12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 193/2009

tal-11 ta’ Marzu 2009

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-13 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż (“avviż ta’ bidu”) li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping (“investigazzjoni AD” jew “l-investigazzjoni”) rigward l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Fl-istess ġurnata, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea (3), il-bidu ta’ proċediment antisussidji b’rigward għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti u bdiet investigazzjoni separata (“proċediment AS”).

(3)

L-investigazzjoni AD inbdiet wara lment imressaq fid-29 ta’ April 2008 mill-European Biodiesel Board (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ bijodiżil. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni AD.

(4)

Il-Kummissjoni uffiċjalment informat lill-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti, lill-importaturi, lill-fornituri, lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet li kien magħruf li huma kkonċernati, lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, lill-produtturi Komunitarji li għamlu l-ilment u lil produtturi Komunitarji oħrajn li kien magħruf li huma kkonċernati bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

1.1.   Teħid ta’ kampjuni għall-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti

(5)

Fid-dawl tal-għadd kbir apparenti ta’ produtturi esportaturi fl-Istati Uniti, it-teħid ta’ kampjuni kien stipulat fl-avviż ta’ bidu għad-determinazzjoni ta’ dumping, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(6)

Sabiex il-Kummissjoni titħalla tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti ntalbu jippreżentaw irwieħhom sa 15-il jum mid-data ta’ bidu tal-investigazzjoni u jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku tagħhom, l-attivitajiet preċiżi tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni, it-taħlit u n-negozju ta’ bijodiżil u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati tagħhom kollha involuti fil-produzzjoni, it-taħlit u n-negozju tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mill-1 ta’ April 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008 (“PI”), kif definit ukoll fil-premessa (15) hawn taħt.

(7)

L-awtoritajiet tal-Istati Uniti u n-National Biodiesel Board (għaqda tal-produtturi tal-Istati Uniti) kienu kkonsultati wkoll fir-rigward tal-għażla tal-kampjun rappreżentattiv.

1.1.1.   Għażla minn qabel ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Istati Uniti

(8)

B’kollox 54 produttur esportatur jew gruppi ta’ produtturi esportaturi, ippreżentaw irwieħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba sal-iskadenza stabbilita fl-avviż ta’ bidu. Minn dan it-total, 29 kumpanija rrapportaw esportazzjonijiet ta’ bijodiżil lejn il-Komunità matul il-PI u esprimew xewqthom li jieħdu sehem fil-kampjun, filwaqt li 25 kumpanija, li tnejn minnhom talbu li jitneħħew mill-proċediment, irrapportaw li ma kien hemm l-ebda esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul il-PI. Għalhekk, 52 produttur esportatur jew gruppi ta’ produtturi esportaturi tqiesu li kkooperaw f’din l-investigazzjoni.

(9)

Produtturi esportaturi li ma ppreżentawx irwieħhom sal-iskadenza msemmija hawn fuq jew li ma pprovdewx l-informazzjoni mitluba fil-ħin, kienu kkunsidrati bħala li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. It-tqabbil bejn l-istatistika ta’ esportazzjoni tal-Istati Uniti u l-volum ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità tal-prodott ikkonċernat irrapportat għall-PI mill-kumpaniji li kkooperaw imsemmija hawn fuq tissuġġerixxi li l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti kien għoli kif imsemmi fil-premessa (57) hawn taħt.

1.1.2.   Għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Istati Uniti

(10)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, intgħażel kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità li jista’ jkun investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tmien kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji relatati li għandhom l-ikbar volum ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Abbażi tal-informazzjoni mit-teħid ta’ kampjuni, il-kumpaniji jew il-gruppi magħżula ammontaw għal 73 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet lejn il-Komunità tal-prodott ikkonċernat fil-PI rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw imsemmija fil-premessa (8) hawn fuq. Għalhekk tqies li kampjun bħal dan jippermetti limitazzjoni tal-investigazzjoni għal numru raġonevoli ta’ produtturi esportaturi li jistgħu jkunu investigati fil-ħin disponibbli filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ rappreżentanza. Il-produtturi esportaturi kkonċernati kollha, kif ukoll l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Istati Uniti u l-awtoritajiet tal-Istati Uniti, kienu kkonsultati u qablu dwar l-għażla tal-kampjun.

1.2.   Kampjuni tal-produtturi Komunitarji

(11)

Rigward il-produtturi Komunitarji, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, intgħażel kampjun wara konsultazzjoni mal-ilmentatur ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ fi ħdan il-Komunità kif imsemmi fil-premessa (63) hawn taħt. Din l-għażla ppermettiet ukoll ċerta firxa ġeografika ta’ produtturi fil-Komunità. Minħabba f’hekk, intgħażlu ħdax-il produttur Komunitarju fil-kampjun. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ħdax-il kumpanija li ntgħażlu. Madankollu, produttur li kien ġie oriġinalment kkunsidrat għall-kampjun kellu jiġi eskluż peress li naqas milli jipprovdi tweġiba sodisfaċenti għall-kwestjonarju. Għalhekk, waslu għaxar tweġibiet sħaħ mill-kumpaniji l-oħra qabel l-iskadenzi stabbiliti. Dawn l-għaxar produtturi magħżula fil-kampjun tqiesu li huma rappreżentattivi tal-produtturi kumplessivi fil-Komunità.

1.3.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(12)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ddikjaraw ruħhom fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. Il-kwestjonarji għalhekk intbagħtu lis-sitt produtturi esportaturi fil-kampjun jew lill-gruppi ta’ produtturi fl-Istati Uniti, lill-11-il produttur Komunitarju fil-kampjun, lil 18-il utent kif ukoll 90 fornitur ta’ materja prima.

(13)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand is-sitt produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi fl-Istati Uniti fil-kampjun, għaxar produtturi Komunitarji fil-kampjun, utent u sitt fornituri ta’ materja prima.

(14)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Komunità. Żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi li jinsabu fil-Komunità

Biopetrol Industries AG, Schwarzheide, il-Ġermanja

Grupp Diester

Diester Industries SAS, Pariġi, Franza

Mannheim Bio Fuel GmbH, Mannheim, il-Ġermanja

Natural Energy West GmbH, Neuss, il-Ġermanja

Novaol Austria GmbH, Bruck an der Leitha, l-Awstrija

Novaol Srl, Milan, l-Italja

Grupp Ecomotion

Ecomotion GmbH, Sternberg, il-Ġermanja

Daka Biodiesel a.m.b.a, Løsning, id-Danimarka

GATE Global Alternative Energy Germany GmbH, Wittenberg u Halle, il-Ġermanja

Neochim SA, Feluy, il-Belġju

(b)

Produtturi esportaturi fl-Istati Uniti

Peter Cremer North America LP, Cincinnati, Ohio

Cargill Inc., Wayzata, Minnesota

Imperium Renewables Inc., Seattle, Washington

Archer Daniels Midland Company, Decatur, Illinois

World Energy Alternatives LLC, Boston, Massachusetts

Green Earth Fuels of Houston LLC, Texas

(c)

Importaturi relatati fil-Komunità:

Cremer Energy GmbH, Amburgu, il-Ġermanja.

Cargill NV, Ghent, il-Belġju

ADM Europoort BV, Rotterdam, l-Olanda

ADM Hamburg AG, Amburgu, il-Ġermanja

ADM International, Rolle, l-Iżvizzera

1.4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(15)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008 (“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu minn Jannar 2004 sa tmiem il-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(16)

Fin-nota ta’ bidu l-prodott li allegatament kien l-oġġett ta’ dumping kien definit bħala esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili (magħrufa komunement bħala “bijodiżil”), kemm jekk f’forma pura kif ukoll jekk f’taħlita, użat fil-biċċa l-kbira imma mhux esklussivament bħala fjuwil li jista’ jintuża mill-ġdid li joriġina fl-Istati Uniti (“il-prodott ikkonċernat”), normalment iddikjarat fi ħdan il-kodiċi NM 3824 90 91, ex 3824 90 97, ex 2710 19 41, ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99.

(17)

Skont il-Kodiċi tad-Dħul Intern tal-Istati Uniti (4) (US. CODE), it-Titlu 26, $40A, il-punt (d), it-terminu bijodiżil huwa definit bħala l-esteri monoalkilitiċi ta’ aċidi xaħmija ta’ katina twila ġejjin minn materja tal-pjanti jew l-annimali li jissodisfaw - (a) ir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni għall-fjuwils u l-addittivi tal-fjuwil stabbiliti fl-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Ambjent taħt it-taqsima 211 tal-Att dwar l-Arja Nadifa (42 U.S.C 7545), u, (b) ir-rekwiżiti tas-Soċjetà Amerikana tal-Ittestjar u l-Materjali (ASTM) D6751.

(18)

Fuq il-bażi ta’ informazzjoni dwar is-suq u disponibbli pubblikament (5), it-tipi kollha ta’ bijodiżil u t-taħlitiet ta’ bijodiżil (taħlita ta’ bijodiżil ma’ diżil minerali kif spjegat fil-premessa (20) hawn taħt), li huma prodotti u mibjugħa fl-Istati Uniti jitqiesu bħala fjuwils bijodiżil u huma parti minn pakkett leġiżlattiv li jikkonċerna l-effiċjenza tal-enerġija u fjuwils alternattivi tal-enerġija li tista’ tintuża mill-ġdid.

(19)

L-investigazzjoni wriet li l-bijodiżil prodott fl-Istati Uniti huwa predominantement “metil esteru aċidu xaħmi” (FAME) li ġej minn firxa wiesgħa ta’ żjut veġetali li jservu bħala l-materja prima agrikola tal-bijodiżil (6). It-terminu “esteru” jirreferi għat-transesterifikazzjoni taż-żjut veġetali, l-iktar, it-taħlit taż-żejt mal-alkoħol. It-terminu “metil” jirreferi għal metanol; l-iżjed alkoħol komunement użat fil-proċess, għalkemm l-etanol jista’ jintuża wkoll fil-proċess ta’ produzzjoni, li jirriżulta f’“etil esteri aċidu xaħmi”. It-transesterifikazzjoni hija proċess kimiku relattivament sempliċi imma jeħtieġ l-ogħla standards industrijali biex tiġi żgurata kwalità għolja ta’ bijodiżil.

(20)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-bijodiżil prodott fl-Istati Uniti jkun ġeneralment imħallat mill-produtturi b’diżil minerali biex jipproduċi tipi differenti ta’ taħlitiet (li hawnhekk qed jissejħu taħlitiet ta’ bijodiżil), li mbagħad jinbiegħu fuq is-suq għal tipi differenti ta’ klijenti. Jidher ukoll li l-bijodiżil inbiegħ fil-forma pura tiegħu lil kumpaniji indipendenti, li xtrawh u importawh għat-taħlit ma’ diżil minerali. It-taħlit tal-bijodiżil ma’ diżil minerali hija operazzjoni relattivament sempliċi li tista’ ssir pereżempju b’taħlit f’tankijiet fil-punt ta’ fabbrikazzjoni qabel ma jiġu kkunsinnati lil trakk tat-tankers jew billi jitħallat b’qatriet fit-trakkt tat-tankers billi jiżdiedu l-perċentwali mixtieqa ta’ bijodiżil u diżil minerali jew taħlit f’linja maż-żewġ komponenti li jaslu fit-trakk tat-tankers fl-istess ħin.

(21)

Biex jiġu ċċarati l-bosta tipi ta’ taħlitiet ta’ bijodiżil, hemm sistema rikonoxxuta internazzjonalment magħrufa bħala l-fattur “B”, li tiddikjara l-ammont eżatt ta’ bijodiżil fi kwalunkwe taħlita ta’ bijodiżil. pereżempju, taħlita li fiha “X” % bijodiżil tkun ittikkettjata B“X”, filwaqt li bijodiżil pur jissejjaħ B100, li jfisser 100 % bijodiżil. Fl-Istati Uniti, kien komuni li tara 99 % (7) ta’ bijodiżil u 1 % diżil minerali (B99) jitħallat u jinbiegħ fis-suq. Kuntrarjament għad-diżil minerali, bijodiżil pur għandu jintuża relattivament malajr u ma jistax jinżamm maħżun għal iktar minn tliet xhur erbgħa inkella jossidizza ruħu u ma jibqax tajjeb għall-konsum. It-taħlit ta’ bijodiżil ma’ diżil minerali jippermetti preservazzjoni itwal tal-fjuwil. Id-diżil minerali ta’ 1 % fil-B99 huwa tossiku biżżejjed biex jittardja l-immoffar tal-bijodiżil.

