10.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 482/2009
tal-8 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 li jistipula l-modalitajiet ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta' ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-FAEG u tal-FAEŻR
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li jistabbilixxi l-qafas legali għall-appoġġ tal-FAEŻR għal żvilupp rurali madwar il-Komunità, ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 473/2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u r-Regolament 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-Broadband)] (3) sabiex iqis il-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu fil-11 u t-12 ta' Diċembru 2008. |
(2) |
Konsegwentement, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (4) għandu jiġi kkomplimentat b'regoli addizzjonali dettaljati ta’ implimentazzjoni. |
(3) |
L-Artikolu 70(4b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jippermetti lill-Istati Membri li japplikaw rati ogħla ta' kofinanzjament mill-FAEŻR matul is-sena 2009, bil-kundizzjoni li r-rata kumplessiva ta' kontribut mill-FAEŻR kif provdut fl-Artikolu 70(3) ta' dak ir-Regolament, tiġi rrispettata matul il-perjodu ta’ programmar kollu. Huwa meħtieġ li tiġi ddeterminata l-proċedura li skontha l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw dik il-possibiltà kif ukoll il-mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġi żgurat li r-rata tal-kontribut kumplessiva mill-FAEŻR tiġi rrispettata matul il-perjodu kollu ta’ programmar. |
(4) |
Għanda tiġi pprovduta l-possibbiltà li jsiru ħlasijiet bil-quddiem relatati mal-ispejjeż operattivi sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali u partikolarment it-tħaddim tal-gruppi lokali tal-azzjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
(5) |
Minħabba l-benefiċċju ambjentali ġenerali li ġej mit-trasferiment ta' impriża, jew parti minnha, għal organizzazzjoni li jkollha l-għan ta' ġestjoni tan-natura, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li ma jirrikjedux il-benefiċjarju għar-rimbors f'każ li l-organizzazzjoni ma tiħux f'idejha l-impenn mogħti bħala kundizzjoni tal-għotja ta' assistenza. |
(6) |
Għandha tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u l-aġġornament tal-wirt naturali u mal-iżvilupp ta' żoni b'valur naturali għoli, kif ipprovduti fil-punt (a) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jippermettu li jistabbilixxu l-livell ta' appoġġ għal operazzjonijiet bħal dawn abbażi ta’ spejjeż standard u suppożizzjonijiet standard ta’ dħul finanzjarju mitluf kif diġà hemm provdut għall-operazzjonijiet ta' natura simili skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006. |
(7) |
Sabiex l-Istati Membri jitħallew jibbenefikaw mill-Artikolu 70(4b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2995 għandhom jiġu adattati r-regoli għall-kalkulazzjoni tal-kontribut Komunitarju fil-kuntest tal-kontijiet tal-FAEŻR, kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (5). |
(8) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1974/1999 u (KE) Nru 883/2006 għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan. |
(9) |
Għall-konsistenza mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 473/2009 [Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-Broadband], li miegħu jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2009. Applikazzjoni retroattiva bħal din ma għandhiex tikser il-prinċipju ta' ċertezza legali tal-benefiċjarji konċernati. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6(1) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 8: “Artikolu 8a 1. Stati Membri bl-intenzjoni li jagħmlu bidliet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 70(4b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi pjan ta' finanzjament emendat li jkun fih ir-rati miżjuda ta' kontribut mill-FAEŻR li se japplikaw fl-2009. Il-proċedura tal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandha tapplika għall-bidliet innotifikati skont l-ewwel subparagrafu. 2. Wara l-wasla tal-aħħar dikjarazzjonijiet tal-infiq għas-sena 2009, li għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2010 skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (*), il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rati massimi ta' kontribut tal-FAEŻR li jistgħu japplikaw għall-kumplament tal-parti tal-perjodu ta' programmar sabiex jiġu rrispettati r-rati massimi u kumplessivi ta' kontribut tal-FAEŻR ipprovduti f'paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 70 tar-Regolament(KE) Nru 1698/2005. Id-dettalji u r-riżultat ta' dak il-kalkolu għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri sal-15 ta' Frar 2010. 3. Sal-15 ta' Marzu 2010 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi pjan ta' finanzjament ġdid, li jkun fih ir-rati ta' kontribut tal-FAEŻR għall-kumplament tal-perjodu ta’ programmar b'konformità mar-rati massimi kkalkulati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2. Jekk Stat Membru ma jinnotifikax bil-pjan ġdid ta' finanzjament sa' din id-data jew jekk il-pjan innotifikat ta' finanzjament mhuwiex konformi mal-kalkoli tar-rati massimi tal-Kummissjoni, dawn tal-aħħar għandhom japplikaw awtomatikament għall-programm ta' żvilupp rurali ta’ dak l-Istat Membru mid–dikjarazzjoni li tikkorrispondi mal-ispiża mġarrba mill-aġenzija tal-ħlas matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2010, u sa pjan rivedut ta' finanzjament kompatibbli mar-rati ta' kofinanzjament ikkalkulati mill-Kummissjoni. |
(3) |
L-Artikolu 38 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 38 1. L-ispejjeż operattivi tal-gruppi lokali tal-azzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ Komunitarju fil-limitu ta’ 20 % tan-nefqa pubblika totali tal-istrateġija għall-iżvilupp lokali. 2. Il-gruppi lokali tal-azzjoni jistgħu jitolbu l-ħlas bil-quddiem mill-aġenzija tal-ħlas kompetenti jekk possibilità bħal din hija inkluża fil-programm tal-iżvilupp rurali. L-ammont ta’ ħlas bil-quddiem m’għandux jaqbeż l-20 % tal-għajnuna pubblika relatata mal-ispejjeż operattivi, u l-ħlas tiegħu għandu jkun soġġett għall-istabbiliment ta’ garanzija bankarja li tkun tikkorrispondi għal 110 % tal-ammont tas-self. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata mhux aktar tard mill-għeluq tal-istrateġija għall-iżvilupp lokali. L-Artikolu 26(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (**) m’għandux japplika għall-ħlas imsemmi fl-ewwel subparagrafu. |
(4) |
Fl-Artikolu 44(2), il-punt li jmiss għandu jiġi miżjud:
|
(5) |
Fl-Artikolu 53, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Fejn xieraq l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livell ta’ appoġġ li hemm provvediment għalih fl-Artikoli 31, 37 sa 41, u 43 sa 49 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 abbażi ta’ spejjeż standard u suppożizzjonijiet standard ta’ dħul finanzjarju mitluf. Mingħajr preġudizzju għar-regoli materjali applikabbli u għar-regoli proċedurali għall-għajnuna mill-Istat, l-ewwel subparagrafu japplika wkoll għall-investimenti assoċjati ma' manutenzjoni, restawr u modernizzar tal-wirt naturali u mal-iżvilupp ta' żoni b'valur naturali għoli kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.”; |
(6) |
L-Annessi II u VII għandhom ikunu emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Fl-Artiklu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006 jiżdied it-tieni subparagrafu li jmiss:
“Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għan-nefqa imħallsa mill-Istati Membri bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Diċembru 2009, il-kontribut Komunitarju għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fl-aħħar jum tal-perjodu ta' referenza.”.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(4) ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 305.
(5) ĠU L 327M, 5.12.2008, p. 615.
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandhom jiġu emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, A, il-punt 6.3 jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness VII, A huwa emendat kif ġej:
|