31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/157 |
REGOLAMENT (KE) Nru 221/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Marzu 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 (2) jipprevedi li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (3). |
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsil 2006/512/KE (4), li daħħlet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitneħħew uħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument ikun supplimentat b'elementi ġodda mhux essenzjali. |
(3) |
Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, biex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti diġà fis-seħħ adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawn l-istrumenti għandhom ikunu adottati skond il-proċeduri applikabbli. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tiddefinixxi l-kriterji xierqa ta' valutazzjoni tal-kwalità kif ukoll tal-kontenut tar-rapporti ta' kwalità, biex timplimenta r-riżultati tal-istudji pilota u biex tadatta l-kontenut tal-annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 huwa emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 1(5) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' ekwivalenza bejn in-nomenklatura statistika tal-Anness III għal dan ir-Regolament u l-lista tal-iskart stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/532/KE (*). Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.”; |
2) |
L-Artikolu 3(1) għandu jiġi stabbilit b'dan li ġej : “1. L-Istati Membri għandhom, waqt li jirrispettaw il-kondizzjonijiet ta' kwalità u ta' preċiżjoni ddefiniti skond it-tieni subparagrafu, jiġbru d-data meħtieġa għall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fl-Annessi I u II permezz ta':
Il-kondizzjonijiet ta' kwalità u ta' preċiżjoni għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri. maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jikkompletawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3). Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet tax-xogħol, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom, fil-limiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni fl-oqsma ta' kompetenzi rispettivi tagħhom, ikollhom aċċess għas-sorsi tad-data amministrattiva.”; |
3) |
Fl-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Il-Kummissjoni għandha tiffinanzja sa 100 % tal-ispejjeż għat-tmexxija tal-istudji pilota. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-istudji pilota, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa. Dawk il-miżuri, mħasuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.”; |
4) |
L-Artikolu 5(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “4. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-istudji pilota, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-possibbiltajiet li jiġu miġbura statistiċi għall-attivitajiet u l-karatteristiċi koperti mill-istudji pilota dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-iskart. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jikkompletawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).”; |
5) |
L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Miżuri ta' implimentazzjoni 1. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 7(2). B'mod partikolari, dawn għandhom jinkludu miżuri:
2. Madankollu, il-miżuri mħasuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, relatati mal-iskopijiet li ġejjin, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3):
|
6) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Proċedura ta' kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (**). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu. 4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (***) l-abbozzi tal-miżuri li tkun biħsiebha tissottometti lill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi.”; |
7) |
L-Artikolu 8(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “3. Il-Kummissjoni, għandha, fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-progress tal-istudji pilota msemmija fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 5(1). Jekk meħtieġ, hi għandha tipproponi reviżjonijiet tal-istudji pilota, li għandhom ikunu deċiżi skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).”; |
8) |
L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:
|
9) |
L-Anness II għandu jkun emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strażburgu, il-11 ta' Marzu 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(1) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2009.
(2) ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1.
(3) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(4) ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.
(5) ĠU C 225, 21.10.2006, p. 1.