19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/62


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 408/2009

tat-18 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 793/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(4), l-Artikolu 20(2) u l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2006 (2) jidher li xi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adattati.

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jawtorizza lill-Madejra biex tipproduċi, għall-konsum lokali biss, il-ħalib UHT rikostitwit mit-trab tal-ħalib ta’ oriġini Komunitarja skont il-limitu tal-ħtiġijiet tal-konsum lokali, ladarba din il-miżura tiżgura l-ġbir u l-iżbokki ta’ bejgħ għall-ħalib lokali Għalhekk, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni.

(3)

Għandhom jiġu speċifikati t-tipi ta’ żbokki ta’ bejgħ għall-ħalib frisk tal-baqra prodott fil-Madejra kif ukoll il-volum minimu li għandu jiġi inkoporat fil-ħalib UHT rikostitwit u maħsub għall-konsum lokali. L-esperjenza wriet li volum minimu ta’ inkorporazzjoni ta’ 15 % huwa biżżejjed sabiex jiġu żgurati l-ġbir u l-iżbokki ta’ bejgħ għall-ħalib prodott lokalment.

(4)

Sabiex it-tagħrif għall-konsumatur ikun korrett u minħabba n-natura eċċezzjonali ta’ din id-deroga, il-metodu ta’ kif jinkiseb il-prodott għandu jidher fuq it-tikketta.

(5)

L-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(4), tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 hija limitata għall-produzzjoni tal-ħalib UHT maħsub għall-konsum lokali u għalhekk l-esportazzjoni tal-ħalib rikostitwit ma għandhiex tkun permessa.

(6)

L-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jawtorizza lid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u lill-Madejra biex jimportaw annimali bovini li jiġu minn pajjiżi terzi mingħajr ma japplikaw id-dazji doganali, għal raġunijiet ta’ simna u konsum lokali, sakemm il-bhejjem bovini maskili żgħar u lokali jilħqu livell suffiċjenti biex jiġu żgurati ż-żamma u l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella. Din il-provvista trid tkun limitata għall-bhejjem maskili żgħar tas-simna.

(7)

L-applikazzjoni tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 titlob monitoraġġ effettiv fuq id-destinazzjoni speċifika tal-bhejjem importati u b’mod partikulari konformità mat-tul minimu tal-perjodu tas-simna. Għalhekk, għandha ssir proviżjoni għall-preżentazzjoni ta’ garanzija sabiex jiġi żgurat li l-bhejjem jissemmnu waqt dan il-perjodu f’unitajiet ta’ produzzjoni maħsuba għal dan l-iskop.

(8)

Minħabba l-aspett tekniku tar-regoli dettaljati msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli.

(9)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (KE) Nru 793/2006 jitlob li, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi speċifiċi tal-provvista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu d-dejta li tirrigwarda x-xhur ta’ qabel lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15-il jum tax-xahar li jiġi wara tmiem kull trimestru. Madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(1) jgħid li d-dejta prevista fl-ewwel subparagrafu hija pprovduta abbażi tal-liċenzji użati. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament, il-validità tal-liċenzja hija stipulata skont il-ħin tat-trasport, mingħajr ma jinqabżu x-xahrejn mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja. Fl-aħħarnett, skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, il-preżentazzjoni tal-liċenzja tal-għajnuna trid issir fi żmien tletin jum wara d-data li fiha jkunu ttieħdu n-notamenti tal-liċenzja tal-għajnuna. Ladarba l-operaturi ma jistgħux jitolbu għat-trażmissjoni tal-kwantitajiet użati fi żmien inqas minn dak awtorizzat mir-Regolament, li jista’ jkun ta’ tliet xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, id-dejta tat-trimestru li toħroġ fix-xahar u li trid tiġi trażmessa fil-ħmistax-il jum wara dan it-trimestru, ma tistax ma tkunx inkompluta. Għaldaqstant, id-data ta’ skadenza għat-trażmissjoni ta’ din id-dejta għandha titwal sal-aħħar jum tax-xahar wara t-trimestru u għandu jkun hemm indikazzjoni wkoll li d-dejta li trid tiġi kkomunikata tkun disponibbli f’din id-data. Id-dejta proviżorja għandha tinbidel bid-dejta finali permezz ta’ komunikazzjonijiet sussegwenti.

(10)

Sabiex tiġi garantita ġestjoni omoġenja u armonizzata tad-dejta li trid tintbagħat regolarment lill-Kummissjoni rigward l-iskemi speċifiċi tal-provvista, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw format wieħed, li huwa anness ma’ dan ir-Regolament.

(11)

Il-proċeduri għall-emendi tal-programmi previsti fl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 793/2006 jridu jiġu speċifikati. Jeħtieġ li tinġieb ‘il quddiem l-aħħar data għall-preżentazzjoni tat-talbiet annwali għall-emendar tal-programmi ġenerali biex id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni ma jitħallewx jiġu adottati tard. Minħabba r-regoli baġitarji, l-emendi approvati għandhom ikunu implimentati mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara dik li fiha tkun tressqet it-talba għall-emendar. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkunu ppreċiżati aktar ċerti regoli dwar l-emendi minuri li ma jeħtiġilhomx ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni għajr bħala tagħrif.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 793/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ ġestjoni għall-pagamenti diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 793/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Titolu IV, għandu jiżdied il-Kapitolu III:

KAPITOLU III

Prodotti li ġejjin mill-annimali

Artikolu 46 a

Ħalib

1.   Il-ħalib UHT rikostitwit fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandu jkun fih mill-inqas 15 % ta’ ħalib frisk tal-baqra prodott lokalment.

Il-metodu ta’ kif jinkiseb il-ħalib UHT rikostitwit b’dan il-mod għandu jidher ċar fuq it-tikketta tal-bejgħ.

2.   Il-ħalib imsemmi fil-paragrafu 1 ma jistax jiġi esportat barra mill-arċipelagu tal-Madejra.

Artikolu 46 b

Trobbija tal-bhejjem

1.   L-importazzjoni tal-bhejjem bovini maskili żgħar li ġejjin minn pajjiżi terzi, taħt il-kodiċi tan-NM 0102 90 05, 0102 90 29 jew 0102 90 49 u maħsuba għat-tismin fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madejra ma għandhiex tkun suġġetta għad-dazji doganali sakemm il-bhejjem bovini maskili żgħar u lokali jilħqu livell suffiċjenti biex jiġu żgurati ż-żamma u l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella.

2.   L-eżenzjoni mid-dazji doganali tal-importazzjoni prevista fl-ewwel paragrafu għandha tapplika bil-kundizzjoni li l-bhejjem importati jisemmnu għal perjodu ta’ mill-inqas 120 jum fir-reġjun l-iktar imbiegħed li jkun ħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni.

3.   Il-benefiċċju għall-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni hu suġġett għal:

(a)

dikjarazzjoni bil-miktub mill-importatur jew mill-applikant, fil-ħin tal-wasla tal-bhejjem fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej jew fil-Madejra, li l-bhejjem bovini huma maħsuba għat-tismin għal perjodu ta’ 120 ġurnata mill-jum tal-wasla effettiva tagħhom u għall-konsum sussegwenti;

(b)

impenn bil-miktub tal-importatur jew tal-applikant, fil-ħin tal-wasla tal-bhejjem, li jindika lill-awtoritajiet kompetenti, fi żmien xahar wara l-jum ta’ wasla tal-bhejjem bovini, l-azjenda jew l-azjendi fejn il-bhejjem bovini għandhom jissemmnu;

(ċ)

preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ garanzija għall-ammont kif stipulat għal kull kodiċi tan-NM eliġibbli fl-Anness VIII(a) ta’ dan ir-Regolament. It-tismin tal-annimali importati fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madejra għal tul ta’ żmien minimu ta’ mill-inqas 120 jum mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, huwa rekwiżit primarju fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (*).

4.   Minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 3(c) għandha tiġi rilaxxata biss jekk tingħata prova lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-bhejjem bovini żgħar:

(a)

issemmnu fl-impriża/i indikata/i skont il-paragrafu 3(b);

(b)

ma nqatlux qabel ma skada l-perjodu ta’ 120 jum mid-data tal-importazzjoni; jew

(ċ)

inqatlu għal raġunijiet ta’ saħħa jew mietu b’riżultat ta’ mard jew inċident qabel ma jkun skada dan il-perjodu;

(d)

Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata minnufih wara li tkun ġiet fornuta din il-prova.

(*)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.”"

(2)

Fl-Artikolu 47, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Fir-rigward tal-iskemi speċifiċi tal-provvista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-aħħar jum tax-xahar wara kull trimestru, id-dejta li ġejja, disponibbli f’dik id-data, li tirrigwarda x-xhur ta’ qabel tas-sena kalendarja ta’ referenza, maqsuma skont il-prodott u l-kodiċi tan-NM u, fejn jagħti l-każ, skont id-destinazzjoni partikulari.”

(b)

it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Id-dejta prevista fl-ewwel subparagrafu hija fornuta abbażi tal-liċenzji użati. Tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni elettronikament permezz tal-format li jingħata fl-Anness VIIIb. Jekk id-dejta kkomunikata fl-aħħar jum ta’ Jannar għas-sena kalendarja ta’ qabel tkun biss proviżorja, għandha tinbidel bid-dejta finali f’komunikazzjoni sussegwenti li l-awtoritajiet kompetenti jibagħtu lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ wara.”