(22)

L-investigazzjoni wriet li filwaqt li l-bijodiżil u t-taħlitiet ta’ bijodiżil ta’ livell għoli (8) jkunu ġeneralment maħsuba biex jinbiegħu fis-suq Amerikan għal iktar taħlit, it-taħlit ta’ bijodiżil ta’ livell baxx (9) ikunu tipikament prodotti biex jinbiegħu għall-konsum fis-suq Amerikan. B’hekk, hemm distinzjoni bejn is-suq għat-taħlitiet ta’ livell għoli u s-suq għal taħlitiet ta’ livell baxx fl-Istati Uniti.

(23)

L-ilment fih evidenza prima facie li l-bijodiżil u ċerti taħlitiet prodotti u mibjugħa fl-Istati Uniti u esportati lejn il-Komunità kienu qed jaffettwaw l-qagħda ekonomika tal-produtturi tal-bijodiżil fil-Komunità li lmentaw. B’konsistenza mal-karatteristiċi tal-produtturi Amerikani rilevanti u s-suq domestiku, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat maħsuba biex tkopri l-bijodiżil anke meta tiġi inkorporata fit-taħlitiet tal-bijodiżil rilevanti. Id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kif imsemmi fl-avviż ta’ bidu u fil-premessa (16) hawn fuq, għandha tiġi ċċarata sabiex jiġu identifikati l-prodotti li kienu maħsuba li jkunu koperti mill-investigazzjoni.

(24)

L-investigazzjoni wriet li ħafna mit-taħlitiet ta’ bijodiżil mibjugħa għall-konsum dirett fl-Istati Uniti huma B20, jiġifieri taħlitiet b’20 % bijodiżil kif spjegat fil-premessa (21) hawn fuq, li jistgħu jintużaw għall-konformità mal-Att dwar il-Politika tal-Enerġija tal-1992 (Att PE) (10), B6, B5 u B2. Tagħrif disponibbli pubblikament jgħid li kull magna diżil tista’ topera fuq dawn it-taħlitiet b’bażikament l-ebda modifiki u mingħajr ma titlef il-garanzija mill-fabbrikanti tal-karozza. Meta jintuża f’taħlitiet ta’ livell baxx (bejn 2 % u 20 % ta’ bijodiżil) ir-rendiment tat-taħlita jkun simili għal dak ta’ diżil minerali. Meta f’magna jintuża fjuwil tal-bijodiżil ogħla minn B20, l-utent jista’ jesperjenza ċertu tnaqqis fil-qawwa, fit-torque u l-ekonomija tal-fjuwil u l-garanzija tal-fabbrikanti tal-karozza ġeneralment ma tapplikax f’każ ta’ ħsarat ikkawżati lill-magna.

(25)

L-investigazzjoni wriet li bijodiżil pur u taħlitiet ta’ livell għoli ġeneralment ma jintużawx għal konsum dirett fl-Istati Uniti. Il-bijodiżil pur huwa ġeneralment maħsub biex jitħallat qabel ma jinbiegħ fis-suq. It-taħlitiet fl-aħħar mill-aħħar jintużaw fis-settur tat-trasport bħala fjuwil f’magni diżil ta’ vetturi tat-triq bħal karozzi, trakkijiet, xarabanks kif ukoll ferroviji. Il-bijodiżil jista’ jintuża wkoll bħala fjuwil għat-tisħin f’bojlers domestiċi, kummerċjali jew industrijali u bħala fjuwil biex ġeneraturi jipproduċu l-elettriku. Bħalissa qegħdin isiru testijiet dwar il-possibilità li jintużaw taħlitiet ta’ bijodiżil f’inġenji tal-ajru.

(26)

Għalhekk, il-prodott ikkonċernat mill-investigazzjoni għandu jkun identifikat bħala esteri monoalkilitiċi ta’ aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew idrotrattament, ta’ oriġini mhux fossila, magħruf komunement bħala “bijodiżil”, sew jekk f’forma pura jew f’taħlitiet, li huma ’l fuq minn B20. Fi kliem ieħor, il-prodott ikkonċernat ikopri bijodiżil pur (B100) li joriġina mill-Istati Uniti u t-taħlitiet’l fuq minn B20, b’mod partikolari taħlitiet li fihom aktar minn 20 % bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti (“il-prodott ikkonċernat”). Dan il-limitu jitqies bħala xieraq biex jippermetti distinzjoni ċara bejn it-tipi varji ta’ taħlitiet li huma disponibbli fis-suq Amerikan.

(27)

Instab li t-tipi kollha ta’ bijodiżil u l-bijodiżil fit-taħlitiet koperti minn din l-investigazzjoni, minkejja differenzi possibbli f’termini ta’ materja prima użata għall-produzzjoni, jew varjanti fil-proċess ta’ produzzjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi jew simili ħafna u jintużaw għall-istess finijiet. Il-varjazzjonijiet possibbli fil-prodott ikkonċernat ma jibdlux id-definizzjoni bażika, il-karatterisitiċi tagħha jew il-perċezzjoni li bosta partijiet għandhom tagħha.

(28)

Il-prodott ikkonċernat jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 3824 90 91, ex 3824 90 97, ex 2710 19 41, ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99.

2.1.   Prodott simili

(29)

Instab li l-prodotti prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, li huma koperti minn din l-investigazzjoni, għandhom karatteristiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi simili għal dawk esportati minn dan il-pajjiż lejn is-suq Komunitarju. Bl-istess mod, il-prodotti ffabrikati mill-produtturi Komunitarji u mibjugħa fi-suq Komunitarju għandhom karatteristiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi simili meta mqabbla ma’ dawk esportati lejn il-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat.

(30)

Kien hemm allegazzjoni li ċerti utenti, b’mod partikolari fil-Ġermanja, qegħdin jużaw direttament bijodiżil pur (B100) bħala alternattiva irħas għall-użu ta’ diżil minerali jew għas-soltu taħlitiet li jintużaw għall-konsum dirett fis-suq Komunitarju. L-eżami ta’ din l-allegazzjoni wriet li l-parti l-kbira ta’ dan il-bejgħ li sar mill-produtturi Komunitarji fis-suq Komunitarju kienu l-iktar maħsuba għal kumpaniji li kienu qed iħalltuh b’diżil minerali. Il-fatt li ċerti sidien ta’ flotot marru lura għal B100 hija pjuttost eċċezzjoni fil-livell Komunitarju. Iktar milli jieħu post id-diżil minerali, il-bijodiżi huwa prodott komplementari fis-suq Komunitarju.

(31)

Dan ma jbiddilx il-fatt li t-tipi varji tal-prodott ikkonċernat prodotti fl-Istati Uniti u esportati lejn il-Komunità huma interkambjabbli ma’ dawk prodotti u mibjugħa fil-Komunità mill-produtturi Komunitarji tal-bijodiżil. M’hemm l-ebda differenza sinifikanti fl-użi u l-perċezzjoni mill-operaturi u l-utenti fis-suq li hija tali li tbiddel id-definizzjoni tal-prodott simili.

(32)

Parti interessata allegat li l-prodott ikkonċernat, b’mod partikolari bijodiżil pur, għandu karatteristiċi fiżiċi u kimiċi differenti mill-bijodiżil simili prodott fil-Komunità. Filwaqt li l-produzzjoni ta’ bijodiżil fil-KE tkun ibbażata fuq żejt taż-żerriegħa tar-rapa, il-produtturi Amerikani jużaw biss żejt tal-fażola tas-sojja. Għalhekk ġie allegat li dawn iż-żewġ tipi ta’ prodotti ma jkunux interkambjabbli u ma jikkompetux direttament ma’ xulxin fis-suq Komunitarju. Il-parti interessata enfasizzat partikolarment il-fatt li l-proprjetajiet ta’ fluss kiesaħ u l-valuri ta’ jodju jkunu differenti.

(33)

Il-Kummissjoni investigat din l-allegazzjoni u sabet dan li ġej:

(a)

Il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili tal-Komunità għandhom karatteristiċi bażiċi simili ħafna u jinbiegħu permezz ta’ kanali ta’ bejgħ simili jew identiċi, l-iktar lil konsumaturi simili fis-suq Komunitarju;

(b)

Kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll il-prodott simili tal-Komunità jservu l-istess finijiet jew finijiet simili ħafna (ara l-premessa (25) hawn fuq);

(c)

Fir-rigward tal-proprjetajiet ta’ fluss kiesaħ, għandu jkun iċċarat li jirreferi għall-Punt ta’ Sadd tal-Filter Kiesaħ (PSFK) li huwa t-temperatura li fiha fjuwil jikkawża lill-filter tal-fjuwil biex jinstadd minħabba l-komponenti tal-fjuwil, li bdew jikkristallizzaw jew jagħqdu. L-investigazzjoni żvelat li l-PSFK tal-prodott simili tal-Komunità huwa iktar baxx minn dak tal-bijodiżil esportat mill-Istati Uniti. Madankollu, din hija differenza minuri li tista’ tiġi kkumpensata jew billi jitħalltu tipi differenti ta’ bijodiżil jew billi jintużaw addittivi f’bijodiżil pur, partikolarment fix-xitwa. Id-differenza fil-PSFK prattikament ma għandha l-ebda rwol fil-parti l-kbira tat-taħlitiet mibjugħa fis-suq Komunitarju.

(d)

Rigward il-valur ta’ jodju li huwa kejl għall-istabilità tal-fjuwil kontra l-ossidazzjoni, instab li l-valuri bejn żejt taż-żerriegħ tar-rapa u żejt tal-fażola tas-sojja jikkorrelataw sa ċertu punt: in-numri jvarjaw minn 94 sa 120 għal żejt taż-żerriegħa tar-rapa u minn 117 għal 143 għaż-żejt tal-fażola tas-sojja. Filwaqt li l-materja prima agrikola ewlenija użata fil-Komunità hija ż-żerriegħa tar-rapa, ta’ min jinnota li kemm il-produtturi Komunitarji u kemm dawk Amerikani jużaw ukoll varjetà wiesgħa ta’ materja prima biex jipproduċu l-bijodiżil. Spiss tipi differenti ta’ bijodiżil jitħalltu biex jinkiseb prodott iktar omoġenju.

(34)

Peress li “similarità” ma tirrikjedix li l-prodotti jkunu identiċi f’kull rigward skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe varjazzjoni minuri fit-tipi ta’ prodotti varji mhix biżżejjed biex tibdel is-sejba ġenerali ta’ similarità bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili tal-Komunità.

(35)

Għalhekk ma nstabu l-ebda differenzi bejn it-tipi varji tal-prodott ikkonċernat u l-prodotti simili Komunitarji mibjugħa fis-suq Komunitarju li jwasslu għall-konklużjoni li l-prodotti ffabbrikati u mibjugħa mill-produtturi Komunitarji fis-suq Komunitarju mhumiex prodotti simili, li jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi jew simili ħafna għalihom bħal tat-tipi ta’ prodott ikkonċernat prodott fl-Istati Uniti u esportati lejn il-Komunità. Għalhekk qed jiġi provviżorjament konkluż li t-tipi kollha ta’ bijodiżil jitqiesu simili fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Kumment preliminari

(36)

Matul l-investigazzjoni nstab li l-awtoritajiet Amerikani ngħataw kreditu fiskali għal taħlita magħruf bħala blender’s credit ta’ 1 USD kull gallun ta’ bijodiżil pur preżenti f’taħlita ta’ bijodiżil ma’ diżil minerali.

(37)

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula fil-kampjun sostnew li għandu jsir aġġustament għall-bejgħ ta’ esportazzjoni u bejgħ domestiku ta’ bijodiżil imħallat għad-determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping, jew billi jaġġustaw il-prezz tal-bejgħ tagħhom ’il fuq mal-kreditu korrispondenti li rċevew jew billi jitnaqqas il-kreditu fiskali mill-ispiża tal-produzzjoni tal-bejgħ rilevanti.

(38)

Ta’ min jinnota li, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi rilevanti, l-iktar l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (11), l-ebda prodott m’għandu jkun suġġett kemm għal dazji anti-dumping u kemm għal dazji ta’ kontrobilanċ għall-fini tat-trattament tal-istess sitwazzjoni unika li ġejja minn dumping jew minn sussisju ta’ esportazzjoni. Madankollu, il-proċediment AS wera li l-kreditu fiskali għal taħlita huwa sussidju disponibbli kemm għall-bejgħ domestiku u kemm għall-bejgħ mill-esportazzjoni bl-istess mod u għall-istess ammonti u għalhekk mhuwiex sussidju għall-esportazzjoni. Għalhekk, tqies provviżorjament li t-talbiet għal aġġustament ma setgħux jintlaqgħu.

3.2.   Valur normali

(39)

Għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat lil konsumaturi indipendenti sarx f’volumi rappreżentattivi, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-ammont totali ta’ bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-PI.

