati. |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
44 |
Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt. |
45 |
Entità għandha tapplika l-emendi għall-IAS 27 li saru mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008 fil-paragrafi 4, 18, 19, 26–37 u 41(e) u (f) għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Madankollu, entità m’għandhiex tapplika dawn l-emendi għal perijodi annwali li jibdew qabel l-1 ta’ Lulju 2009 ħlief jekk hija tapplika wkoll l-IFRS 3 (kif irrevedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008). Jekk entità tapplika l-emendi qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika l-emendi b’mod retroattiv, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
45A |
Il-paragrafu 38 ġie emendat mit-Titjib għall-IFRSs maħruġ f'Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 u wara, prespettivament mid-data li fiha tkun applikat għall-ewwel darba l-IFRS 5. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt. |
45B |
Kost ta' Investiment f'Sussidjarja, Entità b'Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġ f'Mejju 2008, ħassar id-definizzjoni tal-metodu tal-kost mill-paragrafu 4 u żied il-paragrafu 38A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi prospettivi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-bidliet għal perjodu aktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-emendi relatati mal-IAS 18, l-IAS 21 u l-IAS 36 fl-istess waqt. |
45C |
Kost ta' Investiment f'Sussidjarja, Entità b'Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġ f'Mejju 2008, żied il-paragrafi 38B u 38C. Entità għandha tapplika għal dawk il-paragrafi prospettivi għar-riorganizzazzjonijiet li jokkorru tul il-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Barra minn hekk, entità tista' tagħżel li tapplika l-paragrafi 38B u 38C retrospettivament għal riorganizzazzjonijiet imgħoddija fl-ambitu ta' dawn il-paragrafi. Madankollu, jekk entità tiddikkjara mill-ġdid kwalunkwe riorganizzazzjoni biex tikkonforma mal-paragrafu 38B jew 38C, għandha tiddikkjara mill-ġdid ir-riorganizzazzjonijiet sussegwenti kollha fi ħdan l-ambitu ta' dawk il-paragrafi. Jekk entità tapplika il-paragrafu 38B jew 38C għal perjodu aktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt. |
IRTIRAR TAL-IAS 27 (2003)
46 |
Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif irrevedut fl-2003). |
(1) Jekk mal-akkwiżizzjoni kumpanija sussidjarja tissodisfa l-kriterji li tiġi kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx, għandha tiġi rrappurtata b'konformità ma' dak l-IFRS.
(2) Ara wkoll is-SIC-12 Konsolidament - Entitajiet b'Għanijiet Speċjali.
Appendiċi
Emendi għall-IFRSs oħrajn
L-emendi f'din l-appendiċi għandhom jiġu applikati għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-emendi għall-IAS 27 għal perjodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri. Fil-paragrafi emendati, it-test imħassar huwa ngassat u t-test il-ġdid huwa sottolinjat.
A1 |
Fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju li ġejjin li japplikaw fl-1 ta’ Lulju 2009, ir-referenzi għal ‘interess minoritarju’ huma emendati għal ‘interess li ma jagħtix kontroll’ fil-paragrafi identifikati:
|
IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju
A2 |
L-IFRS 1 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 26 hu emendat kif ġej:
Wara l-paragrafu 34B jiżdiedu intestatura ġdida u l-paragrafu 34C skont kif ġej: “Interessi li ma jagħtux kontroll
Il-paragrafu 47J hu miżjud kif ġej:
|
IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx
A3 |
L-IFRS 5 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 33 hu emendat kif ġej: Paragraph 33 is amended as follows:
Il-paragrafu 44B hu miżjud kif ġej:
|
IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji
A4 |
Il-paragrafu 106 tal-IAS 1 (kif irrevedut fl-2007) huwa emendat kif ġej:
Il-paragrafu 139A hu miżjud kif ġej:
|
IAS 7 Rapport tal-Flussi ta' Flus
A5 |
L-IAS 7 hu emendat kif deskritt hawn taħt. L-intestatura tal-paragrafu 39 u l-paragrafi 39-42 huma emendati kif ġej: “Tibdil f’interessi proprjetarji f’sussidjarji u f’negozji oħra
Il-paragrafi 42A u 42B huma miżjudin kif ġej:
Il-paragrafu 54 hu miżjud kif ġej:
|
IAS 21 L-Effetti ta' Tibdil Fir-Rati tal-Kambju
A6 |
L-IAS 21 hu emendat kif deskritt hawn taħt. L-intestatura qabel il-paragrafu 48 hija emendata u jiżdiedu l-paragrafi 48A-48D kif ġej “Disponiment jew disponiment parzjali ta’ operazzjoni barranija
Il-paragrafu 60B hu miżjud kif ġej:
|
IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati
A7 |
L-IAS 28 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafi 18 u 19 huma emendati kif ġej:
Il-paragrafu 19A hu miżjud kif ġej:
Il-paragrafu 41B hu miżjud kif ġej:
|
IAS 31 Interessi f'Impriżi Konġunti
A8 |
L-IAS 31 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 45 hu emendat kif ġej:
Il-paragrafi 45A u 45B huma miżjudin kif ġej.
Il-paragrafu 58A hu miżjud kif ġej:
|
IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
A9 |
L-IAS 39 hu emendat kif deskritt hawn taħt. L-aħħar sentenza tal-paragrafu 102 hija emendata kif ġej:
Il-paragrafu 103E hu miżjud kif ġej:
|
SIC-7 Introduzzjoni tal-Euro
A10 |
IS-SIC-7 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Fis-sezzjoni ‘Referenzi’, jiżdied ‘IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008)’. Il-paragrafu 4 hu emendat kif ġej:
Taħt l-intestatura ‘Data effettiva’ jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu li jiddeskrivi d-data effettiva tal-emendi tal-IAS 1 kif ġej: “L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafu 4(b). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri. ” |