|
23.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 330/2009
tat-22 ta’ April 2009
li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-istandards minimi għat-trattament tal-prodotti staġjonali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (1), u b’mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) huma miżuri armonizzati ta’ inflazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 121 tat-Trattat tal-KE. L-HICP huma mfasslin biex jiffaċilitaw tqabbil internazzjonali fl-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur. Huma jservu bħala indikaturi importanti għall-immaniġġjar tal-politika monetarja. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, kull Stat Membru huwa mitlub, bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jipproduċi HICP li tibda bl-indiċi għal Jannar 1997. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta’ Settembru 1996 dwar miżuri inizjali li jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (2) jiddefinixxi l-kopertura tal-HICP bħala dawk l-oġġetti u s-servizzi li huma nklużi fin-nefqa domestika monetarja finali tal-konsum li tiġġarrab fit-territorju ekonomiku tal-Istat Membru, f’wieħed mill-perjodi ta’ żmien ipparagunati jew fit-tnejn li huma. |
|
(4) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 tal-20 ta’ Novembru 1996 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur: transmissjoni u tixrid ta’ sotto-indiċijiet tal-HICP (3) jiddefinixxu analiżi ta’ COICOP/HICP (4) b’diviżjoni (livell ta’ żewġ numri), grupp (livell ta’ tliet numru) u klassi (livell ta’ erba’ numri). |
|
(5) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 tal-10 ta’ Diċembru 1997 li jistipula regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-istandards minimi għall-kwalità tal-koeffiċjenti korrettivi tal-HICP (5) jiddefinixxi l-“perjodu ta” referenza tal-koeffiċjenti korrettivi’ ta’ HICP bħala perjodu ta’ 12-il xahar ta’ konsum jew nefqa. Skont l-Artikolu 3 tiegħu l-Istati Membri għandhom kull xahar jipproduċu HICP billi jużaw koeffiċjenti korrettivi li jirriflettu t-tendenza tan-nefqa tal-konsumaturi fil-perjodu ta’ referenza tal-koeffiċjenti korrettivi. |
|
(6) |
Konsegwentament il-koeffiċjenti korrettivi fil-livell tad-diviżjoni, tal-gruppi, u tal-klassijiet ta’ COICOP/HICP jeħtiġilhom ma jvarjawx fix-xhur matul is-sena. Madankollu l-koeffiċjenti korrettivi f’livell aktar dettaljat ta’ COICOP/HICP jistgħu jitħallew jirriflettu mudell ta’ konsum li jvarja skont l-istaġun. Għalkemm indiċijiet mingħajr u bil-varjabilità tal-koeffiċjenti korrettivi staġjonali jikkorrispondu għal miri ta’ statistiċi differenti, restrizzjonijiet fuq il-metodoloġija tista’ tassigura l-komparabilità neċessarja bejn dawk iż-żewġ strateġiji, kif ukoll il-komparabilità bejn l-Istati Membri li jużaw dawn l-istrateġiji. |
|
(7) |
Prodotti staġjonali huma tipikament mhux disponibbli jew il-volumi mixtrija tagħhom huma negliġibbli għal ċerti perjodi f’mudell annwali ċikliku u skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1749/96 fejn kampjuni immirati ma jirrikjedux osservazzjoni kull xahar tal-prezzijiet attwali matul is-sena prezzijiet stmati għandhom jintużaw minflokhom.’ |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta’ standards minimi għat-trattament ta’ ħlasijiet dovuti għal servizzi li jikkorrispondu għall-valuri ta’ transazzjoni fl-indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2602/2000 (6) jistabbilixxi l-qafas għar-reviżjonijiet fl-HICP. |
|
(9) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 jistabbilixxi li l-HICP li jvarjaw minħabba differenzi fil-kunċetti, metodi jew prattiki użati fid-definizzjoni u l-kompilazzjoni tagħhom m’għandhomx jitqiesu bħala komparabbli. Madankollu, l-metodoloġiji applikati fl-Istati Membri għall-prodotti staġjonali jvarjaw b’mod sostanzjali u r-riżultati jistgħu ma jkunux komparabbli biżżejjed. Għaldaqstant strateġija armonizzata fir-rigward tal-prodotti staġjonali fl-HICP hija neċessarja sabiex jiġi żgurat li l-HICP li jirriżultaw jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-komparabilità, affidabilità, u rilevanza skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 u skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95. |
|
(10) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew ġie kkonsultat skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 (7). |
|
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (8), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards minimi għat-trattament ta’ prodotti staġjonali sabiex itejbu l-komparabilità, il-kredibilità u r-rilevanza tal-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (“HICP”).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
(1) |
“prodotti staġjonali” tfisser dawk l-oġġetti u prodotti li m’humiex disponibbli għall-bejgħ, jew mixtrija f’volumi żgħar jew negliġibbli, f’ċerti perjodi ta’ mudell tipiku annwali ċikliku. Dan il-perjodu ta’ matul l-istaġun hu maħsub li jkopri mill-inqas xahar; |
|
(2) |
“subdiviżjoni ta” COICOP/HICP’ tfisser klassi ta’ COICOP/HICP fil-każ ta’ oġġetti u servizzi fi klassi ta’ COICOP/HICP, u grupp ta’ COICOP/HICP għall-gruppi li m’humiex subdiviżi fi klassijiet skont il-klassifika ta’ COICOP/HICP armonizzat kif stipulat fir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1749/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96, dwar is-subindiċijiet tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (9); |
|
(3) |
“stima kontrostaġjonali” tfisser l-istima ta’ prezz għall-offerta ta’ prodott li huwa barra l-istaġun biex:
|
|
(4) |
“stima staġjonali kollha” tfisser l-istima ta’ prezz għall-offerta ta’ prodott li huwa barra l-istaġun biex:
|
|
(5) |
“indiċi stretti annwali tal-koeffiċjenti” tfisser indiċi ta’ prezz li juża koeffiċjenti korrettivi li ma jvarjawx bejn ix-xhur fl-istess sena fil-livelli kollha tal kalkulazzjoni tal-indiċi; |
|
(6) |
“indiċi tal-koeffiċjenti staġjonali limitati għal klassi” tfisser indiċi ta’ prezz li juża koeffiċjenti korrettivi li matul l-istess sena:
|
Artikolu 3
Ambitu
1. L-istandards minimi għanhom japplikaw għall-prodotti staġjonali fil-klassijiet u gruppi tal-COICOP/HICP li ġejjin:
|
01.1.3 |
Ħut |
|
01.1.6 |
Frott |
|
01.1.7 |
Ħxejjex |
|
03.1 |
Ilbies |
|
03.2 |
Xedd tas-saqajn |
2. Fejn xieraq, l-istandards minimi għandhom iservu bħala linja ta’ gwida li jikkonċernaw ukoll prodotti staġjonali fil-klassijiet u l-gruppi tal-COICOP/HICP ħlief dawk imniżżla fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 4
Standards minimi
1. Fi kwalunkwe xahar, prodotti staġjonali għandhom jitqiesu li jkunu jew waqt l-istaġun jew barra l-istaġun. Perjodi ta’ waqt l-istaġun jistgħu jvarjaw minn sena għall-oħra.
