9.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 378/2009
tat-8 ta' Mejju 2009
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi bħala addittiv tal-għalf għall-fenkiet għat-trobbija (detentur tal-awtorizzazzjoni Rubinum S.A.)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni hija dwar awtorizzazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ mikroorganiżmu Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 bħala addittiv tal-għalf għall-fenkiet tat-trobbija, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ mikroorganiżmu ġie awtorizzat b’mod permanenti għall-ħnieżer żgħar taħt ix-xahrejn u għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 (2), għall-ħnieżer żgħar u ħnieżer għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (3), għall-bhejjem tal-ifrat għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005 (4), għall-fniek għat-tismin u t-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (5), għall-ħnieżer żgħar (ta' xahrejn) u ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1143/2007 (6) u għal għaxar snin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 166/2008 (7) għad-dundjani għat-tismin. |
(5) |
Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-fenkiet għat-trobbija. L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2008 li l-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 ma għandhiex effett mhux mixtieq fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (8). Skont din l-opinjoni, l-użu ta' din il-preparazzjoni hija sigura għal din il-kategorija addizzjonali ta' annimali u għandha benefiċċji sinifikanti fir-rigward tal-produttività ġenerali u t-tnaqqis ta' mortalità tal-frieħ matul it-treddiegħ. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(3) ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3.
(5) ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.
(6) ĠU L 256, 2.10.2007, p. 23.
(7) ĠU L 50, 23.2.2008, p. 11.
(8) Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 913, 1-13.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana. |
|||||||||||||||||||||||
4b1701 |
Rubinum S. A. |
Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 |
|
Fenkiet għat-trobbija |
— |
0,2 × 109 |
1 × 109 |
|
29 ta’ Mejju 2019 |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives