17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 204/2009

tas-16 ta’ Marzu 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 fir-rigward tal-estensjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji għall-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewża tal-Indi u biex jikkunsidra l-emendi li saru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(b), tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-offerta li għamlet fi ħdan il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) flimkien mal-iskema tagħha ta' preferenzi ġeneralizzati (GSP), fl-1971 il-Komunità introduċiet preferenzi ta' tariffi għall-prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi li joriġinaw f'ċerti pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw. Dawn il-preferenzi ħadu l-għamla ta' tnaqqis gradwali tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni u, mill-1978 sal-31 ta’ Diċembru 1994, is-sospensjoni sħiħa ta' dawn id-dazji.

(2)

Minn mindu daħlet fis-seħħ l-iskema GSP fl-1995, il-Komunità fetħet, flimkien mal-GATT, kwoti ta' tariffi Komunitarji awtonomi b'dazju żero għal kwantitajiet speċifiċi ta' prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewża tal-Indi. Il-kwoti tat-tariffi li nfetħu għal dawk il-prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 ġew estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2008 taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2158/2005 (2)

(3)

Hekk kif l-iskema tal-GSP ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2011 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (3) li japplika preferenzi ġeneralizzati fit-tariffi, l-arranġament għal kwoti ta' tariffi għall-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewża tal-Indi għandu jiġi estiż ukoll sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(4)

Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2009, stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (4), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 (5), il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċijiet NM) għal ċerti prodotti ġew emendati. L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 jirreferi għal xi wħud minn dawn il-kodiċijiet NM, u għalhekk jeħtieġ li jiġi aġġustat.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 għandu jiġi emendat kif inhu xieraq.

(6)

Billi r-Regolament (KE) Nru 1031/2008 jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-rigward tan-numri tas-serje 09.0107, 09.0109 u 09.0111, fil-ħames kolonna (“il-perjodu tal-Kwota”) tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 32/2000, il-kliem “mill-1.1.2006 sal-31.12.2006, mill-1.1.2007 sal-31.12.2007 u mill-1.1.2008 sal-31.12.2008” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “mill-1.1.2009 sal-31.12.2009, mill-1.1.2010 sal-31.12.2010 u mill-1.1.2011 sal-31.12.2011”.

Artikolu 2

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel parti tal-Anness IV, għan-numru tas-serje 09.0104, il-kodiċi NM “6406 99 80” fit-tieni kolonna hija sostitwita bil-kodiċi NM “6406 99 85”.

(b)

Fit-tieni parti tal-Anness IV, il-kodiċijiet għan-numru tas-serje 09.0104, jiġu emendati kif ġej:

(i)

Fir-ringiela tal-kodiċi NM “6406 10 19”, għandha titħassar il-kodiċi tat-TARIC “10” fit-tielet kolonna;

(ii)

Il-kodiċijiet NM “6406 10 11” u “6406 10 19” huma sostitwiti bil-kodiċi NM “6406 10 10”;

(iii)

Il-kodiċi NM “6406 99 80” fit-tieni kolonna huwa sostitwit bil-kodiċi NM “6406 99 85”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 319M, 29.11.2008, p. 282.

(3)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(5)  ĠU L 291, 31.10.2008, p.1.