(40)

Fil-każ ta’ produttur esportatur wieħed li ħa sehem fil-kampjun instab li ma kellu l-ebda bejgħ rappreżentattiv tal-prodott ikkonċernat fis-suq domestiku. Għal dan il-produttur esportatur, il-valur normali kellu jinbena fuq il-bażi tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

3.2.1.   Produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun b’volum rappreżentattiv kumplessiv ta’ bejgħ domestiku

(41)

Għall-produtturi esportaturi li ħadu sehem fil-kampjun li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali, il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti fis-suq domestiku mill-produttur esportatur, li kienu identiċi jew direttament kumparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(42)

Bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI jkun irrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali tat-tip ta’ prodott kumparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(43)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-kumpaniji kkonċernati jistax ikun kkunsidrat bħala magħmul fl-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi gћal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ bi qligħ lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(44)

Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew iktar mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ dak it-tip kien daqs jew iktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv. Dan il-prezz kien ikkalkulat bħala l-medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PI, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx jagħmel qligħ jew le.

(45)

Fejn il-volum tal-bejgħ li jagħmel qligħ ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala l-medja bil-piż differenzjat tal-bejgħ li jagħmel qligħ ta’ dak it-tip biss.

(46)

Għal tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku jew mhux mibjugħa fl-andament ordinarju tal-kummerċ, il-valur normali kellu jinbena fuq il-bażi tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u marġni ta’ qligħ raġjonevoli żdiedu mal-ispiża medja tal-esportatur stess għal kull tip ta’ prodott matul il-PI. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, il-perċentwali għall-SG&A u l-marġni ta’ profitt kienu bbażati fuq il-medja tal-SG&A b’piż diffirenzjat u l-marġni ta’ profitt tal-bejgħ fl-andament ordinarju tal-kummerċ tal-prodott simili tal-produttur esportatur rispettiv.

3.2.2.   Produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun mingħajr volum rappreżentattiv kumplessiv ta’ bejgħ domestiku

(47)

Għall-produttur esportatur li kkoopera mingħajr bejgħ domestiku rappreżentattiv il-valur normali nbena skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku permezz taż-żieda mal-ispejjeż ta’ fabbrikazzjoni tal-kumpanija stess għall-prodott ikkonċernat l-ispejjeż SG&A u marġni ta’ profitt raġjonevoli. Skont l-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku, il-perċentwali għall-SG&A u l-marġni ta’ profitt kienu bbażati fuq il-medja tal-SG&A b’piż diffirenzjat u l-marġni ta’ profitt determinat għall-produtturi esportaturi suġġetti għall-investigazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom tal-prodott simili fis-suq domestiku.

(48)

Fir-rigward ta’ din il-kumpanija, sar aġġustament biex titqies is-sitwazzjoni tagħha li għadha tibda, kif stipulat fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Sar aġġustament rigward l-ispejjeż amministrattivi tagħha sabiex titqies l-utilità ta’ kapaċità baxxa tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni matul il-fażi tal-bidu.

3.3.   Il-prezz ta’ esportazzjoni

(49)

Il-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(50)

Meta sar bejgħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità permezz ta’ kumpaniji ta’ kummerċ relatati li jinsabu fil-Komunità jew ’il barra minnha, ġew stabbiliti prezzijiet ta’ esportazzjoni fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijenti indipendenti fil-Komunità, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, dovutament aġġustat għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u l-profitti.

3.4.   Tqabbil

(51)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni sar fuq bażi tal-ħruġ mill-fabbrika.

(52)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(53)

Fuq din il-bażi, saru konċessjonijiet għal spejjeż ta’ trasport, spejjeż ta’ ġarr ta’ merkanzija fuq l-oċean u ta’ assikurazzjoni, spejjeż ta’ tqandil, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż ta’ kreditu u kummissjonijiet fejn applikabbli u ġġustifikat.

3.5.   Marġni ta’ dumping

3.5.1.   Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun

(54)

Gћall-kumpaniji fil-kampjun, il-valur normali medju b’piż differenzjat ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità tqabbel mal-prezz tal-esportazzjonijiet medji b’piż differenzjat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(55)

Fuq din il-bażi, il-marġni medju b’piż differenzjat ta’ dumping provviżorju mfisser bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:

Kumpanija

Marġni ta’ dumping provviżorju

Archer Daniels Midland Company

3,4  %

Cargill Inc.

10,4  %

Green Earth Fuels of Houston LLC

73,4  %

Imperium Renewables Inc.

29,5  %

Peter Cremer North America LP

57,3  %

World Energy Alternatives LLC

51,7  %

3.5.2.   Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn li kkooperaw

(56)

Il-marġni medju b’piż differenzjat ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġni kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-marġni stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun. Fuq din il-bażi, il-marġni ta’ dumping ikkalkulat għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inkluzi fil-kampjun kien stabbilit provviżorjament għal 33,7 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunita, dazju mhux imħallas.

3.5.3.   Għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx

(57)

Fir-rigward tal-esportaturi fl-Istati Uniti, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Sar tqabbil magħmul bejn il-kwantitajiet ta’ esportazzjoni totali indikati fit-tweġibiet tat-teħid tal-kampjuni li waslu mill-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw u l-importazzjonijiet totali mill-Istati Uniti kif jirriżulta mill-istatistiċi ta’ importazzjoni Amerikani. Il-perċentwali tal-kooperazzjoni nstab li kienet ta’ 81 %. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ kooperazzjoni tqies li hu gћoli. Għalhekk tqies xieraq li jkun stabbilit marġni ta’ dumping għal produtturi esportaturi li ma kkooperawx fuq livell li jikkorrispondi għal dak misjub għall-produttur esportatur li kkoopera fil-kampjun bl-ogħla marġni ta’ dumping u ta’ ħsara sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri.

(58)

Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod provviżorju gћal 57,3 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas.

4.   L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

4.1.   Il-produzzjoni u l-pożizzjoni Komunitarja

(59)

L-informazzjoni disponibbli kollha, inkluża informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi Komunitarji qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni ntużat sabiex jiġu stabbiliti l-produzzjoni Komunitarja totali u l-appoġġ għall-investigazzjoni.

(60)

Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni nstab li l-produzzjoni Komunitarja kumplessiva kienet ta’ madwar 5 400 elf tunnellata matul il-PI. Tliet kumpaniji li jappartjenu għall-istess grupp instab li kienu relatati ma’ produtturi esportaturi fl-Istati Uniti u l-grupp kien qiegħed jimporta huwa stess kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat mill-esportaturi relatati miegħu fl-Istati Uniti. Għalhekk, dawn il-kumpaniji ġew esklużi mill-kunċett ta’ produzzjoni Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Minħabba f’hekk, il-volum ta’ produzzjoni li l-pożizzjoni ġiet stabbilita fuq il-bażi tiegħu kien ta’ minn 4 200 sa 4 600 elf tunnellata.

(61)

Kien stabbilit li l-kumpaniji li appoġġjaw l-ilment u kkooperaw fl-investigazzjoni rrappreżentaw iktar minn 60 % tal-produzzjoni Komunitarja tal-bijodiżil matul l-IP indikat fil-premessa (60). Il-kumpanija msemmija fil-premessa (63) hawn taħt li naqset milli tikkoopera mal-investigazzjoni ma tqisitx bħala sostenitura tal-ilment. Ġie konkluż li l-ilment u l-investigazzjoni huma appoġġjati minn proporzjon maġġuri tal-produzzjoni Komunitarja fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

4.2.   It-teħid ta’ kampjuni

(62)

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi Komunitarji, ġie deċiż li jintuża t-teħid ta’ kampjuni biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ħsara materjali. Intbagħtu formoli għat-teħid tal-kampjuni lill-produtturi potenzjali kollha tal-prodott simili fil-Komunità. Għall-bidu iktar minn 40 kumpanija pprovdew tagħrif sodisfaċenti għall-formoli tat-teħid tal-kampjuni u qablu li jikkooperaw mal-proċediment. It-tliet kumpaniji msemmija fil-premessa (60) ma ġewx ikkunsidrati għall-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni għar-raġiunijiet imsemmija f’dik il-premessa.

(63)

Mill-bqija tal-kumpaniji ntgħażel kampjun ta’ 11-il kumpanija fuq il-bażi tal-ikbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni u l-bejgħ fi ħdan il-Komunità, kif indikat fil-premessa (11) ta’ hawn fuq. Produttur wieħed li kien ġie oriġinalment kkunsidrat għall-kampjun kellu jiġi eskluż peress li naqas milli jikkoopera fl-investigazzjoni. L-għaxar kumpaniji li fadal fil-kampjun tqiesu li huma rappreżentattivi għall-produzzjoni Komunitarja kollha.

(64)

Referenza minn hawn ’il quddiem għall-“industrija Komunitarja” jew għall-“produtturi Komunitarji fil-kampjun” tirreferi għal dawn l-għaxar produtturi li ħadu sehem fil-kampjun.

5.   ĦSARA

(65)

Kif imsemmi fil-premessa (15) hawn fuq, l-eżami tax-xejriet li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu minn Jannar 2004 sa tmiem il-PI. Madankollu l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja kienet bażikament qiegħda tibda fl-2004. Għalhekk, tqies li jkun aktar xieraq li ssir analiżi bbażata fuq ix-xejriet għall-perjodu mill-2005 sal-PI (“il-perjodu analizzat”). It-tagħrif li nġabar rigward l-2004 madankollu huwa ppreżentat ukoll fil-valutazzjoni ta’ wara.

5.1.   Il-konsum Komunitarju

Tabella 1

Il-Konsum Komunitarju

2004

2005

2006

2007

PI

Tunnellati

1 936 034

3 204 504

4 968 838

6 644 042

6 608 659

Indiċi 2005=100

60

100

155

207

206

(66)

Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni Komunitajra ġenerali fis-suq Komunitarju tal-produtturi Komunitarji kollha, kif mistqarr fil-premessa (60) hawn fuq, naqqas l-esportazzjonijiet tagħhom u żid l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat minn din l-investigazzjoni u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra.

(67)

Fir-rigward tal-volumi ta’ importazzjonijiet mill-Istati Uniti, is-sorsi ta’ tagħrif li ġejjin kienu disponibbli:

id-dejta tal-Eurostat għall-kodiċijiet NM differenti li l-prodott ġie kklassifikat taħthom;

l-istatistika ta’ esportazzjoni tal-Istati Uniti;

tagħrif statistiku ieħor ta’ natura kunfidenzjali dwar l-importazzjonijiet pprovduti mill-partijiet interessati.

(68)

Madankollu, analiżi ta’ dan it-tagħrif uriet li d-dejta tal-Eurostat ma tistax tintuża għall-fini ta’ evalwazzjoni tal-konsum peress li sa tmiem l-2007 ma kien hemm l-ebda distinzjoni bejn kodiċi NM disponibbli għall-klassifikazzjoni doganali tat-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ġew ikklassifikati taħt għadd ta’ kodiċijiet li kien fihom ukoll dejta ta’ importazzjoni ta’ prodotti oħra. B’hekk, tqies iktar xieraq li tintuża statistika tal-esportazzjonijiet Amerikani biex jiġu stabbiliti importazzjonijiet affidabbli u ċifri ta’ konsum u xejriet ta’ importazzjoni. Fl-użu ta’ dan is-sors ta’ tagħrif, tqies il-ħin meħtieġ għat-trasport tal-merkanzija biex tasal mill-Istati Uniti għall-Komunità u għalhekk l-istatistika ta’ esportazzjoni ġiet aġġustata b’xahar sabiex jitqies dan il-ħin.

(69)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra u l-esportazzjonijiet tal-produtturi Komunitarji, fid-dawl tal-limitazzjoni rigward l-użu tad-dejta tal-Eurostat deskritta hawn fuq, l-investigazzjoni qagħdet fuq id-dejta rrapportata fl-ilment.

(70)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, instab li l-konsum Komunitarju tal-bijodiżil żdied b’107 % bejn l-2005 u l-2007 u mbagħad naqas kemm kemm fil-PI b’punt perċentwali. B’kollox, il-konsum iktar milli rdoppja matul il-perjodu analizzat.

(71)

Iż-żieda fid-domanda hija dovuta l-iktar għall-inċentivi li ħadu l-Istati Membri biex jippromwovu l-użu tal-bijofjuwils wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2003 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport (12) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (13).

5.2.   Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem mis-suq

Tabella 2

Importazzjonijiet mill-Istati Uniti

2004

2005

2006

2007

PI

Tunnellati

2 634

11 504

50 838

730 922

1 137 152

Indiċi 2005=100

23

100

442

6 354

9 885

Sehem mis-suq

0,1  %

0,4  %

1,0  %

11,0  %

17,2  %

Indiċi 2005=100

25

100

250

2 750

4 300

Sors: Statistika ta’ esportazzjoni mill-Istati Uniti

(72)

Il-volumi ta’ importazzjoni mill-Istati Uniti żdiedu b’mod sinifikanti minn madwar 11 500 tunnellata fl-2005 għal madwar 1 137 000 tunnellata waqt il-IP.

