|
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 472/2009
tal-25 ta’ Mejju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi nazzjonali ta’ ristrutturar għas-settur tal-qoton
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, u b’mod partikolari l-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 anness miegħu dwar il-qoton (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Kapitlu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li jistabbilixxi programmi nazzjonali ta’ ristrutturar għas-settur tal-qoton (2) fih dispożizzjonijiet dwar programmi nazzjonali ta’ ristrutturar ta’ erba’ snin li għandhom jiġu deċiżi fil-livell tal-Istat Membru biex jiġu ffinanzjati, inter alia, miżuri speċifiċi li jgħinu l-industrija tal-ħalġ. |
|
(2) |
B’riżultat tal-iżviluppi riċenti fil-qagħda ekonomika tas-settur tal-qoton fil-Komunità, u konsegewntement, il-bżonn li jitwettqu immedjatament operazzjonijiet sostanzjali ta’ ristrutturar, u sabiex jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ħalġ ikkonċernati, l-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ pprogrammar ta’ ristrutturar ta’ tmien snin huwa ġustifikat. Meta Stat Membru jintroduċi tali programm ta’ ristrutturar, it-trasferiment għal-limitu nazzjonali kif determinat fl-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3) għandhom isegwu immedjatament. |
|
(3) |
L-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 jipprevedi li l-benefiċjarji tal-għajnuna taħt il-Kapitlu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1051/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar għajnuna ta’ produzzjoni għall-qoton (4) fis-sena tas-suq 2005/2006 huma l-benefiċjarji tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(1)(a), (b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008. Madanakollu, peress illi uħud mill-fabbriki tal-ħalġ ma kinux imħaddma mis-sidien tagħhom tul dik is-sena tas-suq taħt referenza u dawk is-sidien ma kinux benefiċjarji skont il-Kapitlu IV tar-Regolament (KE) Nru 1051/2001, dawk is-sidien tal-fabbriki tal-ħalġ kienu esklużi mill-parteċipazzjoni fil-proċess ta’ ristrutturar. Sabiex il-programmi nazzjonali ta’ ristrutturar ikunu effikaċi l-fabbriki kollha tal-ħalġ li kienu attivi fis-sena tas-suq taħt referenza 2005/2006 u li huma eliġibbli għal appoġġ skont il-Kapitlu IV tar-Regolament (KE) Nru 1051/2001, għandhom ikunu koperti bil-miżuri skont l-Artikolu 7(1)(a), (b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008. Għalhekk, huwa xieraq li fir-rigward ta’ dik is-sena tas-suq, s-sid tal-fabbrika għandu jikkwalifika bħala l-benefiċjarju taħt il-programmi ta’ ristrutturar ikkonċernat. |
|
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4(1) is-subparagrafu li ġej għandu jiġi inserit qabel l-ewwel subparagrafu: “B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2009, abbozz uniku ta’ programm ta’ ristrutturar emendat għal tul ta’ żmien ta’ tmien snin.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 5(2) għandu jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej: “Madankollu, jekk Stat Membru jagħżel li jippreżenta abbozz ta’ programm ta’ ristrutturar modifikat għal tul ta’ żmien ta’ tmien snin, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), il-baġit annwali tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi ttrasferit għal-limitu nazzjonali tiegħu kif determinat fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fis-sena finanzjarja 2018 u għandu jkun applikabbli għal pagamenti diretti mħallsa f’dik is-sena. Qabel l-1 ta’ Jannar 2018 l-Istat Membru konċernat għandu jippreżenta komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ristrutturar u l-ksib tal-għanijiet tiegħu.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 7(2), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) ĠU L 291, 19.11.1979, p. 174.