28.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 131/24 |
REGOLAMENT (KE) Nru 392/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ April 2009
dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-3 ta' Frar 2009.
Billi:
(1) |
Fi ħdan il-qafas tal-politika komuni tat-trasport, iridu jkunu adottati aktar miżuri sabiex titjieb is-sikurezza fit-trasport marittimu. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu r-regoli ta’ responsabbiltà għal ħsara kkawżata lil passiġġieri; minħabba li hu importanti li jkun żgurat livell xieraq ta’ kumpens għal passiġġieri involuti f’aċċidenti marittimi. |
(2) |
Il-Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 kien adottat fl-1 ta' Novembru 2002 taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jinsabu fil-proċess li jiddeċiedu jekk għandhomx jiffirmaw jew jirratifikaw dak il-Protokoll. Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet tiegħu inkorporati b'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-Kommunità mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012. |
(3) |
Il-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, kif emendata mill-Protokoll tal-2002 (“Il-Kovenzjoni ta' Ateni”), tapplika biss għat-trasport internazzjonali. Id-distinzjoni bejn trasport nazzjonali u internazzjonali fis-suq intern għas-servizzi ta' trasport marittimu tneħħiet u għalhekk jixraq li jkun hemm l-istess livell u tip ta’ responsabbiltà kemm fit-trasport internazzjonali kif ukoll f’dak nazzjonali ġewwa l-Komunità |
(4) |
L-arranġamenti tal-assigurazzjoni rikjesti skont il-Konvenzjoni ta' Ateni għandhom jieħdu kont tal-kapaċitajiet finanzjarji tas-sidien tal-vapuri u tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni. Is-sidien tal-vapuri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jimmaniġġjaw l-arranġamenti tal-assigurazzjoni tagħhom b'mod ekonomikament aċċettabbli u, b'mod partikulari fil-każ ta' kumpanniji tat-tbaħħir żgħar li joperaw servizzi nazzjonali ta' trasport, għandu jittieħed kont tan-natura staġunali tal-operazzjonijiet tagħhom. Fl-istabbiliment tal-arranġamenti tal-assikurazzjoni taħt dan ir-Regolament, għandu jittieħed kont tal-klassijiet differenti tal-vapuri. |
(5) |
Huwa xieraq li t-trasportatur ikun obbligat li jagħmel ħlas bil-quddiem fil-każ ta’ mewt jew korriment ta’ passiġġier, fejn il-ħlas bil-quddiem ma jikkostitwixxix rikonoxximent ta' responsabilità. |
(6) |
Informazzjoni xierqa, dwar id-drittijiet mogħtija lill-passiġġieri għandha tingħata lil dawk il-passiġġieri qabel il-vjaġġ tagħhom jew, fejn dan ma jkunxpossibbli, mhux aktar tard mit-tluq. |
(7) |
Il-Kumitat Legali tal-IMO fid-19 ta' Ottubru 2006 adotta Riżerva u Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni (“il-Linji Gwida tal-IMO”) biex jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet fil-Konvenzjoni ta' Ateni, b'mod partikolari, il-kumpens għal dannu relatat mat-terroriżmu. Għalhekk, il-Linji Gwida tal-IMO jistgħu jkunu kkunsidrati bħala lex specialis. |
(8) |
Dan ir-Regolament jinkorpora u jrendi vinkolanti partijiet tal-Linji Gwida tal-IMO. Għal dak il-għan, kull fejn jinstab fid-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-IMO, b'mod partikolari, il-verb “should” (għandu) għandu jiftiehem bħala “shall” (għandu). |
(9) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ateni (Anness I) u tal-Linji Gwida tal-IMO (Anness II) għandhom jiftiehmu, mutatis mutandis, fil-kuntest tal-leġislazzjoni Komunitarja. |
(10) |
Is-sistema ta' responsabbiltà prevista f'dan ir-Regolament għanda tiġi estiża ftit ftit għall-klassijiet differenti ta' vapuri kif stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (4) Għandu jittieħed kont tal-konsegwenzi fuq in-nolijiet u l-ħila tas-suq li jikiseb kopertura ta' assikurazzjoni bi prezz li jista' jintlaħaq fil-livell meħtieġ fl-isfond tal-politika ta' tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri, kif ukoll tan-natura staġonali ta' ftit mit-traffiku. |
(11) |
Il-kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 17 u 17bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità sa fejn dawk l-Artikoli jaffettwaw ir-regoli stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (5). Għal dan il-għan, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ser jiffurmaw parti mill-ordni legali Komunitarja meta l-Komunità tiffirma l-Konvenzjoni ta' Ateni. |
(12) |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-espressjoni “jew hu rreġistrat fi Stat Membru” għandha tiġi meqjusa li tfisser li l-istat tal-bandiera għar-raġunijiet ta' reġistrazzjoni ta' basitimenti mogħtija b' kiri bla ekwipaġġ, jkun jew Stat Membru jew parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Ateni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jistiednu lill-IMO biex jiżviluppa linji gwida dwar il-kunċett ta' reġistrazzjoni ta' bastimenti mogħtija b' kiri bla ekwipaġġ. |
(13) |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament l-espressjoni “tagħmir għall-mobbiltà” għandha titqies la bħala bagolli u lanqas bħala vetturi fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta' Ateni. |
(14) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (6). |
(15) |
B'mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda dan ir-Regolament sabiex jiġu inkorporati l-emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet internazzjonali, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet relatati magħha. Peress li dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(16) |
L-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà, stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), għandha tassisti l-Kummissjoni fit-tħejjija u fl-abbuzzar ta' rapport ta' progress dwar il-funzjonament tar-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament. |
(17) |
L-awtoritajiet nazzjonali, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-port, għandhom parti fundamentali u vitali fl-identifikazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji varji għas-sikurezza marittima. |
(18) |
L-Istat Membri ħadu l-impenn sod fl-Istqarrija tagħhom dwar is-Sikurezza Marittima tad-9 ta' Ottubru 2008 li jesprimu, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2012, il-kunsens tagħhom li jintrabtu bil-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1976 dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà għal Pretensjonijiet Marittimi, kif emendata bil-Protokoll tal-1996. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 15(3bis) ta' dik il-Konvenzjoni sabiex jirregolaw, permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament, is-sistema ta' limitazzjoni tar-responsabbiltà li għandha tiġi applikata għall-passiġġieri. |
(19) |
Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jinħoloq sett wieħed ta' regoli li jirregolaw id-drittijiet tat-trasportaturi bil-baħar u tal-passiġġieri tagħhom f'każ ta' aċċident, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-objettiv, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabilixxi r-reġim Komunitarju dwar ir-responsabbiltà u l-assigurazzjoni għall-ġarr bil-baħar ta' passiġġieri kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta':
(a) |
il-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, kif emendata mill-protokoll tal-2002 (“il-Konvenzjoni ta’ Ateni”) li t-test tagħha jinsab fl-Anness I; u |
(b) |
ir-Riżerva u l-Linji Gwida tal- IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni adottata mill-Kumitat Legali tal-IMO fid-19 ta' Ottubru 2006 (“il-Linji Gwida tal-IMO”), li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II. |
2. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jestendi l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet għall-ġarr ta' passiġġieri bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri tal-Klassi A skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE , u jistabbilixxi ċerti rekwiżiti supplimentari.
3. Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva, sabiex, inter alia, testendi il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal vapuri tal-Klassijiet C u D skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull ġarr internazzjonali fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 1tal-Konvenzjoni ta' Ateni u għal ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri tal-Klassi A u B skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE, jekk:
(a) |
il-vapur ikun qed itajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew ikun reġistrat fi Stat Membru; |
(b) |
il-kuntratt ta' ġarr ikun sar fi Stat Membru; jew |
(ċ) |
il-post tat-tluq jew destinazzjoni, skont il-kuntratt tal-ġarr, ikun fi Stat Membru. |
L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan ir-Regolament għall-vjaġġi bil-baħar domestiċi kollha.
