13.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/72


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 388/2009

tat-12 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward is-sistema ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni ta’ prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 143, 170 u 187 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 tad-29 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 1418/76 u (KEE) Nru 1766/92 tal-Kunsill rigward is-sistema ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni ta’ prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabbilixxi regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross (2) ġie emendat (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Bi qbil mal-obbligi internazzjonali li jorbtu lill-Komunitá jeħtieġ jkun hemm regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ dazji fuq l-importazzjoni u rifużjonijiet applikabbli fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fi prodotti proċessati miċ-ċereali u r-ross, eskluż l-ikel kompost tal-annimali, li għalih ġew stabbiliti regoli speċjali.

(3)

L-iskop tar-rifużjoni għandu jkun biex ikopri d-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti fil-Komunitá u dawk tas-suq dinji. Għaldaqdstant, irid ikun hemm kriterji sabiex tiġi stabbilita r-rifużjoni esssenzjalment b’referenza għall-prezzijiet fuq il-prodotti bażi ġewwa l-Komunità kif ukoll lil hinn minnha, u għall-possibilta' u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ ta’ prodotti pproċessati fuq is-suq dinji.

(4)

Il-miżuri li hemm provdut dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“prodotti proċessati” tfisser il-prodotti jew gruppi ta’ prodotti elenkati:

(i)

fl-Anness I, Parti I punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ħlief il-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi N ex 2309;

(ii)

fl-Anness I, Parti II, punt (c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b)

“prodotti bażi” tfisser iċ-ċereali elenkati fl-Anness I, Parti I, punti (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ross imfarrak imsemmi fl-Anness I, Parti II, (b) ta' l-istess Regolament.

Artikolu 2

1.   Ir-rifużjoni li tista’ tingħata għal prodotti proċessati trid tiġi stabbilita b’referenza partikolari:

(a)

għaċ-ċaqliq tal-prezzijiet għall-prodotti bażi fil-Komunitá kif ukoll dawk fis-suq dinji;

(b)

għall-kwantitajiet ta’ prodotti bażi meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott involut u, fejn applikabbli, kemm jistgħu jinbidlu wieħed għall-ieħor;

(c)

għall-kumulazzjoni possibbli ta’ rifużjonijiet applikabbli għad-diversi prodotti miksuba minn proċess wieħed biss u mill-istess prodott bażiku;

(d)

għall-possibilta' u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ ta’ prodotti pproċessati fuq is-suq dinji.

2.   Il-rifużjonijiet jridu jiġu stabbiliti għall-anqas darba fix-xahar.

Artikolu 3

1.   Ir-rifużjoni trid tiġi aġġustata b’mod konformi mal-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 (4). L-aġġustament għandu jsir billi wieħed iżid jew inaqqas ir-rifużjoni bl-ammont li jirriżulta minn kull wieħed mill-aġġustamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, għal kull tunnellata ta’ prodott bażiku, immultiplikat bil-koeffiċjent elenkat fil-kolonna 4 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament mal-prodott proċessat involut.

2.   Għall-iskopijiet tal-Artikoli 164(4) u 166, l-ewwel sentenza tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-ammont żero m’għandux jitqies bħala rifużjoni, u għaldaqstant l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003 m’għandux japplika.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, kuljum qabel it-15:00 (ħin ta’ Brussell), dwar l-ammonti li għalihom saru applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni.

2.   Fil-każ ta’ prodotti proċessati minn ċereali u ross imsemmija fl-Artikolu 162(1), punt (b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni, sa’ mhux aktar tard minn nhar t’Erbgħa ta’ kull ġimgħa fir-rigward tal-ġimgħa ta’ qabel u għal kull kodiċi ta’ prodott kif deskritt fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (5), dwar l-ammonti li għalihom inħarġu liċenzji, imqassmin fi prodotti esportati b’rifużjoni u prodotti esportati mingħajr rifużjoni.

Artikolu 5

1.   Meta, għal prodott wieħed jew aktar, jiġu mħarsal-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-miżuri li ġejjin jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni:

(a)

applikazzjoni ta’ taxxa fuq l-esportazzjoni. Din it-taxxa għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni darba fil-ġimgħa. Tista’ tinbidel skond id-destinazzjoni;

(b)

sospensjoni totali jew parzjali tal-ħruġ taliċenzji fuq l-esportazzjoni;

(c)

ċaħda totali jew parzjali ta’ applikazzjonijiet pendenti għal liċenzja tal-esportazzjoni.

2.   It-taxxa fuq l-esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, punt (a) għandha tkun dik applikabbli fil-jum meta jitlestew il-formalitajiet doganali.

Madanakollu, fuq talba tal-applikant, preżentata fl-istess ħin mal-applikazzjoni għall-liċenzja, it-taxxa fuq l-esportazzjoni applikabbli fil-jum tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-liċenzja għandha tapplika għall-operazzjoni tal-esportazzjoni mwettqa fiż-żmien tal-validitá tal-liċenzja.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar id-deċiżjoni tagħha u għandha tippubblikha.

Artikolu 6

Il-metodi użati għall-evalwazzjoni tal-kontenut tal-irmied, il-kontenut tax-xaħam, il-kontenut tal-lamtu, il-proċess ta’ żnaturazzjoni, u kull metodu ieħor ta’ analiżi għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-sistema tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, iridu jiġu stabbilti, jekk meħtieġ, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 1518/95 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

(5)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.


ANNESS I

Kodiċi NM//Kodiċi tal-prodott

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Prodott bażiku

Koeffiċjent

1

2

3

4

1102

Dqiq taċ-ċereali minbarra tal-qamħ jew tal-meżlin:

 

 

1102 20 10 9200

Dqiq tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' mhux aktar minn 1,3 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,8 % skond il-piż

Qamħirrum

1,40

1102 20 10 9400

Dqiq tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 1,3 %, imma inqas minn 1,5 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż

Qamħirrum

1,20

1102 20 90 9200

Dqiq tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 1,5 % imma mhux aktar minn 1,7 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż

Qamħirrum

1,20

1102 90 10 9100

Oħrajn, dqiq tal-barli, b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż

Barli

1,50

1102 90 10 9900

Oħrajn, dqiq tal-barli, oħrajn

Barli

1,02

1102 90 30 9100

Oħrajn, dqiq tal-ħafur, b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1,8 % skond il-piż, b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 11 % u li l-peroxidase tiegħu huwa kważi għal kollox diżattivat

Ħafur

1,80

1103

Granza, smid u pritkuni taċ-ċereali:

 

 

1103 13 10 9100

Granza u smid tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,6 % skond il-piż

Qamħirrum

1,80

1103 13 10 9300

Granza u smid tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 0,9 % imma mhux aktar minn 1,3 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,8 % skond il-piż

Qamħirrum

1,40

1103 13 10 9500

Granza u smid tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 1,3 % imma mhux aktar minn 1,5 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż

Qamħirrum

1,20

1103 13 90 9100

Granza u smid tal-qamħirrum, b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 1,5 % imma mhux aktar minn 1,7 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż

Qamħirrum

1,20

1103 19 10 9000

Granza u smid tas-segala

Segala

1,00

1103 19 30 9100

Granza u smid tal-barli, b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż

Barli

1,55

1103 19 40 9100

Granza u smid tal-ħafur b’kontenut ta’ rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż u b'kontenut fl-imballaġġ ta' mhux aktar minn 0,1 %, b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 11 % u li l-peroxidase tiegħu huwa kważi għal kollox diżattivat

Ħafur

1,80

1103 20 20 9000

Pritkuni tal-barli

Barli

1,02

1103 20 60 9000

Pritkuni tal-qamħ

Qamħ

1,02

1104

Il-granell taċ-ċereali maħdum mod ieħor (per eżempju mfesdaq, imrebbel, imfarrak, irfinat, imqatta' jew mitħun), minbarra ross ta' l-intestatura Nru 1006 ; raħs taċ-ċereali, sħaħ, irrumblati, imfarrkin jew mitħunin:

 

 

1104 12 90 9100

Granelli tal-ħafur imfarrka, b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż u b'kontenut fl-imballaġġ ta' mhux aktar minn 0,1 %, b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 12 % u li l-peroxidase tiegħu huwa kważi għal kollox diżattivat

Ħafur

2,00

1104 12 90 9300

Granelli tal-ħafur imfarrka, b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż u b'kontenut fl-imballaġġ ta' aktar minn 0,1 % imma mhux aktar minn 1,5 % b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 12 % u li l-peroxidase tiegħu huwa kważi għal kollox diżattivat

Ħafur

1,60

1104 19 10 9000

Granelli tal-qamħ irrumblati jew imfarrka

Qamħ

1,02

1104 19 50 9110

Granelli tal-qamħirrum imfarrka, b'kontenut ta' xaħam, b'referenza għall-materja niexfa ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,7 % skond il-piż

Qamħirrum

1,60

1104 19 50 9130

Granelli tal-qamħirrum imfarrka, b'kontenut ta' xaħam, b'referenza għall-materja niexfa ta' aktar minn 0,9 % imma mhux aktar minn 1,3 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,8 % skond il-piż

Qamħirrum

1,30

1104 19 69 9100

Granelli tal-barli b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż

Barli

1,50

1104 22 20 9100

Granelli tal-ħafur imfesdqa jew imqaxxra, b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż, b'kontenut fl-imballaġġ ta' mhux aktar minn 0,5 %, b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 11 % u li l-peroxidase tiegħu huwa kważi għal kollox diżattivat

Ħafur

1,60

1104 22 30 9100

Granelli tal-ħafur, imfesdqa u mqatta' jew mitħunin (Grütze jew grutten), b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 2,3 % skond il-piż u b'kontenut fl-imballaġġ ta' mhux aktar minn 0,1 %, b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 11 % u li l-peroxidase tiegħu huwa kważi għal kollox diżattivat

Ħafur

1,70

1104 23 10 9100

Granelli tal-qamħirrum (imfesdqa jew imqaxxra) kemm jekk imqatta' jew mitħunin u kemm jekk le, b'kontenut ta' xaħam, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż, b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,6 % skond il-piż (Grütze jew grutten)

Qamħirrum

1,50

1104 23 10 9300

Granelli tal-qamħirrum (imfesdqa jew imqaxxra), kemm jekk imqatta' jew mitħunin u kemm jekk le, b'kontenut ta' xaħam, b'referenza għall-materja niexfa, ta' aktar minn 0,9 % imma mhux aktar minn 1,3 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,8 % skond il-piż (Grütze jew grutten)

Qamħirrum

1,15

1104 29 01 9100

Granelli tal-barli imqaxxra (imfesdqa jew imqaxxra) b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż

Barli

1,50

1104 29 03 9100

Granelli tal-barli imqaxxra u mqatta' jew mitħunin (‘Grütze’ jew ‘grutten’) b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż u b'kontenut ta' fibra mhux maħduma, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 0,9 % skond il-piż

Barli

1,50

1104 29 05 9100

Granelli tal-barli irfinati b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż (mingħajr terra) - l-ewwel kategorija

Barli

2,00

1104 29 05 9300

Granelli tal-barli irfinati b'kontenut ta' rmied, b'referenza għall-materja niexfa, ta' mhux aktar minn 1 % skond il-piż (mingħajr terra) – it-tieni kategorija

Barli

1,60

1104 29 11 9000

Granelli tal-qamħ (imfesdqa jew imqaxxra), mhux imqatta' jew mitħunin

Qamħ

1,02

1104 29 51 9000

Granelli tal-qamħ (imfesdqa jew imqaxxra), mitħunin biss

Qamħ

1,00

1104 29 55 9000

Granelli tas-segala, imfesdqa (imqaxxra) mitħunin biss r

Segala

1,00

1104 30 10 9000

Raħs tal-qamħ, sħaħ, irrumblati, imfarrkin jew mitħuna

Qamħ

0,25

1104 30 90 9000

Raħs taċ-ċereali oħrajn, sħaħ, irrumblati, imfarrkin jew mitħuna

Qamħirrum

0,25

1107

Xgħir, kemm jekk mixwi u kemm jekk le:

