|
24.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 332/2009
tat-23 ta’ April 2009
li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa tad-Dwana.
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li ġie kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) (a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-klassifikazzjoni ta' xi prodotti li jaqgħu fi ħdan l-intestatura 1905 tan-Nomenklatura Maqgħuda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, għandha ssir distinzjoni bejn, fuq naħa, il-prodotti bis-sottointestatura 1905 90 20 u, fuq in-naħa l-oħra, preparazzjonijiet li ġew ikklassifikati taħt is-sottointestatura 1905 90 90 . |
|
(2) |
Skont in-Noti ta' Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 1905 , il-punt (B), din l-intestatura tkopri numru ta' prodotti magħmulin mid-dqiq jew pejsts tal-lamtu, moħmija f'forma tonda jew f'folji. |
|
(3) |
L-ebda definizzjoni ma ngħatat għal “prodotti simili” inklużi taħt is-sottointestatura 1905 90 20 . |
|
(4) |
Kien hemm xi problemi fir-rigward il-klassifikazzjoni tal-prodotti magħrufin bħala “folji tal-għaġina” peress illi l-ebda kriterju ma ġie definit biex issir distinzjoni bejn il-prodotti li jaqgħu taħt is-sottointestaturi 1905 90 20 u 1905 90 90 |
|
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li tiżdied nota addizzjonali f'Kapitolu 19 li tistabbilixxi li s-sottointestatura 1905 90 20 tkopri biss prodotti nixfin u li jitfarku malajr. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Kapitolu 19 tan-Nomenklatura Maqgħuda mehumuża mar-Regolament (KEE) Nru 2568/87 għandha tiżdied in-nota addizzjonali li ġejja:
|
“3. |
3 is-Sottointestatura 1905 90 20 tkopri biss prodotti nixfin u li jitfarku malajr” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara għoxrin jum mil-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni