15.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 304/2009

tal-14 ta’ April 2009

li jemenda l-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trattament ta’ skart li jkun fih pollutanti organiċi persistenti fil-proċessi ta’ produzzjoni termika u metallurġika

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(6) u l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni ta’ Bażel ġew adottati linji gwida tekniċi ġenerali aġġornati dwar il-ġestjoni ekoloġikament razzjonali tal-iskart li jkun fih jew li jikkonsisti jew li jkun ikkontaminat minn pollutanti organiċi persistenti (id-Deċiżjoni VIII/16). Is-subtaqsima dwar il-produzzjoni termika u metallurġika ta’ metalli ġiet miżjuda mat-taqsima IV.G.2 li tikkonċerna l-qerda u t-trasformazzjoni irriversibbli.

(2)

L-aġġornament tal-linji gwida għandu jkun rifless fir-Regolament (KE) Nru 850/2004, peress li dawn il-linji gwida joffru sors rilevanti għall-progress xjentifiku u tekniku fit-trattament ta’ skart li jkun fih pollutanti organiċi persistenti.

(3)

Il-linji gwida aġġornati jiddefinixxu wkoll il-livelli ta’ qerda u trasformazzjoni irriversibbli meħtieġa biex jiġi żgurat li ma jidhrux aktar karatteristiċi ta’ pollutanti organiċi. Dawn il-metodi ma għandux ikollhom, fost l-oħrajn, valuri ta’ emissjonijiet ta’ dibenżo-p-diossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurans poliklorinati (PCDFs) ogħla minn 0,1 ng TEQ/Nm3. Dan il-valur huwa identiku għall-valur tal-limitu ta’ emissjonijiet fl-arja kif stipulat fid-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni tal-iskart (2). Peress li hija essenzjali l-ħtieġa li l-faċilitajiet għat-trattament tal-iskart li jkun fih pollutanti organiċi persistenti jħarsu l-valuri tal-limitu ta’ emissjonijiet għall-PCDDs u l-PCDFs kif stipulati fid-Direttiva 2000/76/KE, dawn il-valuri għandhom jiġu applikati, kemm jekk il-proċessi jkunu soġġetti għal dik id-Direttiva kif ukoll jekk le.

(4)

Il-linji gwida tekniċi ġenerali aġġornati dwar il-pollutanti organiċi persistenti jirrakkomandaw ukoll, fit-taqsima IV.G.1, is-separazzjoni ta’ dak l-element ta’ skart minn tagħmir li jkun fih jew ikun ikkontaminat minn pollutanti organiċi persistenti. Dan ir-rekwiżit jiċċara l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-trattament ta’ qabel imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Għalhekk, il-Parti 1 tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-fatturi ta’ ekwivalenza ta’ tossiċità li ntużaw fl-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 biex jiġu kkalkulati l-limiti ta’ konċentrazzjoni għall-PCDDs u għall-PCDFs ġew aġġornati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-2005 skont l-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti. Dan għandhu jkun rifless fl-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma dawk l-aktar xierqa biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ma tax opinjoni dwar il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu u għalhekk il-Kummissjoni ressqet proposta quddiem il-Kunsill marbuta mal-miżuri. Minħabba li, meta skada l-perjodu stipulat bl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, il-Kunsill la kien adotta l-miżuri proposti u lanqas indika l-oppożizzjoni tiegħu għalihom, għandhom, taħt is-subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (4), jiġu adottati mill-Kummissjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(2)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

(3)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS

L-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

In-nota ta’ qiegħ il-paġna (**) tinbidel b’dan li ġej:

“(**)

Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta’ ekwivalenza ta’ tossiċità li ġejjin (TEFs):

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

PCDF

TEF

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003 ”.

2.

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

wara “R1 Użu prinċipali bħala karburanti jew mezzi oħra biex jiġġeneraw l-enerġija, eskluż skart li jkunu fih il-PCBs” jiżdied dan li ġej:

“R4

Ir-riċiklaġġ/riġenerazzjoni tal-metalli u tal-komposti tal-metall, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: L-operazzjonijiet huma ristretti għal residwi ta’ proċessi tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar, bħat-trabijiet jew il-ħama mit-trattament ta’ gassijiet, jew frak mill-ipproċessar ta’ metalli (mill scale), inkella trabijiet ta’ filtri li jintużaw fl-ipproċessar tal-azzar u li jkun fihom iż-żingu, trabijiet minn sistemi ta’ purifikazzjoni ta’ gassijiet ta’ funderiji tar-ram u skart ieħor simili u residwi tat-tlissija li jkun fihom iċ-ċomb mill-produzzjoni ta’ metalli mingħajr kontenut ta’ ħadid. L-iskart li jkun fih il-PCBs huwa eskluż. L-operazzjonijiet huma ristretti għall-proċessi ta’ rkupru ta’ ħadid u liegi tal-ħadid (minn kalkari ta’ funderiji, fran b’passaġġi vertikali u fran tal-qiegħa) u metalli mingħajr kontenut ta’ ħadid (il-proċess Waelz b’forn li jdur, it-tidwib ta’ metalli f’banjijiet permezz ta’ fran vertikali jew orizzontali), sakemm il-faċilitajiet jissodisfaw, bħala rekwiżiti minimi, il-valuri tal-limitu ta’ emissjonijiet għall-PCDDs u għall-PCDFs kif stipulati fid-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni tal-iskart (*), kemm jekk il-proċessi jkunu soġġetti għal dik id-Direttiva kif ukoll jekk le, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 2000/76/KE fejn din tkun tapplika u għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE.

(*)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.”"

(ii)

is-sentenza li ġejja tiddaħħal qabel l-aħħar sentenza:

“Meta parti biss minn prodott jew skart, bħal skart minn tagħmir, ikun fih jew ikun ikkontaminat minn pollutanti organiċi persistenti, din għandha tiġi sseparata u tintrema skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.”

(b)

Fil-Parti 2, in-nota 6 ta’ qiegħ il-paġna tinbidel b’dan li ġej:

“(6)

Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta’ ekwivalenza ta’ tossiċità (TEFs) li ġejjin:

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

PCDF

TEF

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003 ”.