Artikolu 3
Responsabbiltà u Assigurazzjoni
1. Ir-reġim tar-responsabbiltà fir-rigward tal-passiġġieri, il-bagalji tagħhom u l-vetturi tagħhom u r-regoli dwar l-assigurazzjoni jew sigurtà finanzjarja oħra għandu jkun regolat minn dan ir-Regolament u mill-Artikoli 1 u 1bis, l-Artikolu 2(2), l-Artikoli 3 sa 16 u l-Artikoli18, 20 u 21 tal-Konvenzjoni ta' Ateni li t-test tagħha jinsab fl-Anness I u mid-dispożizzjonijet tal-Linji Gwida tal-IMO li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II.
2. Il-Linji Gwida tal-IMO li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II għandhom ikunu jorbtu.
Artikolu 4
Kumpens marbut mat-tagħmir għall-mobbiltà jew tagħmir speċifiku ieħor
Fil-każ ta’ telf ta' tagħmir għall-mobbiltà jew tagħmir speċifiku ieħor użat minn passiġġier b'mobbiltà mnaqqsa, jew ta' ħsara għal tali tagħmir, ir-responsabbiltà tat-trasportatur għandha tkun irregolata mill-Artikolu 3 (3) tal-Konvenzjoni ta' Ateni. Il-kumpens għandu jikkorrispondi għall-valur ta' sostituzzjoni tat-tagħmir ikkonċernat jew, fejn applikabbli, għall-ispejjeż relatati mat-tiswijiet.
Artikolu 5
Limitazzjoni globali tar-responsabbiltà
1. Dan ir-Regolament ma għandux jimmodifika d-drittijiet jew l-obbligi tat-trasportatur, jew tat-trasportatur prestanti, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà għal Pretensjonijiet Marittimi, 1976, kif emendata bil-Protokoll tal-1996, inkluża kwalunkwe emenda futura għall-Konvenzjoni.
Fin-nuqqas ta' tali leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, ir-responsabbiltà tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti għandha tiġi irregolata biss mill-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.
2. Fir-rigward ta' pretensjonijiet għal telf ta' ħajja jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe riskju msemmi fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida tal-IMO t-trasportatur u t-trasportatur prestanti jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà skont id-dispożizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 6
Ħlas bil-quddiem
1. Fejn il-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta’ passiġġier kienu kkawżati minn inċident tat-tbaħħir , it-trasportatur li fil-fatt wettaq il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr meta seħħ l-inċident tat-tbaħħir għandu jagħmel ħlas bil-quddiem biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati fuq bażi proporzjonali għall-ħsara mġarrba, fi żmien 15-il ġurnata minn meta tkun identifikata l-persuna intitolata għad-danni. F’każ ta' mewt, il-ħlas m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000.
Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll meta t-trasportatur ikun stabbilit fil-Komunità.
2. Ħlas bil-quddiem ma għandux jikkostitwixxi rikonoxximent ta' responsabbiltà u jista' jitpaċċa kontra kwalunkwe somom sussegwenti mħallsa abbażi ta' dan ir-Regolament. Ma jistax jiġi rifuż, ħlief fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta' Ateni jew l-Appendiċi A tal-Linji Gwida tal-IMO jew fejn il-persuna li rċevietu ma kinitx il-persuna intitolata għad-danni.
Artikolu 7
Informazzjoni għall-passiġġieri
Bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tal-operaturi ta' tours stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (8), it-trasportatur jew it-trasportatur prestanti għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jingħatalhom tagħrif xieraq u li tiftiehem fir-rigward tad-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.
Fejn il-kuntratt tal-ġarr isir fi Stat Membru dak it-tagħrif għandu jingħata fil-punti kollha tal-bejgħ, inklużi bejgħ bit-telephone u bl-Internet. Fejn l-post tat-tluq ikun fi Stat Membru dak it-tagħrif għandu jingħata qabel it-tluq. Fil-każijiet l-oħra kollha għandu jingħata mhux aktar tard mit-tluq. Jekk l-obbligu ta' tagħrif rikjest minn dan l-Artikolu jkun ġie fornit jew mit-trasportatur jew mit-trasportatur prestanti, l-ieħor ma għandux ikun obbligat li jforni dan. Dak it-tagħrif għandu jingħata fl-aktar format xieraq.
Sabiex ikunu konformi ma' dan ir-rekwiżit ta' tagħrif skont dan l-Artikolu, it-trasportatur jew it-trasportatur prestanti għandhom jipprovdu lill-passiġġieri mill-inqas it-tagħrif li jkun jinsab f' taqsira tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ippreparata u ppubblikata mill-Kummissjoni.
Artikolu 8
Rapportar
Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li għandu, inter alia, iqis l-iżviluppi ekonomiċi u l-iżviluppi f’fora internazzjonali.
Dak ir-rapport jista’ jkollu miegħu proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, jew proposta biex isiru sottomissjonijiet mill-Komunita' quddiem il-fora internazzjonali relevanti.
Artikolu 9
Emendi
1. Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u relatati mal-inkorporazzjoni tal-emendi għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3 (1), l-Artikolu 4bis (1), l-Artikolu 7 (1) u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta' Ateni biex jieħdu kont tad-deċiżjonijiet meħudin skont l-Artikolu 23 ta' dik il-Konvenzjoni, kif ukoll l-aġġornamenti korrispondenti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament.
B'kont meħud tal-konsegwenzi fuq in-nolijiet u l-ħila tas-suq li jukseb kopertura ta' assikurazzjoni bi prezz li jista' jintlaħaq fil-livell meħtieġ fl-isfond tal-politika ta' tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri, kif ukoll tan-natura staġonali ta' parti mit-traffiku, il-Kummissjoni għandha sal-31 ta' Diċembru 2016, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-impatt xierqa, tadotta, miżura li jkollha x'taqsam mal-limiti stabbiliti fl-Anness I għal vapuri tal-Klassi B skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE . Dik il-miżura mfassla sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament..
2. Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u relatati mal-inkorporazzjoni tal-emendi għad-dispożizzjonijet tal-Linji Gwida tal-IMO, speċifikati fl-Anness II, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 10
Proċeduta tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġiż minn Bastimenti (COSS), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet transitorji
1. Fir-rigward tal-ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri tal-Klassi A skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddifferixxu l-applikazzjoni tar-Regolament sa erba' snin mid-data tal-applikazzjoni tiegħu.
2. Fir-rigward tal-ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri tal-Klassi B skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddifferixxu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2018.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-Komunità, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill,
Il-President
P. NEČAS
(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.
(2) ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.
(3) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 (ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 562), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 (ĠU C 190 E, 29.7.2008, p. 17). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2009 u r-Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(8) ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.
(9) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.
ANNESS I
DISPOŻIZZJONIJIET TAL-KONVENZJONI TA' ATENI DWAR IL-ĠARR BIL-BAĦAR TA' PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI TAGĦHOM RILEVANTI GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' DAN IR-REGOLAMENT
(Test konsolidat tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, u l-Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
F’din il-Konvenzjoni l-espressjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsira li qiegħda hawnhekk tingħatalhom:
1) |
|
2) |
“kuntratt ta’ ġarr” tfisser kuntratt magħmul minn jew f’isem trasportatur għall-ġarr bil-baħar ta’ passiġġier jew ta’ passiġġier u l-bagalji tiegħu, skont kif ikun il-każ; |
3) |
“vapur” tfisser bastiment li jbaħħar, u teskludi vettura li taħdem fuq kuxxinetti tal-arja; |
4) |
“passiġġier” tfisser kull persuna li tinġarr fuq vapur:
|
5) |
“bagalji” tfisser kwalunkwe oġġett jew vettura li tinġarr mit-trasportatur taħt kuntratt tal-ġarr, ħlief:
|
6) |
“bagalji tal-kabina” tfisser bagalji li l-passiġġier ikollu fil-kabina tiegħu jew inkella li għandu fil-pussess, kustodja jew kontroll tiegħu. Ħlief għall-applikazzjoni tal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 8, bagalji tal-kabina jinkludu bagalji li l-passiġġier għandu fil-vettura tiegħu jew fuqha; |
7) |
“telf ta’ jew ħsara lill-bagalji” tinkludi telf fi flus minħabba li l-bagalji ma ġewx imwassla lura lill-passiġġier fi żmien raġonevoli wara li wasal il-vapur li fuqu kien hemm jew kellu jkun hemm il-bagalji, iżda ma tinkludix dewmien minħabba tilwim ta' xogħol; |
8) |
“ġarr” tkopri l-perijodi li ġejjin:
|
9) |
“ġarr internazzjonali” tfisser kull ġarr li fih, skont il-kuntratt tal-ġarr, il-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni jinsabu f’żewġ Stati differenti, jew fi Stat wieħed jekk, skont il-kuntratt tal-ġarr jew l-itinerarju skedat, hemm port ta’ waqfien intermedjarju fi Stat ieħor; |
10) |
“Organizzazzjoni” tfisser l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali; |
11) |
“Segretarju Ġenerali” tfisser is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni. |
Artikolu 1bis
Anness
L-Anness għal din il-Konvenzjoni għandu jifforma parti integrali mill-Konvenzjoni.