(73)

Matul il-perjodu analizzat, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti żiedu kontinwament s-sehem tagħhom mis-suq Komunitarju minn 0,4 % fl-2005 għal 17,2 % fil-PI. Għalhekk, kien hemm żieda sinifikanti f’importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping f’termini assoluti u f’termini relattivi mqabbla mal-konsum Komunitarju matul dak il-perjodu.

(74)

Splash and dash huwa terminu użat mill-operaturi tal-bijodiżil biex jiddeskrivu xejra fejn bijodiżil ta’ oriġini allegatament barranija qabel jintbagħat lejn il-Komunità jgħaddi mill-Istati Uniti fejn jitħallat b’bażikament qatra (0,01 % tat-taħlita finali) ta’ diżil konvenzjonali sabiex min ħalltu jieħu vantaġġ minn sussidju fl-Istati Uniti.

(75)

Partijiet Amerikani sostnew li l-isplash and dash jispjega l-qabża fl-importazzjonijiet Amerikani fis-suq Komunitarju, peress li allegatament tirrappreżenta 40 % tal-importazzjonijiet Amerikani matul il-PI. Dawn il-partijiet sostnew ukoll li minħabba li l-investigazzjoni nbdiet kontra l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti, il-kwantitajiet ikkonċernati mill-isplash and dash għandhom ikunu separati mill-analiżi ta’ ħsara u ttrattati bħala importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn.

(76)

Mill-banda l-oħra l-ilmentatur argumenta li l-importazzjonijiet ta’ splash and dash, jekk kien hemm, kienu jirrappreżentaw l-iktar l-iktar 10 % tal-volumi ta’ esportazzjoni Amerikani, u għalhekk ikunu insinifikanti u mhux jalteraw is-sejbiet li kwantitajiet kbar ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti daħlu fis-suq Kmunitarju, b’mod partikolari matul il-PI.

(77)

L-investigazzjoni wriet li l-istatistika ta’ esportazzjoni Amerikana ma tippermettix li wieħed jiddistingwi bejn kwalunkwe bijodiżil esportat taħt l-allegat proċess ta’ splash and dash u l-esportaturi Amerikani l-oħrajn irreġistrati fil-kapitoli “Esportazzjonijiet” tagħhom. Fl-istess statistika ma kien hemm kważi l-ebda kwantitajiet li nstab li kienu ddikjarati taħt il-kapitolu “Esportazzjonijiet Mill-Ġdid”. L-awtoritajiet Amerikani stqarrew ukoll li l-kwantitajiet kollha fil-kapitolu “Esportazzjonijiet” tagħhom huma prodotti meqjusa li joriġinaw mill-Istati Uniti.

(78)

Barra minn hekk, ħafna mill-kumpaniji Amerikani investigati ddikjaraw li ma kienx possibbli li tiddistingwi l-kwantitajiet esportati lejn il-Komunità jew mibjugħa fis-suq domestiku bejn il-kwantitajiet prodotti jew li s-sors tagħhom kien fl-Istati Uniti u dawk esportati bil-proċess splash and dash.

(79)

Instab ukoll, fil-każ tal-kumpanijiet investigati fl-Istati Uniti li l-esportazzjonijiet kollha ta’ bijodiżil ġew iddikjarati, kemm mal-esportazzjoni mill-esportaturi Amerikani kif ukoll mal-importazzjoni mill-importaturi relatati fil-Komunità, bħala bijodiżil ta’ orġini mill-Istati Uniti.

(80)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq u wara li tqiesu, b’mod partikolari, li esportazzjonijiet splash and dash, jekk kien hemm, kienu ddikjarati bħala ta’ oriġini Amerikana u tqiesu li joriġinaw mill-Istati Uniti mill-awtoritajiet Amerikani, tqies li ma kien hemm l-ebda bażi biex jiġu ttrattati bħala importazzjonijiet mhux Amerikani.

5.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u traħħis tal-prezzijiet

5.3.1.   Il-prezz tal-bejgħ tal-unitajiet

Tabella 3

 

2004

2005

2006

2007

PI

Prezzijiet f’EUR/tunnellata

463

575

600

596

616

Indiċi 2005=100

81

100

104

104

107

Sors: Statistika ta’ esportazzjoni Amerikana u tweġibiet għall-kwestjonarju tal-esportaturi Amerikani li ħadu sehem fil-kampjun

(81)

L-istatistika ta’ esportazzjoni Amerikana ntużat ukoll intużat ukoll biex jiġu stabbiliti x-xejriet tal-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mill-Istati Uniti, b’mod partikolari għall-2007 u l-PI. Sabiex jiġi rifless il-livell tal-prezz fil-fruntiera Komunitarja, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni medji kienu aġġustati bl-ispejjeż rilevanti tat-trasport u l-assikurazzjoni. Ta’ min jinnota li għal perjodi itwal għall-perjodu analizzat, jiġifieri l-2005 u l-2006 u anke għall-2004, l-istatistika ta’ esportazzjoni Amerikana ma kinitx affidabbli għal kollox f’termini ta’ valuri ta’ bejgħ peress li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni medja kkalkulata nstabu li kienu sproporzjonament għoljin meta mqabbla mal-prezzijiet irrapportati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-prezz medju ta’ esportazzjoni Amerikana għal dawn is-snin kien ibbażat fuq it-tweġibiet tal-kwestjonarju fornuti mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fl-Istati Uniti.

(82)

Il-prezzijiet medji għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti varjaw matul il-perjodu meqjus u kumplessivament urew żieda ta’ 7 % bejn l-2005 u l-PI.

5.3.2.   Traħħis tal-prezzijiet

(83)

Għall-finijiet tal-analiżi ta’ traħħis tal-prezzijiet, il-medja b’piż differenzjat tal-prezzijiet tal-bejgħ li l-produtturi Komunitarji fil-kampjun żammew lill-klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju, aġġustati fuq livell ta’ prezzijiet tal-fabbrika, tqabblu mal-medja b’piż differenzjat tal-prezzijiet korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, stabbiliti fuq bażi ta’ CIF għall-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti fil-kampjun. Ġie applikat aġġustament kif xieraq għad-dazji doganali, l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u għad-differenzi fil-materja prima agrikola (ara l-premessa li jmiss) użata għall-produzzjoni tal-bijodiżil.

(84)

L-investigazzjoni identifikat tipi differenti tal-prodott ikkonċernat b’mod partikolari bbażat fuq il-materja prima agrikola użata fil-proċess ta’ produzzjoni. Filwaqt li l-iktar materja prima agrikola użata fil-Komunità hija ż-żerriegħa tar-rapa, il-produtturi Amerikani jużaw materji primi agrikoli oħrajn bħall-fażola tas-sojja, canola, il-palma, eċċ. Peress li l-materja prima agrikola hija l-materja prima ewlenija sew għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat tqies li għandu jingħata aġġustament għall-materja prima agrikola. L-aġġustament ġie għalhekk ikkalkulat biex jikkorrispondi għall-valur fis-suq tad-differenza bejn it-tipi rilevanti tal-prodott ikkonċernat meta mqabbel mat-tip ta’ prodotti ffabbrikati miż-żerriegħa tar-rapa. B’dan il-mod kemm il-prezzijiet ta’ bejgħ medji b’piż differenzjat tal-industrija Komunitarja kif ukoll il-prezz medju b’piż differenzjat tal-importazzjonijiet ikkonċernati tqabblu fuq bażi tal-istess materja prima agrikola, jiġifieri ż-żerriegħa tar-rapa.

(85)

Fuq il-bażi tal-metodoloġija ta’ hawn fuq, id-differenza bejn il-prezzijiet Amerikani u dawk Komunitarji, espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-fabbrika medju b’piż differenzjat, jiġifieri l-marġni tat-traħħis tal-prezzijiet, instab li tvarja minn 18,9 % sa 33,0 %.

5.4.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja

(86)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija Komunitarja inkluda valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għall-industrija Komunitarja matul il-perjodu analizzat.

5.4.1.   Il-kapaċità ta’ produzzjoni, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

Tabella 4

 

2004

2005

2006

2007

PI

Il-kapaċità ta’ produzzjoni

(tunnellati)

529 000

920 000

1 306 572

2 189 910

2 520 508

Indiċi 2005=100

58

100

142

238

274

Produzzjoni (tunnellati)

475 710

813 657

1 214 054

1 832 649

2 016 573

Indiċi 2005=100

58

100

149

225

248

L-użu tal-kapaċità

90  %

88  %

93  %

84  %

80  %

Indiċi 2005=100

102

100

106

95

91

Sors: Twegibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Komunità li għamlu parti mill-kampjun

(87)

Skont il-konsum li żdied, il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-produtturi tal-Komunità li għamlu parti mill-kampjun issoktat tiżdied tul il-perjodu analizzat. Il-kapaċità żdiedet minn 42 % bejn l-2005 u l-2006 wara żieda oħra ta’ 68 % fl-2007 u żieda oħra ta’ 15 % bejn l-2007 u l-PI. Ġiet immarkata żieda globali ta’ 174 % tul il-perjodu analizzat. Iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni rriżultat minn investimenti ġodda li saru minn qabel iż-żieda fid-domanda.

(88)

Tabilħaqq, iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni fl-industrija Komunitarja għandha tidher fl-isfond tal-mira tal-konsum tal-bijofjuwils Komunitarji u tal-fjuwils oħra li jistgħu jintużaw mill-ġdid ta’ 5,75 %, stabbilita mid-Deċiżjoni 2003/30/KE, li ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tal-kontenut tal-enerġija tal-petrol u d-diżil kollu, għall-finijiet tat-trasport, li tqiegħed fis-suq Komunitarju sal-31 ta’ Diċembru 2010. Barra minn hekk, f’Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew approva mira minima li torbot ta’ 10 % li għandha tinkiseb mill-Istati Membri għas-sehem tal-bijofjuwils fit-trasport Komunitarju globali tal-konsum tal-petrol u d-diżil sal-2020 (14). Din il-mira għandha mnejn żżid il-konsum Komunitarju tal-bijofjuwils għal madwar 33 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti taż-żejt sa dik is-sena. Il-kapaċità ta’ produzzjoni fil-Komunità kollha fl-2006 ġiet stmata għal 6 miljun tunnellata biss. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, wieħed jista’ jifhem għaliex il-produtturi Komunitarji investew fil-kapaċitajiet supplimentari minn qabel ma saret iż-żieda fid-domanda.

(89)

Il-produzzjoni ta’ prodott simili mill-industrija Komunitarja żdied kontinwament ukoll biex jilħaq żieda globali ta’ 148 % fil-perjodu analizzat.

(90)

Bħala riżultat tal-pass relattivament inqas mgħaġġel fiż-żieda tal-volumi ta’ produzzjoni meta mqabbel maż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni, l-użu tal-kapaċità tal-industrija Komunitarja naqas b’9 % tul il-perjodu analizzat.

5.4.2.   Il-volum tal-bejgħ, l-ishma mis-suq u l-prezzijiet medji tal-unitajiet fil-Komunità

Tabella 5

 

2004

2005

2006

2007

PI

Il-volumi tal-bejgħ

(tunnellati)

476 552

810 168

1 194 594

1 792 502

1 972 184

Indiċi 2005=100

59

100

147

221

243

Is-sehem mis-suq

24,6  %

25,3  %

24,0  %

27,0  %

29,8  %

Indiċi 2005=100

97

100

95

107

118

Prezzijiet medji

(EUR/tunnellata)

655

759

900

892

933

Indiċi 2005=100

86

100

119

118

123

Sors: Twegibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Komunità li ħadu sehem fil-kampjun

(91)

Skont l-iżvilupp tal-konsum, il-volum tal-bejgħ li sar mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied b’mod stabbli, b’żieda globali rreġistrata ta’ 143 % tul il-perjodu analizzat. Tul l-istess perjodu, l-industrija Komunitarja żiedet ukoll is-sehem mis-suq tagħha b’4,5 punti perċentwali.

(92)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdiedu bi 23 % tul il-perjodu analizzat. Iż-żieda fil-prezzijiet kienet ġustifikata fid-dawl taż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima u ta’ dħul ieħor.

5.4.3.   It-tkabbir

(93)

It-tkabbir tal-industrija Komunitarja ġie rifless fl-indikaturi tal-volum tagħha bħall-produzzjoni, il-bejgħ iżda, b’mod partikolari, fis-sehem tagħha mis-suq. Minkejja konsum li qiegħed jiżdied f’daqqa fis-suq Komunitarju tul il-perjodu analizzat, it-tkabbir fis-sehem mis-suq tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun kien relattivament modest. B’mod partikolari bejn l-2006 u l-PI, il-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun ħadu biss 5,8 punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Fl-istess żmien, l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping irnexxielhom jiksbu aktar minn 16-il punt perċentwali tas-sehem mis-suq. Il-fatt li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mit-tkabbir tas-suq kellu impatt globali negattiv fuq il-qagħda ekonomika tiegħu. Bosta fatturi ta’ ħsara bħall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità ta’ produzzjoni, il-produttività, il-bejgħ, il-politika tal-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, ġew affettwati ħażin ħafna.

