7.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 279/2009
tas-6 ta’ April 2009
li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(c)(ii) tagħha,
Billi:
(1) |
Is-Slovakkja ressqet talba motivata biex issir emenda fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Talbet li tiżdied il-professjoni ta’ tekniku dentali (“zubný technik”), li tissodisfa l-kundizzjonijiet ipprovduti bl-Artikolu 11(c)(ii) tad-Direttiva 2005/36/KE, kif huwa evidenti mir-Regolament tal-Gvern Nru 742/2004 Coll. dwar il-kwalifiki professjonali tal-professjonisti tas-saħħa. |
(2) |
Id-Danimarka ressqet talba motivata biex isiru emendi fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Talbet li mill-Anness II għad-Direttiva 2003/36/KE titneħħa l-professjoni ta’ optometrista (“optometrist”) li l-livell tagħha ntrefa’ għal dak ta’ diploma, kif provdut bl-Artikolu 11(d) tad-Direttiva 2005/36/KE, u li għalhekk ma jaqdix ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(c)(ii) ta’ dik id-Direttiva. Id-Danimarka talbet ukoll li mill-Anness II għad-Direttiva 2003/36/KE jitneħħew il-professjonijiet ta’ tekniku tal-ortopedija (“ortopædimekaniker”) u ta’ skarpan taż-żraben u l-butz ortopediċi (“ortopædiskomager”), li ma għadhomx regolati fid-Danimarka. |
(3) |
Id-Direttiva 2005/36/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
ANNESS
L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif ġej:
1. |
Fil-punt 1, taħt l-intestatura “fis-Slovakkja” għandu jiżdied dan li ġej:
li tirrappreżenta edukazzjoni u taħriġ ta’ għall-anqas 14-il sena, inklużi 8 jew 9 snin ta’ edukazzjoni primarja, 4 snin ta’ edukazzjoni sekondarja u warajhom sentejn edukazzjoni postsekondarja fi skola sekondarja tal-kura tas-saħħa, ikkompletati b’eżami teoretiku u prattiku fil-livell taċ-Ċertifikat Ġenerali tal-Edukazzjoni (‘maturitné vysvedčenie’).” |
(2) |
Fil-punt 2, għandhom jitħassru l-intestatura “fid-Danimarka” kif ukoll l-entrati għad-Danimarka. |