|
9.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 292/2009
tat-8 ta’ April 2009
li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mis-27 ta' Marzu sat-3 ta' April 2009 skont is-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta' 2 989 240 tunnellata qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri. Din il-kwota tinqasam fi tliet subkwoti. |
|
(2) |
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jaqsam is-subkwota III (numru tas-serje 09.4125) f'erba' subperjodi trimestrali u ffissa l-kwantità ta' 594 597 tunnellata għas-subperjodu Nru 2, għall-perjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2009. |
|
(3) |
Min-notifika skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mis-27 ta' Marzu 2009, mis-13:00 sat-3 ta' April 2009 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, skont l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament imsemmi, jirrigwardaw kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
|
(4) |
Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux aktar liċenzji għall-importazzjoni skont is-subkwota III msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għas-subperjodu kurrenti tal-kwota, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Kull applikazzjoni għal liċenzja għall-importazzjoni fl-ambitu tas-subkwota III imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008, imressqa mis-27 ta' Marzu 2009, mis-13:00 sat-3 ta' April 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 18,527184 %.
2. Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mit-3 ta' April 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, fl-ambitu tas-subkwota III msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008, huwa sospiż għas-subperjodu kurrenti tal-kwota.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.