13.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 118/78 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 389/2009
tat-12 ta’ Mejju 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, Anness IV ta’ dak ir-Regolament għandu jinkludi lista tal-persuni, entitajiet u korpi maħtura mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom għandhom jiġu ffriżati. |
(2) |
Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddetermina fl-24 ta’ April 2009 li ceri persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi għandhom ikunu suġġetti għall-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. |
(3) |
L-Anness IV għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huma għalhekk mibdul bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
ANNESS
“ANNESS IV
Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6
A. |
Persuni naturali, - |
B. |
Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi:
|