 

 

1107 10 11000

Mhux mixwi, tal-qamħ, fil-forma ta' dqiq

Qamħ

1,78

1107 10 91000

Mhux mixwi, oħrajn, fil-forma ta' dqiq

Barli

1,78

1108

Lamtu; inulina:

 

 

1108 11 00 9200

Lamtu tal-qamħ, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 %

Qamħ

2,00

1108 11 00 9300

Lamtu tal-qamħ, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 84 % iżda inqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 %

Qamħ

2,00

1108 12 00 9200

Lamtu tal-qamħirrum, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 %

Qamħirrum

1,60

1108 12 00 9300

Lamtu tal-qamħirrum, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 84 % iżda inqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 %

Qamħirrum

1,60

1108 13 00 9200

Lamtu tal-patata, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 80 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 %

Qamħirrum

1,60

1108 13 00 9300

Lamtu tal-patata, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 77 % iżda inqas minn 80 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 %

Qamħirrum

1,60

1108 19 10 9200

Lamtu tar-ross, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 %

Ross

1,52

1108 19 10 9300

Lamtu tar-ross, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 84 % iżda inqas minn 87 % u b'purità fil-materja niexfa ta' mhux inqas minn 97 %

Ross

1,52

1702

Zokkor ieħor, inklużi l-lattożju, il-maltożju, il-glukożju u l-fruttożju, f'forma solida u kimikament puri; ġuleppi taz-zokkor mingħajr ż-żieda ta' xi essenza jew sustanza li tagħti lewn; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma' l-għasel naturali, zokkor u għasel iswed karamellizat:

 

 

1702 30 50 9000

Glukożju u ġulepp tal-glukożju, mingħajr fruttożju jew li fih fl-istat xott inqas minn 20 % fruttożju, għajr isoglukożju, fil-forma ta' trab abjad kristallin, kemm jekk ikun agglomerat u kemm jekk le

Qamħirrum

2,09

1702 30 90 9000

Glukożju u ġulepp tal-glukożju, mingħajr fruttożju jew li fih fl-istat xott inqas minn 20 % fruttożju, għajr isoglukożju jew oħrajn skond il-piż

Qamħirrum

1,60

1702 40 90 9000

Glukożju u ġulepp tal-glukożju, li fih fl-istat xott ta' mill-inqas minn 20 % iżda mhux aktar minn 50 % fruttożju jew oħrajn skond il-piż ħlief zokkor maqlub (invert)

Qamħirrum

1,60

1702 90 50 9100

Maltodestrina, f'forma ta’ solidu abjad, kemm jekk agglomerat u kemm jekk le

Qamħirrum

2,09

1702 90 50 9900

Maltodestrina u ġulepp tal-maltodestrina, oħrajn

Qamħirrum

1,60

1702 90 75 9000

Zokkor u għasel iswed, karamellizat fil-forma ta' trab, kemm jekk agglomerat u kemm jekk le

Qamħirrum

2,19

1702 90 79 9000

Zokkor u għasel iswed, karamellizat, oħrajn

Qamħirrum

1,52

2106 90 55 9000

Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor, ġuleppi taz-zokkor bl-essenza jew bil-kulur tal-glukożju jew tal-maltodestrina

Qamħirrum

1,60


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95

(ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2993/95

(ĠU L 312, 23.12.1995, p. 25)


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1518/95

Dan ir-Regolament

Artikolu 1, kliem tal-bidu

Artikolu 1(1), kliem tal-bidu

Artikolu 1, punt (a)

Artikolu 1(1), punt (a)

Artikolu 1, punt (a)(i)

Artikolu 1(1), punt (b)

Artikolu 1, punt (a)(ii)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1, punt (b)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Anness

Anness I

Anness II

Anness III