8.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 286/2009

tas-7 ta' April 2009

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melva de Andalucía (IĠP), Caballa de Andalucía (IĠP), Ovos Moles de Aveiro (IĠP), Castagna di Vallerano (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjonijiet ta’ Spanja biex tirreġistra d-denominazzjonijiet “Melva de Andalucía” u “Caballa de Andalucía”, l-applikazzjoni tal-Portugall biex jirreġistra d-denominazzjoni “Oves Moles de Aveiro” u l-applikazzjoni tal-Italja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Castagna di Vallerano” ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 177, 12.7.2008, p. 18 (Melva de Andalucía), ĠU C 177, 12.7.2008, p. 21 (Caballa de Andalucía), ĠU C 184, 22.7.2008, p. 42 (Ovos Moles de Aveiro), ĠU C 190, 29.7.2008, p. 7 (Castagna di Vallerano).


ANNESS

1.

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

L-ITALJA

Castagna di Vallerano (DPO)

Klassi 1.7.   Ħut, molluski, krustaċji friski u prodotti magħmulin minnhom

SPANJA

Melva de Andalucía (IĠP)

Caballa de Andalucía (IĠP)

2.

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament:

Klassi 2.4.   Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

IL-PORTUGALL

Ovos Moles de Aveiro (IĠP)