25.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 344/2009

tal-24 ta’ April 2009

li jemenda għall-106 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’ mod partikolari fl-ewwel inċiż tiegħu tal-Artikolu 7(1),

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-4 ta' Frar 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni naturali u legali, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi billi jiżdiedu erba' persuni mal-lista fid-dawl tal-informazzjoni dwar ir-rabta tagħhom mal-Al-Qaida. Id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet dwar l-emendi ġew ipprovduti lill-Kummissjoni.

(3)

Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda l-informazzjoni dwar l-identità fil-15 ta' April 2009.

(4)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif jixraq.

(5)

Sabiex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

(6)

Ladarba l-lista tan-NU ma tipprovdix l-indirizzi kurrenti għal xi wħud mill-persuni naturali kkonċernati, għandu jiġi ppubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni tkun tista' sussegwentement tikkomunika r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament lill-persuni naturali kkonċernati, tipprovdihom bl-opportunità li jikkummentaw dwar dawn ir-raġunijiet u tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-kummenti u tal-informazzjoni addizzjonali li tista' tingħata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’:

“Abdul Haq (alias (a) Maimaitiming Maimaiti, (b) Abdul Heq, (c) Abuduhake, (d) Abdulheq Jundullah, (e) 'Abd Al-Haq, (f) Memetiming Memeti, (g) Memetiming Aximu, (h) Memetiming Qekeman, (i) Maiumaitimin Maimaiti, (j) Abdul Saimaiti, (k) Muhammad Ahmed Khaliq, (l) Maimaiti Iman, (m) Muhelisi, (n) Qerman, (o) Saifuding). Data tat-twelid: 10.10.1971. Post tat-twelid: Il-kontea ta' Chele, Żona ta' Khuttan, fir-Reġjun Awtonomu ta' Xinjiang Uighur, iċ-Ċina. Ċittadinanza: Ċiniża. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 653225197110100533 (karta tal-identità Ċiniża). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 15.4.2009. Tagħrif ieħor: jinsab fil-Pakistan sa minn April 2009.”