(3)

L-Artikolu 49 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 49

Emendi tal-programmi

1.   L-emendi tal-programmi ġenerali approvati skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandhom jitressqu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u jkunu sostanzjati kif xieraq, partikolarment billi jippreċiżaw:

(a)

ir-raġunijiet u kull problema ta’ implimentazzjoni li jiġġustifikaw l-emendar tal-programm ġenerali;

(b)

l-effetti mistennija tal-emenda;

(ċ)

il-konsegwenzi tal-finanzjament u l-kontroll tal-impenji.

Għajr fil-każ ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Istati membri għandhom iressqu t-talbiet għall-emendar tal-programmi darba biss għal kull sena kalendarja u għal kull programm. Dawn it-talbiet għall-emendar jeħtiġilhom jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu ta’ kull sena.

Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-emendi mitluba, dawk l-emendi għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara dik li fiha ġew innotifikati.

Dawn l-emendi jistgħu jidħlu fis-seħħ qabel jekk il-Kummissjoni tgħarraf bil-miktub lill-Istat Membru qabel id-data msemmija fit-tielet subparagrafu li l-emendi nnotifikati jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Jekk l-emenda nnotifikata ma tikkonformax mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru b’dan u l-emenda ma għandhiex tapplika sakemm il-Kummissjoni ma tirċevix emenda li tista’ tiġi ddikjarata bħala konformi.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għall-emendi li ġejjin, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti tal-Istati Membri u tiddeċiedi jekk hux se tapprovahom sa mhux aktar tard minn erba’ xhur mit-tressiq tagħhom skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006:

(a)

l-introduzzjoni ta’ miżuri, azzjonijiet, prodotti jew skemi ta’ għajnuna ġodda fil-programm ġenerali, u

(b)

iż-żieda tal-livell bażiku ta’ appoġġ diġà approvat għal kull miżura, azzjoni, prodotti jew skema ta’ għajnuna eżistenti b’aktar minn 50 % tal-ammont applikabbli fiż-żmien ta’ meta titressaq it-talba għall-emenda.

L-emendi hekk approvati japplikaw mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara dik li fiha tkun saret it-talba għall-emenda.

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-emendi li ġejjin, mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fil-paragrafu 1, dejjem sakemm l-emendi jkunu notifikati lill-Kummissjoni:

(a)

fil-każ ta’ previżjonijiet ta’ bilanċi tal-provvista, il-bidliet fil-livell individwali tal-għajnuna sa 20 % jew il-bidliet fil-kwantitajiet tal-prodotti kkonċernati koperti mill-arranġamenti tal-provvista u, konsegwentement, l-ammont globali ta’ għajnuna allokat biex jgħin kull linja ta’ prodotti;

(b)

fir-rigward tal-programmi Komunitarji ta’ appoġġ għall-produzzjoni lokali, l-emendar, sa limitu ta’ 20 %, tal-allokazzjoni finanzjarja maħsuba għal kull miżura; u

(ċ)

l-emendi li jsegwu emendi tal-kodiċijiet u d-deżinjazzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (**) u li jservu biex jidentifikaw il-prodotti li jibbenefikaw minn għajnuna, dejjem sakemm dawn l-emendi ma jinvolvux bidla tal-prodotti nfushom.

L-emendi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel id-data li fiha jaslu għand il-Kummissjoni. Jeħtieġ li jkunu spjegati u ġustifikati kif suppost, u ma jistgħux ikunu implimentati ħlief darba kull sena, għajr fil-każijiet li ġejjin:

(a)

forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali,

(b)

emendi tal-kwantitajiet ta’ prodotti eliġibbli għall-iskema ta’ provvista,

(ċ)

emenda tan-nomenklatura statistika u l-kodiċijiet tat-tariffa doganali komuni f’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87,

(d)

trasferimenti baġitarji fi ħdan il-miżuri ta’ appoġġ għall-produzzjoni. Dawn l-aħħar emendi, madankollu, jeħtiġilhom ikunu notifikati sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April tas-sena wara dik kalendarja li għaliha tirreferi l-allokazzjoni finanzjarja emendata.

(**)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.”"

(4)

Għandhom jiżdiedu l-Annessi VIIIa u VIIIb, li t-test tagħhom jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madanakollu, l-Artikolu 1(1) għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 145, 31.5.2006, p. 1.