Artikolu 2
Applikazzjoni
1. […] (*)
2. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din il-Konvenzjoni ma għandhiex tapplika meta l-ġarr ikun soġġett, taħt kwalunkwe konvenzjoni oħra internazzjonali li tolqot il-ġarr ta’ passiġġieri jew il-bagalji tagħhom b’xi mezz ta’ trasport ieħor, għal reġim ta’ responsabbiltà ċivili taħt id-dispożizzjonijiet ta’ tali konvenzjoni, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikollhom applikazzjoni obbligatorja fuq il-ġarr bil-baħar.
Artikolu 3
Responsabbiltà tat-trasportatur
1. Għat-telf li ġarrab passiġġier minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ikkawżat minn inċident tat-tbaħħir, it-trasportatur għandu jkun responsabbli sa tali punt li dak it-telf li ġarrab il-passiġġier f’kull okkażjoni distinta ma jkunx aktar minn 250 000 unità ta’ kontabbiltà, sakemm it-trasportatur ma jġibx provi li l-inċident:
(a) |
kien riżultat ta’ att ta’ gwerra, ġlied, gwerra ċivili, insurrezzjoni jew fenominu naturali ta’ natura eċċezzjonali, inevitabbli u irreżistibbli; jew |
(b) |
kien ikkawżat għal kollox minn att jew ommissjoni li ssir bil-ħsieb li l-inċident jiġi kkawżat minn terza parti. |
Jekk u sal-punt li t-telf jeċċedi l-ogħla limitu, it-trasportatur għandu jkun responsabbli ulterjorment ħlief jekk it-trasportatur iġib provi li l-inċident li kkawża t-telf ġara mingħajr tort jew negliġenza tat-trasportatur.
2. Għat-telf li jġarrab passiġġier minħabba l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġier li ma jkunux mhux ikkaġunati minn inċident tat-tbaħħir, it-trasportatur għandu jkun responsabbli jekk l-inċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tat-trasportatur. Il-piż tal-prova tat-tort jew tan-negliġenza għandhu jkun fuq min għamel it-talba.
3. Għat-telf imġarrab minħabba telf ta' jew ħsara lill-bagalji tal-kabina, it-trasportatur għandu jkun responsabbli jekk l-inċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tat-trasportatur. It-tort jew in-negliġenza tat-trasportatur għandhom ikunu preżunti għal telf ikkawżat minn inċident tat-tbaħħir.
4. Għat-telf li jiġġarrab minħabba telf jew ħsara għal bagalji ħlief bagalji tal-kabina, it-trasportatur għandu jkun responsabbli ħlief jekk it-trasportatur iġib provi li l-inċident li wassal għat-telf ġara mingħajr ma kellu tort jew mhux minħabba negliġenza min-naħa tiegħu.
5. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu:
(a) |
“inċident tat-tbaħħir” tfisser meta vapur jegħreq, jinqaleb, jaħbat jew jinkalja, ikun hemm splużjoni jew nar fuq il-vapur, jew difett fil-vapur; |
(b) |
“tort jew negliġenza tat-trasportatur” tinkludi t-tort jew negliġenza tal-ħaddiema tat-trasportatur, li jaġixxu fl-ambitu tal-impjieg tagħhom; |
(ċ) |
“difett fil-vapur” tfisser kull ħsara, nuqqas jew nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti applikabbli dwar is-sigurtà fir-rigward ta’ xi parti mill-vapur jew it-tagħmir tiegħu meta jkunu użati biex jaħarbu, jiġu evakwati, jimbarkaw u jiżbarkaw il-passiġġieri, jew meta jkunu użati biex jagħtu propulsjoni, idawru, ibaħħru b'mod sigur, jitqiegħed l-irmiġġ, jankraw, jaslu mal-moll jew mal-ankoraġġ jew jħallu l-moll jew ankoraġġ, jew għall-kontroll tal-ħsara wara li jimtela bl-ilma; jew meta jkunu użati biex jitniżżel apparat ta' salvataġġ; u |
(d) |
“it-telf” m’għandux jinkludi ħsarat punittivi jew eżemplari. |
6. Ir-responsabbiltà tat-trasportatur taħt dan l-Artiklu tirrigwarda biss it-telf li jinqala' minħabba inċidenti li saru waqt il-ġarr. Il-piż tal-prova li l-inċident li wassal għat-telf ġara waqt il-ġarr, u l-kobor tat-telf, għandhom jaqgħu fuq min għamel it-talba.
7. Xejn f’din il-Konvenzjoni ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt ta’ rikors mit-trasportatur kontra kwalunkwe terza parti, jew id-difiża ta' negliġenza kontributorja taħt l-Artikolu 6 ta’ din il-Konvenzjoni. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt ta’ limitazzjoni taħt l-Artikoli 7 jew 8 ta’ din il-Konvenzjoni.
8. Il-preżunzjonijiet ta' tort jew negliġenza ta’ parti jew l-allokazzjoni tal-piż tal-prova fuq xi parti m’għandhomx iżommu milli titqies evidenza favur dik il-parti.
Artikolu 4
Trasportatur prestanti
1. Jekk l-att tal-ġarr jew parti minnu ġie fdat f'idejn trasportatur prestanti, it-trasportatur għandu xorta waħda jibqa' responsabbli għall-ġarr kollu skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, it-trasportatur prestanti għandu jkun soġġett u intitolat għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni għal dik il-parti tal-ġarr imwettqa minnu.
2. It-trasportatur għandu, fir-rigward tal-ġarr imwettaq mit-trasportatur prestanti, ikun responsabbli għall-atti u l-ommissjonijiet tat-trasportatur prestanti u l-ħaddiema u l-aġenti tiegħu li jaġixxu fl-ambitu tal-impjieg tagħhom.
3. Kull ftehim speċjali li permezz tiegħu t-trasportatur jassumi obbligi li mhumiex imposti b’din il-Konvenzjoni jew kull tneħħija ta’ drittijiet mogħtijin b’din il-Konvenzjoni għandha taffettwa biss lit-trasportatur prestanti unikament jekk hu jkun qabel magħhom espliċitament u bil-miktub.
4. Meta u safejn huma responsabbli kemm it-trasportatur kif ukoll it-trasportatur prestanti, ir-responsabbiltà tagħhom għandha tkun in solidum.
5. Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt għal rikors bejn it-trasportatur u t-trasportatur prestanti.
Artikolu 4bis
Assigurazzjoni obbligatorja
1. Meta passiġġieri jinġarru abbord vapur reġistrat fi Stat Parti li jkun reġistrat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, u din il-Konvenzjoni tapplika, kull trasportatur li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti minnu għandu jżomm assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra, bħal garanzija ta’ bank jew istituzzjoni finanzjarja simili, biex ikopri r-responsabbiltà taħt din il-Konvenzjoni fir-rigward ta' mewt u korriment fuq il-persuna ta' passiġġieri. Il-limitu tal-assigurazzjoni obbligatorja jew ta' sigurta' finanzjarja oħra ma għandux ikun inqas minn 250 000 unità ta’ kontabbiltà għal kull passiġġier f’kull okkażjoni distinta.