5.4.4.   Ħażniet

Tabella 6

 

2004

2005

2006

2007

PI

Ħażniet

(tunnellati)

11 195

14 663

34 123

55 410

58 566

Indiċi 2005=100

76

100

233

378

399

Sors: Twegibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Komunità li ħadu sehem fil-kampjun

(94)

Tul il-perjodu analizzat, il-ħażniet tal-bijodiżil żdiedu b’madwar 200 %. Dan it-tkabbir fl-inventarji sar tul il-perjodu analizzat u segwa b’mod aktar immarkat it-tkabbir fil-volumi tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja tul l-istess perjodu. Madankollu, tqies li minħabba li l-bijodiżil għandu jinħażen għal perjodu ta’ żmien li jaqbeż is-6 xhur (fuq medja, il-perjodu ta’ ħażna hu biss madwar tliet xhur) id-dejta li għandha x’taqsam mal-ħażniet għandha biss valur limitat biex tevalwa l-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja.

5.4.5.   Il-profittabilità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-likwidità u l-ħila li jinġabar kapital.

Tabella 7

 

2004

2005

2006

2007

PI

Il-profittabilità

9,3  %

18,3  %

18,0  %

5,7  %

5,7  %

Indiċi 2005=100

51

100

98

31

31

Investimenti f’EUR 000

19 497

70 885

237 115

140 014

131 358

Indiċi 2005=100

28

100

335

198

185

Ir-redditu mill-investimenti

92  %

114  %

108  %

23  %

23  %

Indiċi 2005=100

81

100

95

20

20

Likwidità f’EUR 000

24 113

131 211

213 560

167 042

180 602

Indiċi 2005=100

18

100

163

127

138

Sors: Twegibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Komunità li ħadu sehem fil-kampjun

(95)

Il-profittabilità tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun ġiet stabbilita billi l-qligħ nett tal-bejgħ tal-prodott simili qabel it-taxxa ġie espress bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Tul il-perjodu analizzat il-profittabilità tal-produtturi tal-Komunità li ħadu sehem fil-kampjun kellha tnaqqis fil-qligħ minn 18,3 % fl-2005 għal 5,7 % fil-PI. Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 12,6 punti perċentwali tul il-perjodu analizzat.

(96)

Il-livell ta’ investimenti fil-produzzjoni tal-bijodiżil li sar mill-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun żdied minn 235 % bejn l-2005 u l-2006. Din iż-żieda għandha x’taqsam mat-tkabbir tal-kapaċità ta’ produzzjoni minn qabel ma jkun hemm żieda fid-domanda fil-Komunità. F’dan ir-rigward, ġie osservat li f’bosta każijiet, l-investimenti huma ppjanati għal mill-inqas sentejn qabel impjant tal-bijodiżil jibda jaħdem bis-sħiħ. L-istess produtturi ssoktaw jinvestu fl-2007 u l-PI iżda b’pass ħafna aktar bil-mod. Dan il-perjodu jaħbat maż-żieda tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fis-suq Komunitarju.

(97)

Ir-redditu fuq l-investiment tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun, li wera r-riżultat ta’ qabel it-taxxa tagħhom bħala perċentwal tal-valur nett deprezzat medju tal-ftuħ u tal-għeluq tal-assi użati fil-produzzjoni tal-bijodiżil wara tendenza negattiva fil-profittabbiltà. Madankollu, it-tnaqqis attwali kien aktar drammatiku peress li naqas b’91 punt perċentwali tul il-perjodu analizzat. Huwa meqjus li d-deterjorament tar-redditu fuq l-investimenti hi indikazzjoni ċara tad-deterjorament tal-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja.

(98)

Ix-xejra tal-likwidità, li hija l-abilità tal-industrija ta’ awtofinanzjament tal-attivitajiet tagħha, tirrifletti żieda ta’ 38 % tul il-perjodu analizzat. Minkejja t-tnaqqis fil-profittabbiltà tul l-istess perjodu, dan l-indikatur juri tendenza pożittiva kkaġunata b’mod partikolari miż-żieda fil-prezzijiet ta’ deprezzament li huma inklużi biex jiġi stabbilit il-livell tal-likwidità. Raġuni oħra kienet li t-tnaqqis fil-qligħ f’termini assoluti, tul il-perjodu meqjus ma kienx daqshekk kbir daqs it-tnaqqis fil-fatturat. Madankollu, bejn l-2006 u l-PI, il-likwidità wriet tnaqqis ta’ 15 % li tfisser xejra ’l isfel fl-aħħar parti tal-perjodu analizzat meta kien hemm aktar importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fis-suq Komunitarju.

5.4.6.   L-impjiegi, il-produttività u l-pagi

Tabella 8

 

2004

2005

2006

2007

PI

Impjiegi – Ekwivalenti full-time (EFT)

61

182

278

462

506

Indiċi 2005=100

34

100

153

254

278

Produttività (tunnellati/EFT)

7 798

4 470

4 367

3 967

3 985

Indiċi 2005=100

174

100

98

89

89

Pagi EUR/EFT

62 374

59 395

54 290

55 433

55 555

Indiċi 2005=100

105

100

91

93

94

Sors: Twegibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Komunità li ħadu sehem fil-kampjun

(99)

Skont iż-żieda fil-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ, l-impjiegi tal-industrija Komunitarja żdiedu b’178 % tul il-perjodu analizzat. Ġie osservat li l-industrija tal-bijodiżil hi industrija mimlija kapital li ma teħtieġx forza tax-xogħol kbira fil-proċess ta’ produzzjoni.

(100)

Il-pagi medji naqsu b’6 % tul il-perjodu analizzat. Dan hu spjegat bil-fatt li l-forza tax-xogħol supplimentari li ġiet impjegata mill-industrija Komunitarja għat-tkabbir tal-produzzjoni lejn l-aħħar tal-perjodu analizzat ħtieġet inqas kwalifiki.

(101)

Il-produttività naqset bi 11 % bejn l-2005 u l-PI.

5.4.7.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping attwali u l-irkupru mid-dumping ta’ qabel

(102)

Il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti ġew speċifikati aktar ’il fuq fit-taqsima dwar id-dumping u huma ferm aktar minn de minimis. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġni effettiv tad-dumping ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

5.4.8.   Il-produtturi fil-Komunità li ma ġewx inklużi fil-kampjun

(103)

L-analiżi tad-dejta li għandha x’taqsam mas-suq Komunitarju ssuġġeriet li l-produtturi Komunitarji għajr dawk inklużi fil-kampjun u dawk imsemmija fil-premessa (60) tilfu ħafna mis-sehem mis-suq tul il-perjodu analizzat fuq il-bejgħ tal-bijodiżil prodott minnhom fis-suq Komunitarju. It-telf tas-sehem mis-suq minn dawn il-produtturi ġie stmat għal aktar minn 20 punti perċentwali tul il-perjodu analizzat.

(104)

Mit-tagħrif ipprovdut mill-ilmentatur, deher li bosta minn dawn il-kumpaniji jew waqqfu jew naqqsu l-attività tal-bijodiżil tagħhom u ma kinux kapaċi jikkooperaw b’mod xieraq mal-investigazzjoni.

(105)

Barra minn hekk, għadd ta’ kumpaniji li ppreżentaw tagħrif fil-qafas tal-eżerċizzju tal-kampjun indikaw li kellhom inaqqsu l-produzzjoni u l-persunal fid-dawl tal-importazzjonijiet irħas mill-Istati Uniti. Saru kummenti simili minn produtturi oħrajn li kienu lesti li jibdew il-produzzjoni iżda li kellhom idewmu d-dħul tagħhom fis-suq minħabba ż-żieda tal-importazzjonijiet irħas mill-Istati Uniti, b’mod partikolari tul il-PI.

(106)

Id-dejta li tinsab hawn fuq rigward il-produtturi li ma ġewx inklużi fil-kampjun għandha mnejn issaħħaħ il-konklużjonijiet rigward il-ħsara li sofrew il-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun.

5.5.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(107)

Fil-kuntest ta’ domanda dejjem akbar, l-investigazzjoni wriet li l-qagħda tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun tjiebet rigward indikaturi ta’ volum bħall-produzzjoni (+ 150 %), il-kapaċità ta’ produzzjoni (+ 174 %), u l-volum tal-bejgħ (+ 143 %) tul il-perjodu analizzat. Il-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun żiedu wkoll is-sehem mis-suq tagħhom minn 25,3 % fl-2005 għal 29,8 % tul il-PI, jiġifieri żieda modesta ta’ 4,5 punti perċentwali. L-impjiegi u l-investimenti żdiedu wkoll fid-dawl tad-domanda li kienet qiegħda tiżdied għall-bijodiżil fis-suq Komunitarju tul dak il-perjodu. Madankollu, peress li l-volum tal-produzzjoni ma segwiex it-tkabbir tas-suq, l-użu tal-kapaċità ta’ produzzjoni naqas b’9 % u l-produttività naqset bi 11 % tul il-perjodu analizzat.

(108)

L-indikaturi ewlenin li jikkonċernaw il-qagħda finanzjarja tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun marru għall-agħar tul il-perjodu analizzat. Il-profittabbiltà naqset minn madwar 18 % fl-2005 u l-2006 għal inqas minn 6 % tul il-PI. Minkejja l-ħila tagħhom ta’ awtofinanzjament tal-attivitajiet tagħhom, b’mod partikolari minħabba ż-żieda fil-likwidità, ir-redditu fuq l-investimenti naqas b’mod drammatiku bi 80 % tul il-PI.

(109)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun ġarrbu tnaqqis f’daqqa fl-ispejjeż tagħhom bejn l-2005 u l-2007 (+ 36 %) u bejn l-2005 u l-PI (+ 42 %), minħabba f’żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima agrikola (b’mod partikolari għaż-żejt taż-żerriegħa tar-rapa u tal-fażola tas-sojja), li jirrappreżentaw daqs 80 % tal-ispejjeż sħaħ tal-bijodiżil. Dawn iż-żidiet fl-ispejjeż ma setgħux jingħataw bis-sħiħ lill-klijenti fis-suq Komunitarju.

(110)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, jista’jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja bħala entità sħiħa batiet ħsara materjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

6.   KAWŻALITÀ

6.1.   Introduzzjoni

(111)

Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fl-Istati Uniti kkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja sa tali punt li tippermettilha li tiġi kklassifikata bħala materjali. Fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin setgħu kienu qed jagħmlu ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

6.2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(112)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet irħas li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti żdiedu b’mod sinifikanti f’termini ta’ volum, b’mod partikolari b’100 darba, tul il-perjodu analizzat. Dan irriżulta f’żieda sinifikanti fis-sehem mis-suq tagħhom b’16,8 punti perċentwali minn 0,4 % fl-2005 għal 17,2 % fil-PI. Sabiex jintwera l-impatt sinifikanti li ż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti kellha fuq il-Komunità, ġie osservat li nkisbet żieda fis-sehem mis-suq ta’ 16,8 punti perċentwali fi ħdan perjodu ta’ 15-il xahar.

(113)

Fl-istess żmien, minkejja ż-żieda sinifikanti fil-konsum, l-industrija Komunitarja, fis-suq ewlieni tagħha, kienet biss kapaċi tikseb madwar 4,5 punti perċentwali tas-sehem mis-suq tul il-perjodu analizzat. L-investigazzjoni wriet li dan kien esklussivament b’detriment tal-produtturi Komunitarji oħrajn li waqfu jipproduċu jew naqsu l-produzzjoni tul il-perjodu analizzat.

(114)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping żdied b’7 % bejn l-2005 u l-PI, iżda madankollu kien konsiderevolment inqas minn dawk tal-industrija Komunitarja matul l-istess perjodu. B’hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping raħħsu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja b’marġni ta’ tnaqqis medju ta’ 25 % tul il-PI.