ANNESS

ANNESS VIIIa

AMMONTI TA' GARANZIJA

Il-bhejjem bovini maskili għat-tismin

(Kodiċi tan-NM)

L-ammont (EUR) għal kull ras

0102 90 05

28

0102 90 29

56

0102 90 49

105

ANNESS VIIIb

FORMOLI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAT-TRIMESTRU TAD-DEJTA RIGWARD L-ARRANĠAMENTI SPEĊIFIĊI TAL-PROVVISTA

ARTIKOLU 47(1)(a)

TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 793/2006

Il-kwantitajiet maqsuma skont jekk jiġux importati minn pajjiżi terzi jew jitqassmux mill-Komunità

‘REĠJUN’

PERJODU MINN ‘JJ/XX/SSSS SA JJ/XX/SSSS’

Isem tal-prodott

Kodiċi tan-NM

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Isem tal-prodott

Kodiċi tan-NM

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Total annwali

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

Oriġini

Kwantità kkonsenjata

(f'tunnellati)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ARTIKOLU 47(1)(b)

TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 793/2006

Ammont ta' għajnuna kif ukoll l-ispejjeż effettivament imħallsa għal kull prodott u, jekk ikun il-każ, għal kull destinazzjoni partikulari

‘REĠJUN’

PERJODU MINN ‘JJ/XX/SSSS SA JJ/XX/SSSS’

Isem tal-prodott (*)

Kodiċi tan-NM

Ammont tal-għajnuna

(EUR/tunnellata)

Ammont imħallas

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Total annwali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ARTIKOLU 47(1)(c)

TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 793/2006

Kwantitajiet li għalihom il-liċenzji ma ntużawx, maqsuma skont il-kategorija tal-liċenzja (tal-għajnuna jew ta' eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni)

‘REĠJUN’

PERJODU MINN ‘JJ/XX/SSSS SA JJ/XX/SSSS’

Isem tal-prodott

Kodiċi tan-NM

Kategorija tal-liċenzja

Kwantitjiet li ma ntużawx

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Total annwali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ARTIKOLU 47(1)(d)

TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 793/2006

Kwantitajiet li jiġu esportati jew ikkonsenjati mill-ġdid skont l-Artikolu 16 kif ukoll l-ammonti bażiċi u t-total tal-għajnuna rkuprata

‘REĠJUN’

PERJODU MINN ‘JJ/XX/SSSS SA JJ/XX/SSSS’

Isem tal-prodott

Kodiċi tan-NM

Jannar

Frar

Marzu

April

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Isem tal-prodott

Kodiċi tan-NM

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Isem tal-prodott

Kodiċi tan-NM

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Total annwali

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammont bażiku

Ammonti rkuprati

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid

(f'tunnellati)

Ammonti rkuprati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ARTIKOLU 47(1)(e)

TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 793/2006

Kwantitajiet esportati jew ikkonsenjati mill-ġdid wara l-ipproċessar skont l-Artikolu 18

‘REĠJUN’

PERJODU MINN ‘JJ/XX/SSSS SA JJ/XX/SSSS’

Isem tal-prodott

Kodiċi tan-NM

Kwantitajiet esportati jew imqassma mill-ġdid (f'tunnellati)

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Total annwali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ARTIKOLU 47(1)(f)

TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 793/2006

Trasferimenti fi ħdan kwantità globali għal kategorija ta' prodotti u emendi tal-ammonti proviżorji tal-provvista matul il-perjodu

‘REĠJUN’

PERJODU MINN ‘JJ/XX/SSSS SA JJ/XX/SSSS’

Isem tal-prodott

Kodiċi tan-NM

L-ewwel trimestru

It-tieni trimestru

It-tielet trimestru

Ir-raba' trimestru

TOTAL ANNWALI

Ammont proviżorju

(f'tunnellati)

Kwantitajiet trasferiti

Bilanċ emendat

Ammont proviżorju

(f'tunnellati)

Kwantitajiet trasferiti

Bilanċ emendat

Ammont proviżorju

(f'tunnellati)

Kwantitajiet trasferiti

Bilanċ emendat

Ammont proviżorju

(f'tunnellati)

Kwantitajiet trasferiti

Bilanċ emendat

Ammont proviżorju

(f'tunnellati)

Kwantitajiet trasferiti

Bilanċ emendat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ARTIKOLU 47(1)(g)

TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 793/2006

Bilanċ disponibbli u l-perċentwal tal-użu

‘REĠJUN’

PERJODU MINN ‘JJ/XX/SSSS SA JJ/XX/SSSS’

Isem tal-prodott

Kodiċi tan-NM

Ammont proviżorju (f'tunnellati)

Kwantitajiet użati

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ARTIKOLU 18

Isem tal-prodott

Kodiċi tan-NM

Ammont proviżorju (f'tunnellati)

Kwantitajiet użati

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Kwantitajiet użati

Solde

l-perċentwal tal-użu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(*)  indika jekk hux konsum dirett jew industrijali