2. Ċertifikat li jiddikjara li dik l-assigurazzjoni jew sigurta' finanzjarja oħra tkun fis-seħħ skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni għandu jinħareġ lil kull vapur wara li l-awtorita' xierqa ta’ Stat Parti tkun iddeterminat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 intlaħqu. Fir-rigward ta' vapur irreġistrat fi Stat Parti, dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ jew jiġi ċċertifikat mill-awtorità xierqa tal-Istat tar-reġistrazzjoni tal-vapur; fir-rigward ta' vapur li ma jjkunx irreġistrat fi Stat Parti dan jista' jinħareġ jew jiġi ċċertifikat mill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Parti. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun fil-forma tal-mudell li hemm fl-anness għal din il-Konvenzjoni u għandu jkun fih id-dettalji li ġejjin:
(a) |
l-isem tal-vapur, numru jew ittri distintivi u l-port tar-reġistru; |
(b) |
l-isem u l-post prinċipali tan-negozju tat-trasportatur li fil-fatt iwettaq il-vjaġġ kollu jew parti minnu; |
(ċ) |
in-numru ta’ identifikazzjoni IMO tal-vapur; |
(d) |
tip u kemm iddum il-garanzija; |
(e) |
l-isem u l-post prinċipali tan-negozju tal-assiguratur jew persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja u, fejn xieraq, il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra; u |
(f) |
il-perijodu ta' validità taċ-ċertifikat, li m’għandux ikun itwal mill-perjodu ta’ validità tal-assigurazzjoni jew ta' sigurta' finanzjarja oħra. |
3. |
|
4. Iċ-ċertifikat għandu jkun fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali tal-Istat li joħorġu. Jekk il-lingwa użata ma tkunx l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, it-test għandu jkun fih traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi, u, fejn l-Istat jiddeċiedi hekk, l-ilsien uffiċjali tal-Istat jista’ jitneħħa.
5. Iċ-ċertifikat għandu jinġarr abbord il-vapur, u kopja tiegħu għandha titħalla mal-awtoritajiet li jżommu rekord tar-reġistru tal-vapur jew, jekk il-vapur ma jkunx reġistrat fi Stat Parti, mal-awtorita' tal-Istat li ħareġ jew iċċertifika ċ-ċertifikat.
6. Assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra m’għandhiex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu jekk tista' tieqaf, għal raġunijiet oħra għajr li jiskadi l-perijodu ta’ validità tal-assigurazzjoni jew garanzija speċifikata fiċ-ċertifikat, qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data li fiha jingħata avviż tat-tmiem tagħha lill-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 5, ħlief jekk iċ-ċertifikat ikun ingħata lura lil dawn l-awtoritajiet jew ikun inħareġ ċertifikat ġdid fil-perijodu msemmi. Id-dispożizzjonijiet imsemmijin qabel għandhom bl-istess mod japplikaw għal kull modifika li twassal biex l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
7. L-Istat tar-reġistru tal-vapur għandu, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, jiddetermina l-kundizzjonijiet dwar il-ħruġ u l-validità taċ-ċertifikat.
8. Xejn f’din il-Konvenzjoni m’għandu jkun interpretat li qed iżomm Stat Parti milli jserraħ fuq informazzjoni miksuba minn Stati oħra jew mill-Organizzazzjoni jew minn xi organizzazzjonijiet oħra internazzjonali marbuta mal-pożizzjoni finanzjarja ta’ dawk li jipprovdu l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni. F’tali każijiet, l-Istat Parti li jserraħ fuq tali informazzjoni mhux eżentat mir-responsabbiltà tiegħu bħala Stat li joħroġ iċ-ċertifikat.
9. Ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati taħt l-awtorita' ta’ Stat Parti għandhom ikunu aċċettati minn Stati Partijiet oħra għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni u għandhom jitqiesu minn Stati Partijiet oħra li għandhom l-istess saħħa bħaċ-ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati minnhom, anki jekk maħruġa jew iċċertifikati fir-rigward ta’ vapur mhux reġistrat fi Stat Parti. Stat Parti jista’ fi kwalunkwe ħin jitlob li jikkonsulta mal-Istat emittenti jew li jiċċertifika jekk hu jidhirlu li l-assiguratur jew il-garanti msemmi fiċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni mhux finanzjarjament kapaċi li jilħaq l-obbligi imposti b'din il-Konvenzjoni.
10. Kull talba għal kumpens koperta b’assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra skont dan l-Artikolu tista’ titressaq direttament kontra l-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja. F’dak il-każ, l-ammont stipulat fil-paragrafu 1 japplika bħala l-limitu tar-responsabbiltà tal-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja, anki jekk it-trasportatur jew it-trasportatur prestanti ma jkunx intitolat għal-limitazzjoni tar-responsabbiltà. Il-konvenut jista’ barra minn hekk jagħmel użu mill-mezzi ta' difiża (barra minn falliment jew stralċ) li t-trasportatur imsemmi fil-paragrafu 1 kien ikun intitolat juża skont din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, il-konvenut jista’ juża d-difiża li l-ħsara ġrat minħabba l-imġiba ħażina konxja tal-assigurat, iżda l-konvenut m’għandux juża xi difiża oħra li hu seta’ kien intitolat juża waqt proċedimenti mibdijin mill-assigurat kontra l-konvenut. Il-konvenut għandu fi kwalunkwe każ ikollu d-dritt jitlob lit-trasportatur u lit-trasportatur prestanti biex jintervjenu fil-proċedimenti.
11. Kwalunkwe somom mogħtija mill-assigurazzjoni jew minn xi garanzija finanzjarja oħra miżmuma skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli esklużivament għas-sodisfazzjon ta' pretensjonijiet taħt din il-Konvenzjoni, u kull ħlas li jsir ta' tali somom għandu jneħħi kull responsabbiltà li toħroġ taħt din il-Konvenzjoni fir-rigward tal-ammonti mħallsa.
12. Stat Parti m’għandux iħalli vapur bil-bandiera tiegħu li għalih japplika dan l-Artikolu li jopera f'ebda ħin ħlief jekk ikun inħareġ ċertifikat taħt il-paragrafi 2 jew 15.
13. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Parti għandu jiżgura, taħt il-liġi nazzjonali tiegħu, li tkun fis-seħħ assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra, sal-punt speċifikat fil-paragrafu 1, fir-rigward ta’ kull vapur li jkun liċenzjat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, ikun fejn ikun reġistrat, li jidħol jew iħalli port fit-territorju tiegħu safejn tapplika din il-Konvenzjoni.
14. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, Stat Parti jista’ jgħarraf lis-Segretarju Ġenerali li, għall-finijiet tal-paragrafu 13, il-vapuri mhumiex meħtieġa jġorru abbord jew jipproduċu ċ-ċertifikat meħtieġ mill-paragrafu 2 meta jidħlu jew jitilqu minn portijiet fit-territorju tiegħu, kemm-il darba l-Istat Parti li joħroġ iċ-ċertifikat ikun għarraf lis-Segretarju Ġenerali li hu jżomm rekords f’format elettroniku, aċċessibbli għall-Istati Partijiet kollha, li jaffermaw l-eżistenza taċ-ċertifikat u li jippermettu lill-Istati Partijiet iwettqu l-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 13.
15. Jekk ma tinżammx assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra għal vapur li hu l-proprjetà ta' Stat Parti, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu rilevanti għalihom m’għandhomx japplikaw għal dak il-vapur, iżda l-vapur għandu jġorr ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet xierqa tal-Istat tar-reġistru tal-vapur, li jgħid li l-vapur huwa ta' proprjetà ta' dak l-Istat u li r-responsabbiltà hi koperta bl-ammont preskritt skont il-paragrafu 1. Tali ċertifikat għandu jsegwi kemm jista' jkun mill-qrib il-mudell preskritt mill-paragrafu 2.
Artikolu 5
Oġġetti ta' valur
It-trasportatur m’għandux ikun responsabbli għal telf ta' jew ħsara lil flus, sigurtajiet negozjabbli, deheb, fidda, ġojjellerija, ornamenti, xogħlijiet tal-arti, jew oġġetti oħra ta’ valur, ħlief meta tali oġġetti ta’ valur ikunu ġew iddepożitati mat-trasportatur bil-għan miftiehem li jinżammu f’post sigur f’liema każ it-trasportatur għandu jkun responsabbli sal-limitu previst fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 ħlief jekk ikun miftiehem limitu ogħla skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 10.