(115)

Il-pressjoni eżerċitata miż-żieda tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx fis-suq Komunitarju ma kinitx tippermetti lill-industrija Komunitarja biex tistabbilixxi l-prezzijiet ta’ bejgħ tagħha skont il-kondizzjonijiet tas-suq u ż-żieda fl-ispejjeż. Tabilħaqq, fil-PI, il-prezzijiet medji tal-materja prima agrikola użata mill-industrija Komunitarja biex jipproduċu l-bijodiżil, kienu 25 % ogħla milli fl-2006. L-industrija Komunitarja setgħet biss tgħaddi lill-kosumaturi tagħha żieda fil-prezz limitata għal 4 % filwaqt li l-ispejjeż sħaħ tagħha żdiedu b’20 % tul l-istess perjodu. Ta’ min wieħed jinnota li l-prezz tal-materja prima agrikola ewlenija użata mill-produtturi tal-Istati Uniti, b’mod partikolari ż-żejt tal-fażola tas-sojja, żdied ukoll b’mod sinifikanti tul l-istess perjodu. Madankollu, kif jidher fil-premessa (109) hawn fuq, dawn iż-żidiet fl-ispejjeż ma ġewx riflessi fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(116)

Sabiex tintwera aktar ir-rabta kawżali bejn iż-żieda tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-Istati Uniti u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja, il-qagħda fis-suq Komunitarju fil-perjodu mill-2005 sal-2006, meta l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ma kinux preżenti, tqabblet mal-qagħda dominanti fis-suq bejn l-2006 sal-PI, meta seħħet iż-żieda tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx.

(117)

Fil-perjodu bejn l-2005 u l-2006, meta ma kienx hemm importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mis-suq Komunitarju, il-konsum żdied b’madwar 1,8 miljun tunnellata. Il-produtturi kollha fil-Komunità jistgħu jħejju l-pjanijiet ta’ negozju tagħhom fid-dawl ta’ suq b’saħħtu u li qiegħed jikber malajr. F’dak il-perjodu, il-prezzijiet żdiedu b’19 % u l-industrija Komunitarja kisbet qligħ ta’ sa 18,3 %. Fl-2007 u tul il-PI, il-qagħda nbidlet b’mod drammatiku. Importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-Istati Uniti bdew jidħlu fis-suq. Għalkemm is-suq issokta jikber b’1,6 miljun tunnellata, ħafna minn din iż-żieda tas-suq (’il fuq minn miljun tunnellata) ittieħdet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti. L-industrija Komunitarja żiedet biss bi ftit is-sehem tagħha fis-suq. L-ispejjeż ewlenin sabiex tipproduċi l-bijodiżil żdiedu b’mod sinifikanti b’madwar 25 % iżda l-prezz tal-bejgħ medju tagħha żdied biss b’madwar 4 % tul l-istess perjodu. Għaldaqstant, il-qagħda ekonomika u finanzjarja globali tagħha marret għall-agħar tul il-PI peress li l-qligħ naqas b’mod sinifikanti għal inqas minn 6 % tal-fatturat.

(118)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx, li raħħsu b’mod sostanzjali l-prezz tal-industrija tal-Komunità matul il-PI u li żdiedu drastikament fil-volum, kellhom rwol determinanti fil-ħsara materjali li sofriet l-industrija Komunitarja, li huwa rifless b’mod partikolari fid-deterjorament tal-qagħda finanzjarja tul il-PI.

6.3.   Effett ta’ fatturi oħra

6.3.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Tabella 9

Pajjiżi terzi oħra

2004

2005

2006

2007

PI

L-importazzjoni totali

(tunnellati)

0

30 000

55 000

144 596

147 812

Indiċi

0

100

183

482

493

Is-sehem mis-suq

0  %

0,9  %

1,1  %

2,2  %

2,2  %

Indiċi 2005=100

0

100

122

244

244

Sors: Tagħrif ipprovdut mill-ilmentatur

(119)

Il-volumi ta’ importazzjoni mill-pajjiżi terzi ma setgħux jiġu vvalutati b’mod preċiż fl-investigazzjoni għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (69) hawn fuq. B’hekk, id-data tat-tabella hawn fuq tissejjes fuq l-istimi pprovduti mill-ilmentatur.

(120)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi mhux ikkonċernati minn din l-investigazzjoni żdiedu minn madwar 30 000 tunnellata fl-2005 għal 147 812 tunnellata tul il-PI. Dan irriżulta minn żieda fis-sehem mis-suq moderat ta’ 1,3 punti perċentwali tul l-istess perjodu. Għalhekk ġie konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għamlu ftit li xejn ħsara lill-industrija Komunitarja.

6.3.2.   L-iżvilupp tad-domanda

(121)

Fid-dawl tat-tkabbir sinifikanti fid-domanda tul il-perjodu meqjus u l-perjodu analizzat, it-tort tal-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja tul il-PI ma jistax jingħata lit-tnaqqis minimu fid-domanda (- 0,5 %) osservat fis-suq Komunitarju bejn l-2007 u l-PI.

6.3.3.   Deċiżjonijiet tal-Politika Pubblika

(122)

Parti kkonċernata allegat li d-dħul mill-ġdid tat-taxxi fuq l-enerġija fil-Ġermanja għall-bijodiżil (15), kellu mnejn influwenza ħażin il-qagħda ekonomika tal-produtturi Komunitarji li fornew lil dak l-Istat Membru partikolari.

(123)

L-investigazzjoni wriet li tassew li l-bijofjuwils puri użati fil-Ġermanja bbenefikaw minn inċentiva tat-taxxa mill-1999 li naqset mill-1 ta’ Awwissu 2006. Madankollu, fl-1 ta’ Jannar 2007, iddaħħal rekwiżit mandatorju għat-taħlit (16) li jiffissa l-kwota tal-bijodiżil għal 4,4 % kkalkulat fuq il-bażi tal-kontenut tal-enerġija tal-petrol u d-diżil kollu mqiegħed fuq is-suq tal-Ġermanja għall-finijiet tat-trasport. L-operaturi li ma jirnexxilhomx jissodisfaw din il-kwota għandhom iħallsu piena ta’ EUR 0,60 għal kull litru ta’ bijodiżil li minħabba fih ma jissodisfawx il-kwota. Fil-biċċa l-kbira, dan ir-rekwiżit mandatorju ta’ taħlit jidher li kkumpensa għat-telf allegat tal-bejgħ u li kkontrobilanċja t-tnaqqis fl-inċentivi. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-volumi tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun li jfornu lis-suq Ġermaniż żdiedu bi 68 % bejn l-2006 u l-PI.

(124)

Imsejjes fuq dak li ntqal hawn fuq, tqies li deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi fil-Komunità ma jistgħux ikisru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara materjali li sofriet l-industrija Komunitarja.

6.3.4.   Kapaċità ta’ produzzjoni wieqfa tal-produtturi Komunitarji

(125)

Parti kkonċernata allegat li, imħeġġa mill-miżuri politiċi pubbliċi li jippromwovu l-produzzjoni tal-bijodiżil, bosta kumpaniji fil-Komunità ddeċidew li jinvestu fil-kapaċitajiet ta’ produzzjoni li jeżistu li qegħdin jikbru u f’impjanti ġodda. Dik il-parti allegat li l-kapaċità ta’ produzzjoni għall-bijodiżil fil-Komunità kienet għolja daqs 11,5 miljun tunnellata tul il-PI. Il-parti kompliet tallega li, peress li l-iżvilupp tal-konsum ma ssodisfax l-istennijiet, parti sinifikanti tal-kapaċità ta’ produzzjoni baqgħet wieqfa u kellha mnejn tibqa’ wieqfa anke mingħajr l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti. Għaldaqstant, l-ispejjeż relattivi fissi kellhom effett negattiv fuq il-profittabbiltà kif ukoll fuq ir-redditu mill-investiment u l-likwidità tal-produtturi Komunitarji.

(126)

F’dan ir-rigward, ġie osservat li l-investigazzjoni ffokat fuq il-qagħda tal-produtturi Komunitarji. Għalkemm huwa fatt li l-kapaċità ta’ produzzjoni tal-industrija Komunitarja żdiedet (+ 189 %) relattivament aktar mid-domanda (+ 106 %), ta’ min wieħed jinnota li l-kawżi ewlenin tal-ispejjeż fil-produzzjoni tal-bijodiżil huma l-ispejjeż varjabbli. Tabilħaqq, kif imsemmi fil-premessa (109) hawn fuq, il-materja prima għall-produzzjoni tal-bijodiżil tirrappreżenta 80 % tal-ispejjeż sħaħ. Aktar eżamijiet ta’ din l-allegazzjoni wrew li s-sehem tal-ispejjeż fissi fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-bijodiżil jirrappreżentaw biss 6 % tal-ispejjeż globali. B’hekk, kwalunkwe impatt allegat taż-żieda tal-ispejjeż fissi, bħala riżultat tal-kapaċità li mhix użata, ma jistax jispjega d-deterjorament sinifikanti fil-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja tul il-PI.

(127)

Barra minn hekk, ta’ min wieħed jinnota li kif indikat fit-tabella 4 ta’ hawn fuq, ir-rata tal-użu tal-kapaċità tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun kienet ta’ 80 % tul il-PI. B’hekk, il-kapaċità żejda allegata fil-Komunità ma kinitx mixhuda fil-każ tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun

(128)

Imsejjes fuq dak li ntqal hawn fuq, tqies li kwalunkwe impatt negattiv li l-kapaċità ta’ produzzjoni wieqfa setgħet kellha fuq l-industrija Komunitarja ma kinitx tali li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara li sofriet l-industrija Komunitarja.

6.3.5.   Domanda akbar għall-materja prima agrikola u l-prezzijiet li qegħdin jiżdiedu

(129)

Parti interessata sostniet li ż-żieda fid-domanda għaż-żerriegħa tar-rapa u ż-żejt taż-żerriegħa tar-rapa wassal għal prezzijiet għoljin tal-materja prima fil-Komunità. Il-fatt li l-produtturi Komunitarji jiddependu fuq iż-żejt taż-żerriegħa tar-rapa bħala materja prima ewlenija jista’ jispjega għaliex huma sofrew aktar minn produtturi oħra li użaw żjut veġetali bħaż-żejt tal-fażola tas-sojja jew iż-żejt tal-palm biex jipproduċu l-bijodiżil.

(130)

L-ewwel nett ġie nnotat li l-investigazzjoni kixfet li l-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun ma kinux qegħdin jiddependu biss fuq iż-żejt taż-żerriegħa tar-rapa għall-produzzjoni tagħhom tal-bijodiżil iżda wkoll fuq iż-żjut veġetali (tal-fażola tas-sojja, tal-palm u tal-ġirasol) u ġieli fuq ix-xaħam tal-annimali.

(131)

Barra minn hekk, ġie tabilħaqq rikonoxxut fil-premessa (109) hawn fuq li l-industrija Komunitarja ħabtet wiċċha ma’ żieda sinifikanti fl-ispejjeż tal-materja prima tagħha (materja prima agrikola) tul il-perjodu analizzat. Madankollu, wieħed għandu jara dan l-iżvilupp fid-dawl ta’ żieda ġenerali fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli mad-dinja kollha u ġie nnotat f’dan ir-rigward li ż-żieda fil-prezz taż-żejt tal-fażola tas-sojja (il-materja prima agrikola ewlenija użata mill-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat) kienet aktar immarkata tul l-istess perjodu. B’hekk, it-tipi kollha tal-bijodiżil ġew affettwati miż-żieda fil-prezz tal-materja prima agrikola.

(132)

F’suq immexxi mill-kompetizzjoni effettiva, għandu jiġi mistenni li l-produtturi jirnexxilhom jirkupraw lura ż-żieda fl-ispejjeż u jgħadduha lis-suq. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-pressjoni eżerċitata miż-żieda tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx fis-suq Komunitarju ma kinitx tippermetti lill-produtturi Komunitarji biex jistabbilixxu l-prezzijiet ta’ bejgħ tagħhom skont il-kondizzjonijiet tas-suq u ż-żieda fl-ispejjeż. Kif imsemmi, anke l-materja prima agrikola ewlenija użata mill-produtturi tal-Istati Uniti, b’mod partikolari ż-żejt tal-fażola tas-sojja, żdiedet ukoll b’mod sinifikanti tul il-perjodu analizzat. Madankollu, dawn iż-żidiet fl-ispejjeż fl-Istati Uniti ma ġewx riflessi fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fis-suq Komunitarju.

(133)

F’dan l-isfond iż-żieda fil-prezz tal-materja prima ma tistax tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

6.3.6.   Żvilupp fil-prezz tad-diżil minerali

(134)

Parti interessata argumentat li minħabba l-korrelazzjoni qawwija bejn il-prezzijiet tad-diżil minerali u l-prezzijiet tal-bijodiżil, iż-żieda fil-prezzijiet tal-bijodiżil, li kienet akbar miż-żieda tal-prezzijiet tad-diżil minerali, b’mod partikolari fil-Ġermanja, kellha mnejn tikkawża tnaqqis fil-bejgħ għall-produtturi li jfornu s-suq ta’ dan l-Istat Membru.

(135)

L-ewwel nett ġie osservat li l-parti kkonċernata ma pprovdiet l-ebda tagħrif biex tissostanzja din l-allegazzjoni. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie ssuġġeriet minn din il-parti, l-investigazzjoni kixfet li l-industrija Komunitarja żiedet il-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha tul il-perjodu analizzat. Barra minn hekk, peress li l-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat huma kkwotati fuq bażi tad-dinja kollha, il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat kellu jkun affettwat bl-istess mod bħall-bejgħ tal-bijodiżil prodott fil-Komunità.

