|
25.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 249/2009
tat-23 ta’ Marzu 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward tal-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), jistipula li d-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn “il quddiem ‘l-Aġenzija”) għandu jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Komunità u fit-tariffi mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn it-tariffi. |
|
(2) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tariffi tal-Aġenzija b’referenza għar-rata tal-inflazzjoni u taġġornahom, b’effett mill-1 ta’ April ta’ kull sena. |
|
(3) |
Dawn it-tariffi għalhekk għandhom jiġu aġġornati b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni tal-2008. Ir-rata tal-inflazzjoni fil-Komunità, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat), kienet 3,7 % fl-2008. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2009. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2009. Għalhekk hu xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti u japplika minn din id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, “EUR 60 600” hi mibdula għal “EUR 62 800”. |
|
(3) |
L-Artikolu 5 hu emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 6, “EUR 36 400” hi mibdula għal “EUR 37 700”. |
|
(5) |
L-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 8 hu emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ April 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President