Artikolu 6
Tort kontributorju
Jekk it-trasportatur iġib provi li l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta’ passiġġier jew it-telf jew ħsara lill-bagalji tiegħu kienet kkawżata minn jew ġraw minħabba tort jew negliġenza tal-passiġġier, il-Qorti li qed tismal-każ tista’ teżonera lit-trasportatur għal kollox jew parzjalment mir-responsabbiltà tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi ta’ dik il-qorti.
Artikolu 7
Limitu ta' responsabbiltà għal mewt u korriment fuq il-persuna
1. Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għall-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' xi passiġġier taħt l-Artikolu 3 m'għandha f'ebda każ taqbeż l-400 000 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta. Meta, skont il-liġi tal-qorti li qed tismal-każ, il-ħsarat jitħallsu f’forma ta’ pagamenti ta' dħul perjodiċi, il-valur tal-kapital ekwivalenti ta’ dawk il-pagamenti m’għandux jaqbeż il-limitu msemmi.
2. Stat Parti jista' jirregola permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi nazzjonali l-limitu ta' responsabbiltà preskritt fil-paragrafu 1, kemm-il darba l-limitu nazzjonali ta' responsabbiltà, jekk ikun hemm, ma jkunx aktar baxx minn dak preskritt fil-paragrafu 1. Stat Parti, li jagħmel użu mill-possibbiltà prevista f'dan il-paragrafu, għandu jinforma lis-Segretarju Ġenerali bil-limitu ta' responsabbiltà adottat jew bil-fatt li m'hemmx wieħed.
Artikolu 8
Limitu ta’ responsabbiltà għal telf ta’ jew ħsara lil bagalji u vetturi
1. Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta’ jew ħsara lill-bagalji tal-kabina m’għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 2 250 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier, għal kull vjaġġ.
2. Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta’ jew ħsara lil vetturi inkluż il-bagalji kollha li jinġarru fil-vettura jew fuqha m’għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 12 700 unità ta' kontabbiltà għal kull vettura, għal kull vjaġġ.
3. Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta’ jew ħsara lil bagalji barra dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 m’għandha fl-ebda każ tisboq 3 375 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier, għal kull vjaġġ.
4. It-trasportatur u l-passiġġier jistgħu jaqblu li r-responsabbiltà tat-trasportatur għandha tkun soġġetta għal tnaqqis li ma jisboqx 330 unità ta’ kontabbiltà fil-każ ta’ ħsara lil xi vettura u li ma jisboqx 149 unità ta’ kontabbiltà għal kull passiġġier fil-każ ta’ telf ta’ jew ħsara lil xi bagalji oħra, liema somma trid titnaqqas mit-telf jew mill-ħsara.
Artikolu 9
Unità ta’ kontabbiltà u konverżjoni
1. Il-Unità ta’ Kontabbiltà imsemmija f’din il-Konvenzjoni hija d-Dritt Speċjali ta' Ġbid kif definit mil-Fond Monetarju Internazzjonali. L-ammonti msemmijin fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 għandhom jissarrfu fil-valuta nazzjonali tal-Istat tal-qorti li qed tismal-każ abbażi tal-valur ta’ dik il-valuta b’referenza għad-Dritt Speċjali ta' Ġbid fid-data tas-sentenza jew id-data miftiehma mill-partijiet. Il-valur tal-valuta nazzjonali, f'termini tad-Dritt Speċjali ta' Ġbid, ta’ Stat Parti li hu membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun kalkulat skont il-metodu ta’ valutazzjoni applikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali fis-seħħ fid-data msemmija għall-operat u t-tranżazzjonijiet tiegħu. Il-valur tal-valuta nazzjonali, f'termini tad-Dritt Speċjali ta' Ġbid, ta’ Stat Parti li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun ikkalkulat b’mod determinat minn dak l-Istat Parti.
2. Madankollu, Stat li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali u li l-liġi tiegħu ma tippermettix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jista’, meta ssir ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni ta' jew l-adeżjoni ma' din il-Konvenzjoni jew fi kwalunkwe ħin wara, jiddikjara li l-Unità ta’ Kontabbiltà imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ugwali għal 15-il frank tad-deheb. Il-frank tad-deheb imsemmi f’dan il-paragrafu jikkorrispondi għal ħamsa u sittin milligramma u nofs ta’ deheb ta’ finezza milleżima ta’ disa’ mija. Il-konverżjoni tal-frank tad-deheb għall-valuta nazzjonali għandha ssir skont il-liġi ta’ dak l-Istat.
3. Il-kalkolu msemmi fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 1, u l-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru b'tali mod li jkunu jesprimu fil-valuta nazzjonali tal-Istati Partiijiet, sa fejn possibbli, l-istess valur reali għall-ammonti fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 kif ikun jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel tliet sentenzi tal-paragrafu 1. L-Istati għandhom jikkomunikaw lis-Segretarju Ġenerali l-mod tal-kalkolu skont il-paragrafu 1, jew ir-riżultat tal-konverżjoni fil-paragrafu 2, skont il-każ, meta jkunu qed jiddepożitaw strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni ta' jew adeżjoni għal din il-Konvenzjoni u kull meta jkun hemm xi tibdil f'xi waħda minnhom.
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-limiti ta’ responsabbiltà
1. It-trasportatur u l-passiġġier jistgħu jaqblu, espliċitament u bil-miktub, dwar limiti ta' responsabbiltà ogħla minn dawk preskritti fl-Artikoli 7 u 8.
2. L-interessi fuq il-ħsarat u l-ispejjeż legali m’għandhomx jiddaħħlu fil-limiti ta’ responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8.
Artikolu 11
Difiżi u limiti għall-ħaddiema tat-trasportaturi
Jekk tittieħed azzjoni kontra ħaddiem jew aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti li tinqala’ minħabba ħsara koperta b’din il-Konvenzjoni, dak il-ħaddiem jew l-aġent, jekk iġib provi li hu aġixxa fl-ambitu tal-impjieg tiegħu, għandu jkun intitolat juża d-difiżi u l-limiti ta’ responsabbiltà li t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti hu intitolat jinvoka taħt din il-Konvenzjoni.
Artikolu 12
Aggregazzjoni ta' pretensjonijiet
1. Fejn il-limiti ta’ responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8 jidħlu fis-seħħ, huma għandhom japplikaw għall-aggregat tal-ammonti irkuprati fil-pretensjonijiet kollha minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ta’ xi wieħed mill-passiġġieri jew telf ta' jew ħsara lill-bagalji tiegħu.
2. Fil-każ tal-ġarr li jitwettaq mit-trasportatur prestanti, l-aggregat tal-ammonti rkuprabbli mit-trasportatur u mit-trasportatur prestanti u mill-ħaddiema u l-aġenti tagħhom li jaġixxu fl-ambitu tal-impjieg tagħhom m'għandux jaqbeż l-ogħla ammont li kieku jingħata kontra t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti taħt din il-Konvenzjoni, iżda ħadd minn dawk imsemmijin ma għandu jkun responsabbli għal somma li taqbeż il-limitu applikabbli għalih.
3. Fi kwalunkwe każ meta ħaddiem jew aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti ikun intitolat taħt l-Artikolu 11 ta’ din il-Konvenzjoni li jagħmel użu mil-limiti ta’ responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8, l-aggregat tal-ammonti irkuprabbli mit-trasportatur, jew mit-trasportatur prestanti skont il-każ, u minn dak il-ħaddiem jew l-aġent, m’għandhomx jaqbżu dawk il-limiti.
Artikolu 13
Telf tad-dritt biex tiġi limitata r-responsabbiltà
1. It-trasportatur m’għandux ikun intitolat għall-benefiċċju tal-limiti ta’ responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8 u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 10, jekk jiġi pprovat li l-ħsara saret minħabba xi att jew ommissjoni mit-trasportatur bl-intenzjoni li jikkawża tali ħsara, jew bi traskuraġni u b'konsapevolezza li tali ħsara x'aktarx tirriżulta.
2. Il-ħaddiem jew l-aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti m’għandux ikun intitolat għall-benefiċċju ta’ dawk il-limiti jekk ikun pruvat li l-ħsara saret minħabba att jew ommissjoni minn dak il-ħaddiem jew l-aġent bl-iskop li jikkawża tali ħsara, jew bi traskuraġni u b'konsapevolezza li tali ħsara x’aktarx tirriżulta.