2. Sub-indiċi ta’ HICP f’livell ta’ grupp ta’ prodott elementari għandu jkun indiċi strett annwali tal-koeffiċjenti jew indiċi tal-koeffiċjenti staġjonali limitati għal klassi.
3. Għal HICP li huwa indiċi strett annwali tal-koeffiċjenti, prezzijiet stmati għandhom jintużaw għall-prodotti staġjonali li huma barra l-istaġun, skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1749/96.
4. Għal HICP li huwa indiċi strett annwali tal-koeffiċjenti, prezz stmat għall-offerta tal-prodott ta’ prodott staġjonali li huwa barra l-istaġun għandu jkun definit jew bi stima kontrostaġjonali jew bi stima staġjonali kollha. Hawnhekk stima kontrostaġjonali għandha tkun preferuta fejn l-Istat Membru jqisha fattibbli fir-rigward tad-disponibilità tal-prezzijiet osservati, kif jista’ jkun fil-każ tal-ilbies u x-xedd tas-saqajn. Fejn stima kontrostaġjonali mhix meqjusa fattibbli, stima għall-istaġuni kollha għandha tintuża.
5. Għal HICP li huwa indiċi tal-koeffiċjenti staġjonali limitati għal klassi, prodott staġjonali li huwa barra l-istaġun għandu jkollu koeffiċjent ta’ żero.
6. Għal HICP li huwa indiċi strett annwali tal-koeffiċjenti, stimi jistgħu isiru wkoll f’livell aktar dettaljat mis-subdiviżjoni ta’ COICOP/HICP, bħal fil-każ tal-istrata jekk kampjun stratifikat ikun qiegħed jiġi użat. Għal HICP li huwa indiċi tal-koeffiċjenti staġjonali limitati għal klassi, koeffiċjenti staġjonali jistgħu jiġu stabbiliti f’livell aktar dettaljat.
7. Tibdil fil-prezzijiet ta’ prodotti staġjonali li għalihom is-sehem tal-ispiża totali ta’ konsum, kopert mill-HICP, matul perjodu tipiku ta’ waqt l-istaġun probabbilment ikun mill-inqas żewġ partijiet għal kull elf għandu jkun rifless fl-HICP.
8. Il-koeffiċjenti għall-prodotti staġjonali għandhom jinġabru u jkunu aġġornati kif neċessarju skont l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 2454/97. L-indiċijiet użati fl-aġġornament annwali tal-prezz tal-koeffiċjenti, fejn il-komputazzjoni tal-indiċi hekk teħtieġ, għandhom jirreferu għall-prezzijiet medji tax-xahar li ġie użat għall-aġġornament.
Artikolu 5
Komparabilità
HICP li nħadmu skont l-istandards li ġejjin ħlief dawk meħtieġa fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu meqjusa komparabbli jekk jirriżultaw f’indiċijiet li ma jvarjawx sistematikament minn-indiċi kumpilat skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament b’aktar minn:
|
(a) |
wieħed minn għaxra ta’ punt wieħed perċentwali fuq medja ta’ aktar minn sena meta mqabbel mas-sena preċedenti għall-oġġetti kollha tal-HICP; |
|
(b) |
tlieta, erba’ jew ħamsa minn għaxra ta’ punt perċentwali fuq medja ta’ aktar minn sena meta mqabbel mas-sena preċedenti għal kull diviżjoni, grupp jew klassi tal-COICOP/HICP; |
|
(ċ) |
wieħed minn għaxra ta’ punt wieħed perċentwali fuq medja ta’ aktar minn sena meta mqabbel mas-sena preċedenti għall-oġġetti kollha tal-HICP. |
Artikolu 6
Applikazzjoni
It-tibdil mnissel minn dan ir-Regolament, u b’mod partikolari mill-Artikolu 4 tiegħu, għandu jiġi applikat minn Diċembru 2010 u għandu jkollu effett mal-indiċi għal Jannar 2011.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1.
(2) ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3.
(3) ĠU L 296, 21.11.1996, p. 8.
(4) Klassifikazzjoni tal-Konsum Individwali skont l-Iskop adattat għall-bżonnijiet tal-HICP
(5) ĠU L 340, 11.12.1997, p. 24.
(6) ĠU L 261, 29.9.2001, p. 49.