Artikolu 14
Bażi għal pretensjonijiet
L-ebda azzjoni għall-ħsarat għall-mewt jew korriment fuq il-persuna ta’ xi passiġġier, jew telf ta’ jew ħsara lil bagalji, m’għandha tittieħed kontra t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti ħlief f'konformità ma' din il-Konvenzjoni.
Artikolu 15
Avviż dwar telf ta’ jew ħsara lil bagalji
1. Il-passiġġier għandu javża bil-miktub lit-trasportatur jew lill-aġent tiegħu:
(a) |
fil-każ ta’ ħsara li tidher lil bagalji:
|
(b) |
fil-każ ta’ ħsara lil bagalji li ma tkunx tidher, jew telf ta’ bagalji, fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data tal-iżbark jew ta' meta twasslu lura jew minn meta suppost kellhom jitwasslu lura. |
2. Jekk il-passiġġier jonqos milli jikkonforma ma’ dan l-Artikolu, huwa għandu jitqies, kemm-il darba ma jkunx pruvat mod ieħor, li rċieva l-bagalji f'kundizzjoni tajba.
3. L-avviż bil-miktub m’għandux għalfejn jingħata jekk il-kundizzjoni tal-bagalji meta ġew irċevuti kienet is-suġġett ta’ perizja jew spezzjoni konġunti.
Artikolu 16
Preskrizzjoni għal azzjonijiet
1. Kull azzjoni għal ħsarat li jinqalgħu minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ta' xi passiġġier jew minħabba telf ta' jew ħsara lil bagalji għandha taqa' bil-preskrizzjoni wara perijodu ta' sentejn.
2. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jkun ikkalkulat kif ġej:
(a) |
fil-każ ta’ korriment fuq il-persuna, mid-data meta jiżbarka l-passiġġier; |
(b) |
fil-każ ta’ mewt li tiġri waqt il-vjaġġ, mid-data meta l-passiġġier suppost kellu jiżbarka, u fil-każ ta’ korriment fuq il-persuna li jiġri waqt il-vjaġġ u jwassal għall-mewt ta’ passiġġier wara l-iżbark, mid-data tal-mewt, kemm-il darba dan il-perijodu ma jaqbiżx it-tliet snin mid-data tal-iżbark; |
(ċ) |
fil-każ ta’ telf ta’ jew ħsara lil bagalji, mid-data tal-iżbark jew mid-data meta suppost kellu jsir l-iżbark, liema minnhom ikun l-aktar tard. |
3. Il-liġi tal-Qorti li qed tismal-każ għandha tirregola r-raġunijiet għal sospensjoni u interruzzjoni tal-perijodi ta' limitazzjoni, iżda fl-ebda każ m’għandha tittieħed azzjoni taħt din il-Konvenzjoni wara li jiskadi xi wieħed minn dawn il-perijodi ta’ żmien li ġejjin:
(a) |
Perijodu ta’ ħames snin li jibda bid-data tal-iżbark tal-passiġġier jew mid-data meta suppost kellu jsir l-iżbark, liema minnhom ikun l-aktar tard; jew, jekk aktar kmieni |
(b) |
perijodu ta’ tliet snin li jibda mid-data meta l-pretendent kien jaf jew suppost kellu jkun jaf bil-korriment, telf jew ħsara kkawżati bl-inċident. |
4. Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-perjodu ta’ limitazzjoni jista' jkun estiż permezz ta' dikjarazzjoni tat-trasportatur jew bi ftehim tal-partijiet wara li tkun inqalgħet il-kawża tal-azzjoni. Id-dikjarazzjoni jew il-ftehim għandu jsir bil-miktub.
Artikolu 17
Ġurisdizzjoni Kompetenti (**)
Artikolu 17a
Rikonoxximent u Infurzar (**)
Artikolu 18
Invalidità ta' dispożizzjonijiet kuntrattwali
Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali konkluża qabel ma jseħħ inċident li kkawża l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta’ passiġġier jew it-telf jew il-ħsara lill-bagalji ta’ passiġġier, intiża biex teħles kwalunkwe persuna responsabbli taħt din il-Konvenzjoni mir-responsabbiltà lejn il-passiġġier jew biex tippreskrivi limitu aktar baxx ta’ responsabbiltà minn dak iffissat f'din il-Konvenzjoni ħlief kif previst fl-Artikolu 8, paragrafu 4, u kull dispożizzjoni simili bil-għan li tneħħi r-responsabbiltà tal-prova minn fuq it-trasportatur jew mit-trasportatur prestanti, jew li jkollha l-effett li tnaqqas l-għażliet speċifikati fl-Artikolu 17, paragrafi 1 jew 2, għandha tkun nulla u bla effett, iżda n-nullità ta' dik id-dispożizzjoni m'għandhiex tagħmel bla effett il-kuntratt tal-ġarr li għandu jibqa’ soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 20
Dannu nukleari
L-ebda responsabbiltà m’għandha tinħoloq taħt din il-Konvenzjoni għal ħsara kkawżata minħabba inċident nukleari:
(a) |
jekk l-operatur ta’ installazzjoni nukleari ikun responsabbli għal tali ħsara taħt il-Konvenzjoni ta’ Pariġi tad-29 ta’ Lulju 1960 dwar Responsabbiltà ta’ Parti Terza fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-28 ta' Jannar 1964, jew taħt il-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-21 ta' Mejju 1963 dwar Responsabbiltà Ċivili għal Ħsara Nukleari, jew kwalunkwe emenda jew Protokoll marbut magħha li jkun fis-seħħ; jew |
(b) |
jekk l-operatur ta' installazzjoni nukleari ikun responsabbli għal tali ħsara bis-saħħa ta' liġi nazzjonali li tirregola r-responsabbiltà għal tali ħsara, kemm-il darba tali liġi tkun fl-aspetti kollha favorevoli għal persuni li jistgħu jġarrbu ħsara daqs il-Konvenzjoni ta' Pariġi jew dik ta' Vjenna jew kwalunkwe emenda jew Protokoll marbut magħha li jkun fis-seħħ. |
Artikolu 21
Ġarr kummerċjali minn awtoritajiet pubbliċi
Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għall-ġarr kummerċjali li jsir minn Stati jew Awtoritajiet Pubbliċi permezz ta' kuntratt ta' ġarr skont it-tifsira tal-Artikolu 1.
[Artikoli 22 u 23 tal- Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974]
Artikolu 22
Reviżjoni u Emendi (***)
Artikolu 23
Emendi tal-limiti
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22, il-proċedura speċjali f’dan l-Artikolu għandha tapplika biss għall-finijiet li jiġu emendati l-limiti stipulati fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1 u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll.
2. Fuq talba ta’ mill-inqas nofs, iżda fl-ebda każ inqas minn sitta, tal-Istati Partijiet għal dan il-Protokoll, kull proposta biex ikunu emendati l-limiti, inkluż it-tnaqqis, speċifikat fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif riveduta b’dan il-Protokoll għandha tkun ċċirkolata mis-Segretarju Ġenerali lill-Membri kollha tal-Organizzazzjoni u lill-Istati Partijiet kollha.
3. Kwalunkwe emenda proposta u ċċirkolata kif imsemmi hawn fuq għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Kumitat Legali”) għall-kunsiderazzjoni f’data ta’ mhux inqas minn sitt xhur wara d-data taċ-ċirkolazzjoni tagħha.
4. L-Istati Partijiet kollha għall-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll, sew jekk ikunu Membri tal-Organizzazzjoni jew ma jkunux, għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat Legali fir-rigward tal-konsiderazzjoni u l-adozzjoni ta’ emendi.
5. L-emendi għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll preżenti u l-votazzjoni fil-Kumitat Legali mwassgħa kif previst fil-paragrafu 4, bil-kondizzjoni li mhux inqas min nofs l-Istati Partijiet għal din il-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll għandhom ikunu preżenti meta ssir il-votazzjoni.
6. Meta jkun qed jaġixxi fuq proposta biex jemenda l-limiti, il-Kumitat Legali għandu jqis l-esperjenza ta’ inċidenti u, partikolarment, l-ammont ta’ dannu li jirriżulta minhom, bdil fil-valuri monetarji u l-effett tal-emenda proposta fuq l-ispiża tal-assigurazzjoni.
7. |
|
8. Kwalunkwe emenda adottata skont il-paragrafu 5 għandha tiġi notifikata mill-Organizzazzjoni lill-Istati Partijiet. L-emenda għandha titqies li ġiet aċċettata fl-aħħar tal-perijodu ta’ tmintax-il xahar wara d-data tan-notifika, ħlief jekk f’dak il-perijodu mhux inqas minn kwart tal-Istati li kienu Stati Partijiet meta l-emenda ġiet adottata jkunu għarrfu lis-Segretarju Ġenerali li huma ma jaċċettawx l-emenda, f’liema każ l-emenda ma tiġix aċċettata u m’għandux ikollha effett.
9. Emenda li titqies li ġiet aċċettata skont il-paragrafu 8 għandha tidħol fis-seħħ tmintax-il xahar wara li tiġi aċċettata.
10. L-Istati Partiijiet kollha għandhom ikunu marbuta bl-emenda, ħlief jekk huma jiddenunzjaw dan il-Protokoll skont l-Artikolu 21, paragrafi 1 u 2 mhux inqas minn sitt xhur qabel ma l-emenda tidħol fis-seħħ. Tali denunzja għandu jkollha effett meta l-emenda tidħol fis-seħħ.
11. Meta tiġi adottata emenda iżda l-perijodu ta’ tmintax-il xahar biex tkun aċċettata jkun għadu ma skadiex, Stat li jsir Stat Parti waqt dak il-perijodu għandu jkun marbut bl-emenda jekk din tidħol fis-seħħ. Stat li jsir Stat Parti wara dak il-perijodu għandu jkun marbut b'emenda li tkun ġiet aċċettata b'mod konformi mal-paragrafu 8. Fil-każijiet imsemmijin f'dan il-paragrafu, Stat jintrabat b'emenda meta dik l-emenda tidħol fis-seħħ, jew meta dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat, jekk din id-data tkun aktar tard.
ANNESS GĦALL-KONVENZJONI TA’ ATENI
ĊERTIFIKAT TA’ ASSIGURAZZJONI JEW GARANZIJA FINANZJARJA OĦRA FIR-RIGWARD TAR-RESPONSABBILTÀ GĦAL MEWT U KORRIMENT FUQ IL-PERSUNA TA’ PASSIĠĠIERI
Maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002
Isem tal-Vapur |
In-numru jew l-ittri distintivi |
Numru ta’ Identifikazzjoni IMO tal-Vapur: |
Port ta' Reġistrazzjoni |
Isem u indirizz komplut tal-post prinċipali ta' negozju tat-trasportatur prestanti |
|
|
|
|
|
Dan jiċċertifika li fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq hemm fis-seħħ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002.
Tip ta' Garanzija …
Perijodu ta' Garanzija …
Isem u indirizz tal-assiguratur(i) u/jew il-garanti
Isem …
Indirizz …
Dan iċ-ċertifikat huwa validu sa …
Maħruġ jew iċċertifikat mill-Gvern ta' …
(Denominazzjoni kompluta tal-Istat)
JEW
It-test li ġej għandu jintuża meta Stat Parti jagħmel użu mill-Artikolu 4bis, paragrafu 3:
Iċ-ċertifikat preżenti huwa maħruġ taħt l-awtorità tal-Gvern ta' … (denominazzjoni kompluta tal-Istat) minn … (isem tal-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni)
Fi …Fi …
(Post) (Data)
…
(Firma u Titolu tal-uffiċjal tal-ħruġ jew taċ-ċertifikazzjoni)
Noti ta' spjegazzjoni:
1. |
Jekk mixtieq, id-denominazzjoni tal-Istat tista' tinkludi referenza għall-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż fejn jinħareġ iċ-ċertifikat. |
2. |
Jekk l-ammont totali ta' garanzija jkun ingħata minn aktar minn sors wieħed, l-ammont ta' kull wieħed minnhom għandu jiġi indikat. |
3. |
Jekk garanzija tingħata f'diversi forom, dawn għandhom jiġu enumerati. |
4. |
Ir-reġistrazzjoni “Perijodu ta' Garanzija” trid tistipula d-data ta' meta tali garanzija tibda sseħħ. |
5. |
Id-daħla “Indirizz” tal-assiguratur(i) u/jew garanti trid tindika l-post prinċipali tan-negozju tal-assiguratur(i) u/jew garanti. Jekk ikun il-każ, għandu jiġi indikat il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew garanzija oħra. |
(*) Mhux riprodott.
(**) Mhix riprodott.
(***) Mhux riprodott.
ANNESS II
Estratt mir-riżerva u l-linji gwida tal-imo għall-implimentazzjoni tal-konvenzjoni ta' ateni, adottati mill-Kumitat legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fid-19 ta' Ottubru 2006
RIŻERVA U LINJI GWIDA TAL-IMO GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KONVENZJONI TA' ATENI
Riżerva
1. |
Il-Konvenzjoni ta' Ateni għandha tiġi ratifikata bir-riżerva li ġejja jew dikjarazzjoni bl-istess effett:
Limitazzjoni tar-responsabbiltà tat-trasportaturi, eċċ.
Assigurazzjoni obbligatorja u limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-assiguraturi
Ċertifikazzjoni
Relazzjoni bejn din ir-Riżerva u l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni
|
Linji ta’ gwida
2. |
Fl-istat preżenti tas-suq tal-assigurazzjoni, l-Istati Partijiet għandhom joħorġu ċertifikati ta' assigurazzjoni abbażi ta' impriża waħda minn assiguratur li jkopri riskji tal-gwerra, u assiguratur ieħor li jkopri riskji mhux tal-gwerra. Kull assiguratur għandu jkun responsabbli biss għall-parti tiegħu. Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin (il-klawsoli msemmijin huma mniżżlin fl-Appendiċi A):
|
3. |
Eżempju ta' sett ta' obbligi tal-assigurazzjoni (Blue Cards) u ċertifikat tal-assigurazzjoni, li kollha jirriflettu dawn il-linji gwida, huma inklużi fl-Appendiċi B. |
APPENDIĊI A
Klawsoli msemmijin fil-linji gwida 2.1.1, 2.1.2 u 2.2.1
Klawsola ta' Istituzzjoni għall-Esklużjoni tal-Armi ta' Kontaminazzjoni Radjoattiva, dawk Kimċi, Bijoloġiċi, Bijo-kemiċi u Elettromanjetiċi (Kl. 370, 10/11/2003)
Din il-klawsola għandha tkun tal-akbar importanza u għandha tipprevali fuq dak kollu li jinsab f'din l-assigurazzjoni li jkun inkonsistenti għaliha
1. |
Din l-assigurazzjoni m'għandha fl-ebda każ tkopri responsabbiltà jew spiża ta' telf u ħsara kkawżati direttament jew indirettament minn jew li ġew ikkontribwiti minn jew li joħorġu minn:
|
Klawsola ta' Istituzzjoni ta' Attakk Ċibernetiku (Kl. 380, 10/11/03)
1. |
Soġġett għall-paragrafu 2 hawn taħt, din l-assigurazzjoni m'għandha fl-ebda każ tkopri r-responsabbiltà jew l-ispiża għal ħsara u telf ikkawżata direttament jew indirettament minn jew ikkontribwita minn jew li toħroġ mill-użu jew l-operat, bħala mezz li jwassal għal ħsara, ta' kwalunkwe kompjuter, sistema ta' kompjuter, programm ta' software ta' kompjuter, kodiċi malizzjuż, virus jew proċess ta' kompjuter jew kwalunkwe sistema elettronika. |
2. |
Fejn din il-klawsola hi endorsjata f'poloz li jkopru riskji ta' gwerra, gwerra ċivili, rivoluzzjoni, ribelljoni, insurrezzjoni, jew konflitti ċivili li joħorġu minnhom, jew kwalunkwe att ostili minn qawwa fil-gwerra jew kontriha, jew terroriżmu jew kwalunkwe persuna li taġixxi b'motiv politiku, il-paragrafu 1 m'għandux jopera biex jeskludi telf (li kieku kien ikun kopert) li jirriżulta mill-użu ta' kwalunkwe kompjuter, sistema ta' kompjuter jew programm ta' software ta' kompjuter jew kwalunkwe sistema elettronika oħra fis-sistema ta' llanċjar u/jew ta' gwida u/jew mekkaniżmu ta' sparar ta' kwalunkwe arma jew missila. |
Tmiem u Esklużjoni Awtomatiċi tal-Gwerra
1.1. Tmiem Awtomatiku ta' Kopertura
Kemm jekk tali avviż ta' kanċellazzjoni ngħata u kemm jekk ma ngħatax il-kopertura ta' hawn taħt għandha TASAL FI TMIEMHA AWTOMATIKAMENT
1.1.1. |
malli tfaqqa′ gwerra (kemm jekk kien hemm dikjarazzjoni ta' gwerra u kemm jekk ma kienx hemm) bejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin: ir-Renju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerika, Franza, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina; |
1.1.2. |
fir-rigward ta' kwalunkwe bastiment, li f'konnessjoni miegħu tingħata kopertura hawn taħt, fil-każ li tali bastiment jiġi rekwiżizzjonat jew għat-titolu jew għall-użu. |
1.2. Gwerra tal-Ħames Potenzi
Din l-assigurazzjoni teskludi
1.2.1. |
responsabbiltà jew spiża ta' telf u ħsara li toħroġ minn malli tfaqqa′ gwerra (kemm jekk kien hemm dikjarazzjoni ta' gwerra u kemm jekk ma kienx hemm) bejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin: ir-Renju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerika, Franza, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina; |
1.2.2. |
rekwiżizzjoni jew għat-titolu jew għall-użu. |
APPENDIĊI B
I. Eżempji ta' obbligi tal-assigurazzjoni (Blue Cards) imsemmijin fil-linja gwida 3
Blue Card maħruġa minn Assiguratur tal-Gwerra
Ċertifikat maħruġ bħala evidenza tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002.
Isem tal-Vapur:
Numru ta’ Identifikazzjoni IMO tal-Vapur:
Port tar-reġistrazzjoni:
Isem u Indirizz tas-sid:
Dan jiċċertifika li hemm fis-seħħ fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq waqt li hu l-proprjetà ta' min hu msemmi hawn fuq polza ta' assigurazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002, soġġetta għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha permessi għall-assigurazzjoni obbligatorja tal-gwerra taħt il-Konvenzjoni u l-linji gwida ta' implimentazzjoni adottati mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali f'Ottubru 2006, inklużi b'mod partikolari l-klawsoli li ġejjin: [Hawnhekk it-test tal-Konvenzjoni u l-linji gwida bl-appendiċi jistgħu jiddaħħlu sal-punt mixtieq]
Perijodu ta' assigurazzjoni minn: it-20 ta’ Frar 2007
sa: 20 ta’ Frar 2008
Dejjem dment li l-assiguratur jista' jikkanċella dan iċ-ċertifikat billi jagħti 30 ġurnata ta' avviż bil-miktub lill-Awtorità msemmija hawn fuq f'liema każ ir-responsabbiltà tal-assiguratur imsemmi hawn taħt għandha tieqaf mid-data tal-iskadenza ta' dan l-istess perijodu ta' avviż iżda biss fir-rigward ta' inċidenti li jinqalgħu wara dan.
Data:
Dan iċ-ċertifikat inħareġ minn: |
War Risks, Inc [Indirizz] |
… Firma tal-assiguratur |
Bħala aġent għal War Risks, Inc. biss |
Blue Card maħruġa minn Assiguratur mhux tal-Gwerra
Ċertifikat maħruġ bħala evidenza tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002
Isem tal-Vapur:
Numru ta’ Identifikazzjoni IMO tal-Vapur:
Port tar-reġistrazzjoni:
Isem u Indirizz tas-sid:
Dan jiċċertifika li hemm fis-seħħ fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq waqt li hu l-proprjetà ta' min hu msemmi hawn fuq polza ta' assigurazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 2002, soġġetta għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha permessi għall-assigurazzjoni mhux tal-gwerra taħt il-Konvenzjoni u l-linji gwida ta' implimentazzjoni adottati mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali f'Ottubru 2006, inklużi b'mod partikolari l-klawsoli li ġejjin: [Hawnhekk it-test tal-Konvenzjoni u l-linji gwida bl-appendiċi jistgħu jiddaħħlu sal-punt mixtieq]
Perijodu ta' assigurazzjoni minn: it-20 ta’ Frar 2007
sa: 20 ta’ Frar 2008
Dejjem dment li l-assiguratur jista' jikkanċella dan iċ-ċertifikat billi jagħti tliet xhur ta' avviż bil-miktub lill-Awtorità msemmija hawn fuq f'liema każ ir-responsabbiltà tal-assiguratur imsemmi hawn taħt tieqaf mid-data tal-iskadenza ta' dan il-perijodu ta' avviż iżda biss fir-rigward ta' inċidenti li jinqalgħu wara dan.
Data:
Dan iċ-ċertifikat inħareġ minn: |
PANDI P&I [Indirizz] |
… Firma tal-assiguratur |
Bħala aġenti għal PANDI P&I biss |
II. Mudell ta' ċertifikat ta' assigurazzjoni msemmi fil-linja gwida 3
ĊERTIFIKAT TA’ ASSIGURAZZJONI JEW GARANZIJA FINANZJARJA OĦRA FIR-RIGWARD TAR-RESPONSABBILTÀ GĦAL MEWT U KORRIMENT FUQ IL-PERSUNA TA’ PASSIĠĠIERI
Maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002
Isem tal-Vapur |
Numru jew ittra distinti |
Numru tal-identifikazzjoni tal-IMO tal-vapur |
Port ta' Reġistrazzjoni |
Isem u indirizz komplut tal-post prinċipali ta' negozju tat-trasportatur prestanti |
|
|
|
|
|
Dan jiċċertifika li fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq hemm fis-seħħ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002.
Tip ta' Garanzija …
Perijodu ta' Garanzija …
Isem u indirizz tal-assiguratur(i) u/jew il-garanti
Il-kopertura tal-assigurazzjoni hawnhekk iċċertifikata hija maqsuma f'parti waħda ta' assigurazzjoni tal-gwerra u parti waħda ta' assigurazzjoni mhux tal-gwerra, skont il-linji gwida ta' implimentazzjoni adottati mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali f'Ottubru 2006. Kull waħda minn dawn il-partijiet tal-kopertura tal-assigurazzjoni hija soġġetta għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha permessi taħt il-Konvenzjoni u l-linji gwida ta' implimentazzjoni. L-assiguraturi m'humiex responsabbli in solidum. L-assiguraturi huma:
Għal riskji tal-gwerra: War Risks, Inc., [indirizz]
Għal riskji mhux tal-gwerra: Pandi P&I, [indirizz]
Dan iċ-ċertifikat huwa validu sa. …
Maħruġ jew iċċertifikat mill-Gvern ta' …
(Denominazzjoni kompluta tal-Istat)
JEW
It-test li ġej għandu jintuża meta Stat Parti jagħmel użu mill-Artikolu 4bis, paragrafu 3:
Iċ-ċertifikat preżenti huwa maħruġ taħt l-awtorità tal-Gvern ta' … (denominazzjoni kompluta tal-Istat) minn … (isem tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni)
Fi … |
Fi … |
(Post) |
(Data) |
…
(Firma u titolu tal-uffiċjal tal-ħruġ jew taċ-ċertifikazzjoni)
Noti ta' spjegazzjoni:
1. |
Jekk mixtieq, id-denominazzjoni tal-Istat tista' tinkludi referenza għall-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż fejn jinħareġ iċ-ċertifikat. |
2. |
Jekk l-ammont totali ta' garanzija jkun ingħata minn aktar minn sors wieħed, l-ammont ta' kull wieħed minnhom għandu jiġi indikat. |
3. |
Jekk garanzija tingħata f'diversi forom, dawn għandhom jiġu enumerati. |
4. |
Ir-reġistrazzjoni “Perijodu ta' Garanzija” trid tistipula d-data ta' meta tali garanzija tibda sseħħ. |
5. |
Id-daħla “Indirizz” tal-assiguratur(i) u/jew garanti trid tindika l-post prinċipali tan-negozju tal-assiguratur(i) u/jew garanti. Jekk ikun il-każ, għandu jiġi indikat il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew garanzija oħra. |