(136)

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, dan l-argument kellu jiġi rrifjutat.

6.3.7.   L-importazzjoni tal-lok tal-impjanti tal-bijodiżil fil-Komunità

(137)

Parti interessata sostniet li l-lok ta’ kwalunkwe produttur tal-bijodiżil jkun element importanti f’termini ta’ kompetittività u juża l-Ġermanja bħala eżempju biex juri li l-postijiet imdawrin bl-art tal-produtturi tal-bijodiżil ikollhom iġarrbu spejjeż ta’ trasport għoljin peress li l-klijenti l-kbar kollha, b’mod partikolari r-raffineriji u l-faċilitajiet ta’ taħlit tagħhom jinsabu max-xatt.

(138)

L-investigazzjoni wriet li huwa biss għadd żgħir tal-produtturi tal-industrija Komunitarja li jinsabu f’postijiet imdawrin bl-art. Barra minn hekk, għal ċerti minn dawn il-produtturi nstab li r-raffinaeriji eżistew ukoll f’postijiet imdawrin bil-baħar qrib ta’ dawn il-produtturi. Għall-oħrajn, l-investigazzjoni żvelat li kwalunkwe żvantaġġ għall-produtturi tal-bijodiżil li jinsabu f’postijiet imdawrin bl-art għall-fatt li jinsabu ’l bogħod mill-klijenti tagħhom (min iħallat, raffineriji) kien ikkumpensat mill-fatt li jinsabu qrib imtieħen li jfarrku u/jew fornituri tal-materja prima agrikola.

(139)

Fuq il-bażi ta’ li ntqal hawn fuq, l-allegazzjoni li l-lok tal-impjant f’postijiet imdawrin bil-baħar qiegħed jikkawża ħsara materjali lill-industrija Komunitarja ġiet miċħuda

6.3.8.   Produtturi relatati mal-esportaturi tal-Istati Uniti

(140)

Għandu jiġi osservat li l-impatt tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti mit-tliet kumpaniji msemmija fil-premessa (60) kien ikkunsidrat fl-analiżi tal-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti magħmula fil-premessi (112) sa (118) hawn fuq. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-bejgħ tagħhom tal-bijodiżil prodott minnhom, l-investigazzjoni ma ppuntatx lejn il-prezzijiet jew imġiba differenti minn dak tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun, b’mod partikolari tul il-PI.

6.4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(141)

L-analiżi msemmija hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw mill-Istati Uniti bejn l-2005 u l-PI. Fl-istess ħin, instab li dawn l-importazzjonijiet kienu qegħdin iraħħsu b’mod sinfikanti l-prezz tal-industrija Komunitarja tul il-PI.

(142)

Is-sejbiet varji tal-investigazzjoni u l-analiżi li twettqet, għall-perjodu 2005 u 2006 meta mqabbel mal-perjodu 2007 sal-PI, urew li kien hemm koinċidenza ċara fil-ħin bejn iż-żieda tal-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Istati Uniti u d-deterjorament sinifikanti tal-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja, b’mod partikolari tul il-PI.

(143)

Skont l-analiżi msemmija hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar il-qagħda tal-industrija Komunitarja mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti kkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

7.   INTERESS KOMUNITARJU

7.1.   Kumment preliminari

(144)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Komunità eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar id-dumping li huwa ta’ ħsara, kinux jeżistu raġunijiet kompulsivi li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li tadotta miżuri f’dan il-każ partikolari. Id-determinazzjoni tal-interess Komunitarju kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija Komunitarja, l-importaturi, il-fornituri tal-materja prima, u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

7.2.   Interess tal-industrija Komunitarja

7.2.1.   L-effetti tal-miżuri imposti jew mhux imposti ta’ miżuri fuq l-industrija Komunitarja

(145)

Kif issemma aktar ’il fuq, l-industrija Komunitarja batiet minn ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mill-Istati Uniti. Jekk ma jitteħdux miżuri, dan wisq probabbli jwassal għall-issoktar tax-xejra negattiva tal-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja. Il-qagħda tal-industrija Komunitarja kienet partikolarment immarkata minn tnaqqis fil-profittabilità ta’ 12,6 punti perċentwali bejn l-2005 u l-PI minħabba żidiet mhux biżżejjed fil-prezz. Tabilħaqq, fid-dawl tax-xejra ’l isfel fil-profittabilità, x’aktarx li l-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja se tmur aktar għall-agħar fin-nuqqas ta’ miżuri. Dan fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal tnaqqis fil-produzzjoni u għeluq tal-postijiet tal-produzzjoni, li għalhekk jheddu l-impjiegi u l-investimenti fil-Komunità.

(146)

Jitqies li l-impożizzjoni tal-miżuri għandha terġa’ ġġib il-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Għandu jiġi nnotat li x-xejra ’l isfel fil-profittabilità tal-industrija Komunitarja hija r-riżultat tad-diffikultà li għandha biex tikkompeti mal-importazzjonijiet li kienu l-oġġetti ta’ dumping, bi prezzijiet baxxi li joriġinaw mill-Istati Uniti. L-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping x’aktarx tqiegħed lill-industrija Komunitarja fil-pożizzjoni li żżomm il-profittabilità tagħha fuq livelli meqjusa meħtieġa għal din l-industrija b’kapital intensiv.

(147)

Fl-aħħar nett, huwa mistenni li l-miżuri jkunu effettivi biex jagħtu lill-industrija Komunitarja l-opportunità li tirkupra mid-dumping dannuż li nstab matul l-investigazzjoni.

7.3.   L-interess ta’ importaturi/negozjanti fil-Komunità li ma għandhomx x’jaqsmu

(148)

Mal-bidu tal-investigazzjoni ġew ikkuntattjati madwar 25 importatur/negozjant fil-Komunità li ma għandhomx x’jaqsmu. Madankollu, ma waslet ebda kooperazzjoni minn dawn il-partijiet.

(149)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, ma kienx provviżorjament possibbli li jiġi evalwat b’mod preċiż l-impatt possibbli tal-miżuri fuq l-impurtaturi.

7.4.   Interess tal-utenti

(150)

Il-kumpaniji utenti magħrufa kollha involuti fil-produzzjoni u t-tqassim tad-diżil minerali, u involuti wkoll fit-taħlit obbligatorju tad-diżil minerali mal-bijodiżil ġew ikkuntattjati u ntbagħtulhom kwestjonarji malli bdiet l-investigazzjoni.

(151)

Kienet kumpanija utenti waħda biss li kkooperat. Dan l-utent ressaq it-tweġiba tal-kwestjonarju tiegħu fejn iddikjara li hu favur li l-flussi ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Istati Uniti jitwaqqfu, peress li joħolqu distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni fil-Komunità li jikkawżaw ħsara lill-kumpaniji responsabbli mill-manifattura u l-bejgħ tad-diżil, peress li ċerti kompetituri li ma jrażżnux rwieħhom milli jixtru dan il-prodott bi prezz baxx għandhom vantaġġ ta’ kompetizzjoni inġusta meta mqabbla ma’ dawk li jrażżnu ruħhom milli jagħmlu dan. Il-kumpanija utent sostniet ukoll li l-miżuri għandhom mnejn jippermettu l-bidu mill-ġdid tal-fabbriki tal-produzzjoni tal-esteri (b’mod partikolari l-Ġermanja) u/jew se jippermettu li jissoktaw proġetti li joħolqu fabbriki ta’ esterifikazzjoni ġodda fil-Komunità. Peress li l-ester Ewropew hu magħmul tradizzjonalment miż-żerriegħa tar-rapa (materja prima ta’ kwalità aħjar milli l-palma jew is-sojja użati għall-produzzjoni ta’ B99), iż-żieda fl-għadd ta’ produtturi fl-Ewropa għalhekk tfisser aktar prodotti ta’ kwalità aħjar li jwasslu għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-esteri, għall-benefiċċju aħħari tal-konsumatur.

(152)

Assoċjazzjoni tal-utent, li tirrappreżenta l-interess tal-Baħħara fi Stat Membru sostniet li l-impożizzjoni ta’ miżuri jista’ jkollha effett negattiv fuq l-attività tal-membri tagħha. Ġie allegat li d-diżil hu responsabbli għal minn 20 sa 25 % tal-ispejjeż tas-settur tat-trasport u li minħabba l-profittabbiltà baxxa tas-settur (0-5 %), il-prezz tad-diżil hu determinanti għas-sopravivenza ta’ eluf ta’ kumpaniji. Madankollu, dawn l-allegazzjonijiet ma jistgħux jiġu verifikati peress li ma waslu l-ebda tweġibiet għall-kwestjonarji tal-utenti minn membri individwali tal-assoċjazzjoni kkonċernata.

(153)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, kien proviżorjament konkluż li, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta, l-effett tal-miżuri anti-dumping jidhru li kienu mħallta u b’hekk ma saru l-ebda konklużjonijiet ċari rigward l-eżistenza ta’ raġunijiet b’saħħithom, fl-interess tal-utenti sabiex ma jadottawx miżuri f’dan il-każ partikolari.

7.5.   L-interess tal-fornituri tal-materja prima

(154)

Sitt fornituri wieġbu għall-kwestjonarju. Erbgħa sostnew l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping billi ressqu li, jekk il-miżuri anti-dumping ma kinux se jiġu imposti, il-preżenza fit-tul tal-industrija Komunitarja kienet se titqiegħed f’riskju. Jekk dan iseħħ, ikun hemm impatt negattiv ċar fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

(155)

Tnejn oħra li kienu relatati ma’ produtturi li jesportaw il-bijodiżil fl-Istati Uniti, ressqu li miżuri possibbli ma kinux se jkunu ta’ impatt sinifikanti peress li kienu se jirriżultaw f’bidla fil-flussi tal-kummerċ (bidla lejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi li mhumiex koperti mill-miżuri).

(156)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri kien se jkollha effett pożittiv fuq il-qagħda tal-fornituri tal-materja prima.

7.6.   Kompetizzjoni u effetti li jfixklu l-kummerċ

(157)

Parti interessata allegat inkoerenza ta’ dan il-proċediment mad-deċiżjonijiet tal-politika internazzjonali u Komunitarja biex tippromwovi l-produzzjoni u l-bejgħ tal-bijofjuwils relatati mal-ħarsien tal-ambjent u tnaqqis fid-dipendenza mill-fjuwils minerali.

(158)

F’dan ir-rigward, ġie osservat li l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku jeħtieġ li jingħataw kunsiderazzjonijiet speċjali biex jinqerdu l-effetti li jgħawġu l-kummerċ ta’ dumping dannuż u biex tiġi restawrata l-kompetizzjoni effettiva. F’dan l-isfond, ma jistgħux jitqiesu l-konsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-ħarsien ambjentali u l-forniment ta’ diżil minerali fl-analiżi u fl-istess waqt ma jistgħux jiġġustifikaw prassi ta’ kummerċ inġusti.

(159)

Rigward is-suq Komunitarju, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, il-produtturi li jesportaw tal-Istati Uniti kkonċernati, meta jitqiesu l-pożizzjonijiet b’saħħithom li għandhom fis-suq, probabbilment se jkomplu jbigħu l-prodotti tagħhom, għalkemm bi prezzijiet li ma kinux l-oġġett ta’ dumping. Huwa probabbli wkoll li xorta se jkun hemm numru biżżejjed ta’ kompetituri ewlenin fis-suq Komunitarju, b’mod partikolari l-produtturi Komunitarji li waqqfu temporanjament il-produzzjoni u oħrajn li ma kinux kapaċi jniedu l-attivitajiet ta’ produzzjoni tagħhom minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għandu jkun innotat f’dan ir-rigward li, fil-bidu tal-perjodu analizzat, il-bejgħ mill-produtturi Komunitarji li ma kinux rappreżentati f’din l-investigazzjoni ammontaw għal mill-inqas 30 % mis-suq Komunitarju u dan is-sehem naqas sostanzjalment minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti. Għalhekk, huwa probabbli li l-utenti se jkomplu jkollhom l-għażla ta’ fornituri differenti tal-bijodiżil. Jekk, madankollu, ma tkun imposta l-ebda miżura, il-ġejjieni tal-industrija Komunitarja jkun fil-periklu. L-għibien tagħha jnaqqas bil-kbir il-kompetizzjoni fis-suq Komunitarju.

7.7.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(160)

L-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tkun ovvjament fl-interessi tal-industrija Komunitarja. Din tippermetti lill-industrija Komunitarja sabiex tikber u tirkupra mill-ħsara li ġiet ikkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Madankollu, jekk ma jiġu imposti l-ebda miżuri, hu probabbli li l-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja tissokta tmur għall-agħar u aktar operaturi għandhom mnejn ifallu. Barra minn hekk, filwaqt li ma jistgħu jsiru l-ebda konklużjonijiet ċari b’rigward għall-utenti u l-importaturi, l-impożizzjoni ta’ miżuri kienet mistennija wkoll li tkun fl-interessi tal-fornituri tal-materja prima.

(161)

Fid-dawl ta’ dak li ngħad aktar ’il fuq, qed jiġi provviżorjament konkluż li f’dan il-każ m’hemm l-ebda raġuni konvinċenti tal-interess Komunitarju kontra l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping f’dan il-każ.

8.   PROPOSTA GĦALL-MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING

8.1.   Il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara

(162)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa rigward dumping, ħsara, kawżalità u interess Komunitarju, miżuri ta’ anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti sabiex tkun evitata iktar ħsara kkawżata lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(163)

Il-livell ta’ kwalunkwe miżura anti-dumping għandu jkun biżżejjed biex tinqered il-ħsara lill-industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġni ta’ dumping misjuba. Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti dannużi tad-dumping, tqies li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija Komunitarja tagħmel qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġjonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġetti ta’ dumping.

(164)

Għal dan il-għan, marġni ta’ qligħ ta’ 15 % tal-fatturat jista’ jitqies bħala livell xieraq li l-industrija Komunitarja setgħet kienet qed tistenna li tikseb fin-nuqqas ta’ dumping li huwa ta’ ħsara msejjes fuq ir-rendiment tal-industrija Komunitarja fuq l-ewwel parti tal-perjodu meqjus (2004, 2005 u 2006) u meqjus raġjonevoli biex jiggarantixxi investiment produttiv fit-tul għal din l-industrija stabbilita dan l-aħħar.

(165)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz kienet imbagħad determinata fuq il-bażi ta’ tqabbil bejn il-prezz medju b’piż differenzjat tal-importazzjonijiet, kif kien stabbilit għall-kalkoli tat-traħħis fil-prezz, mal-prezz li ma jagħmilx ħsara lill-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Il-prezz ta’ mingħajr ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun mill-qligħ/telf attwali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġni ta’ qligħ imsemmi hawn fuq. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet imbagħad espressa bħala perċentwali tal-valur CIF totali tal-importazzjoni.

8.2.   Miżuri provviżorji

(166)

Fid-dawl ta’ dak li ngħad aktar ’il fuq, qed jitqies li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti dazji anti-dumping provviżorji fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Istati Uniti fuq il-livell tal-marġni t’isfel tad-dumping u tal-ħsara, skont ir-regola ta’ inqas dazju.

(167)

Madankollu, f’parallel mal-proċediment AS, dazji ta’ kontrobilanċ fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti huma imposti wkoll. Is-sussidji misjuba f’dan il-proċediment parallel mhumiex sussidji għall-esportazzjoni u huma għalhekk ikkunsidrati bħala li m’għandhomx effett fuq il-prezz għall-esportazzjoni u fuq il-marġni korrespondenti ta’ dumping. Għalhekk, fid-dawl tal-fatt li l-importazzjonijiet eżaminati huma komuni għaż-żewġ proċedimenti, id-dazji anti-dumping jistgħu jiġu imposti flimkien mad-dazji ta’ kontrobilanċ sakemm dawk iż-żewġ dazji flimkien ma jaqbżux il-marġni tat-tneħħija tad-dumping.

(168)

Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad hawn fuq, ir-rati tad-dazji anti-dumping ġew stabbiliti permezz tat-tqabbil tal-marġni tat-tneħħija tal-ħsara, il-marġni tad-dumping u r-rati ta’ dazju ta’ kontrobilanċ. Għaldaqstant, id-dazji provviżorji ta’ anti-dumping għandhom ikunu kif ġej:

Il-kumpanija

Marġni ta’ ħsara

Il-marġni ta’ dumping

Rata tad-dazju ta’ kontrobilanċ

Ir-rata tad-dazju anti-dumping

Archer Daniels Midland Company

54,6  %

3,4  %

35,1  %

3,4  %

Cargill Inc.

58,9  %

10,4  %

34,5  %

10,4  %

Green Earth Fuels of Houston LLC

39,8  %

73,4  %

39,0  %

0,8  %

Imperium Renewables Inc.

41,6  %

29,5  %

29,1  %

12,5  %

Peter Cremer North America LP

69,9  %

57,3  %

41,0  %

28,9  %

World Energy Alternatives LLC

41,7  %

51,7  %

37,6  %

4,1  %

Kumpaniji li kkooperaw li ma ħadux sehem fil-kampjun

51,4  %

33,7  %

36,0  %

15,4  %

(169)

Fid-dawl tal-fatt li d-dazji anti-dumping se japplikaw għat-taħlitiet li fihom aktar minn 20 % ta’ bijodiżil fil-piz, bħala proporzjon tal-kontenut tal-bijodiżil tagħhom, jitqies xieraq għall-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li jiġu ddeterminati d-dazji bħala ammonti fissi fuq il-bażi tal-kontenut tal-bijodiżil.

(170)

Il-kumpanija individwali tar-rati tad-dazju anti-dumping f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet waqt l-investigazzjoni rigward dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-’kumpaniji l-oħra kollha’.

9.   ŻVELAR

(171)

Il-konklużjonijiet provviżorji msemmija hawn fuq ġew żvelati lill-partijiet interessati li se jkunu mistiedna biex iressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta. Il-kummenti tagħhom se jkunu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunkwe determinazzjoni definittiva. Is-sejbiet provviżorji jista’ jkollhom jitqiesu mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Hawnhekk qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkilitiċi ta’ aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, aktar magħruf bħala “bijodiżil”, kemm jekk f’forma pura kif ukoll jekk f’taħlita li fiha aktar minn 20 % ta’ esteri monoalkilitiċi ta’ aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, li taqa’ taħt il-kodiċi NM 1516 20 98 (Kodiċi TARIC 1516209820), ex 1518 00 91 (Kodiċi TARIC 1518009120), ex 1518 00 99 (Kodiċi TARIC 1518009920), ex 2710 19 41 (Kodiċi TARIC 2710194120), 3824 90 91, ex 3824 90 97 (Kodiċi TARIC 3824909787), u joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika.

2.   Ir-rata provviżorja ta’ dazju anti-dumping li huma applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji hawn taħt għandhom ikunu:

Il-kumpanija

Ir-rata ta’ dazju anti-dumping għal kull Ewro għal kull tunnellata netta

Kodiċi addizzjonali TARIC

Archer Daniels Midland Company, Decatur

23,6

A933

Cargill Inc., Wayzata

60,5

A934

Green Earth Fuels of Houston LLC, Houston

70,6

A935

Imperium Renewables Inc., Seattle

76,5

A936

Peter Cremer North America LP, Cincinnati

208,2

A937

World Energy Alternatives LLC, Boston

82,7

A939

Kumpaniji mniżżla fl-Anness

122,9

ara l-Anness

Il-kumpaniji l-oħra kollha

182,4

A999

Id-dazju anti-dumping fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli b’proporzjon fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali tal-esteri monoalkilitiċi ta’ aċidi xaħmija u nafta paraffinika minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili (kontenut tal-bijodiżil).

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-proviżjoni ta’ garanzija, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1.   Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu rikjesta għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni fi żmien 16-il jum mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu massimu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 147, 13.6.2008, p. 5.

(3)  ĠU C 147, 13.6.2008, p. 10.

(4)  Il-Gvern tal-Istati Uniti pprovda Kodiċi ta’ Dħul Intern sħiħ aġġornat biex jirrifletti l-leġiżlazzjoni fiskali kollha sal-15 ta’ Diċembru 2006 (verżjoni ta’ Diċembru 2006), li huwa rilevanti għall-PI attwali.

(5)  Pereżempju (a) Gwida għall-immaniġġjar u l-użu tal-bijodiżil maħruġa f’Settembru 2008 mill-NREL (Il-laboratorju nazzjonali tal-enerġija li tista’ tiġġedded), (b) Analiżi taż-żejt tal-bijomassa maħruġa f’Ġunju 2004 mill-NREL, (c) Aħbarijiet pubbliċi, informazzjoni u speċifikazzjonijiet maħruġa dwar il-bijodiżil mill-ASTM, (d) Aħbarijiet pubbliċi u informazzjoni maħruġa dwar il-bijodiżil mill-NBB, (e) dokumenti ta’ fatt maħruġa mid-Dipartiment Amerikan tal-enerġija taħt l-Azzjonijiet għal bliet iktar ndaf, eċċ.

(6)  Żjut verġni, inklużi esteri li ġejjin minn bosta komoditajiet agrikoli bħaż-żerriegħa tal-qamħ, fażola tas-sojja, żrieragħ tal-ġirasol, żrieragħ tal-qoton, canola, crambe, żrieragħ tar-rapa, għosfor, flaxseeds(hemm kelma bil-malti għal din), granza tar-ross żrieragħ tal-mustarda, eċċ, jew xaħmijiet tal-annimali.

(7)  Fir-realtà 99,9 % peress li biżżejjed iżżid 0,1 % ta’ diżil minerali biex tieħu vantaġġ mill-kreditu fiskali għal taħlita fl-Istati Uniti.

(8)  Bażikament, it-taħlitiet minn B99 sa B50.

(9)  Bażikament, it-taħlitiet minn B2 sa B20.

(10)  Ara l-Att dwar il-Politika tal-Enerġija tal-1992

(11)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

(12)  ĠU L 123, 17.5.2003, p. 42.

(13)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(14)  Wara din l-approvazzjoni, il-Parlament u l-Kunsill ftiehmu, f’Diċembru 2008, fuq Direttiva għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jistgħu jintużaw mill-ġdid li fihom mira ta’ 10 % għall-użu tal-enerġija li tista’ tintuża mill-ġdid fit-trasport fl-2020, li hi mistennija li tiġi b’mod partikolari ssodisfatta mill-bijofjuwils.

(15)  L-“Energiesteuergesetz” daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2006 u impona taxxa ta’ 9 ċenteżmi tal-Euro għal kull litru B 100.

(16)  “Biokraftstoffquotengesetz” BGBl. 2006, il-parti I Nru 62 tal-21.12.2006, p. 3180, li jimplimenta d-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE.


ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI TAL-ISTATI UNITI LI KKOOPERAW LI MHUMIEX FIL-KAMPJUN

Isem il-Kumpanija

Belt

Kodiċi addizzjonali TARIC

AG Processing Inc.

Omaha

A942

Alabama Clean Fuels Coalition Inc.

Birmingham

A940

Central Iowa Energy, LLC

Newton

A940

Chesapeake Custom Chemical Corp.

Ridgeway

A940

Delta BioFuels, Inc.

Natchez

A940

East Fork Biodiesel, LLC

Algona

A940

Ecogy Biofuels, LLC

Tulsa

A940

ED & F Man Biofuels Inc.

New Orleans

A940

Freedom Biofuels, Inc.

Madison

A940

Fuel Bio

Elizabeth

A940

FUMPA Bio Fuels

Redwood Falls

A940

Galveston Bay Biodiesel, LP (BioSelect Fuels)

Houston

A940

Geo Green Fuels, LLC

Houston

A940

Griffin Industries, Inc.

Cold Spring

A940

Huish Detergents, Inc.

Salt Lake City

A940

Incobrasa Industries, Ltd.

Gilman

A940

Independence Renewable Energy Corp.

Perdue Hill

A940

Innovation Fuels, Inc.

Newark

A940

Iowa Renewable Energy, LLC

Washington

A940

Johann Haltermann Ltd.

Houston

A940

Lake Erie Biofuels, LLC

Erie

A940

Louis Dreyfus Agricultural Industries, LLC

Wilton

A940

Memphis Biofuels, LLC

Memphis

A942

Middletown Biofuels, LLC

Blairsville

A940

Musket Corporation

Oklahoma City

A940

Nova Biofuels Clinton County, LLC

Clinton

A940

Organic Fuels, Ltd

Houston

A940

Owensboro Grain Company LLC

Owensboro

A940

Peach State Labs, Inc.

Rome

A940

Philadelphia Fry-O-Diesel Inc.

Philadelphia

A940

RBF Port Neches LLC

Houston

A940

REG Ralston, LLC

Ralston

A940

Riksch BioFuels LLC

Crawfordsville

A940

Sanimax Energy Inc.

DeForest

A940

Scott Petroleum

Itta Bena

A942

Soy Solutions

Milford

A940

SoyMor Biodiesel, LLC

Albert Lea

A940

Trafigura AG

Stamford

A940

U.S. Biofuels, Inc.

Rome

A940

United Oil Company

Pittsbourgh

A940

Vinmar Overseas, Ltd

Houston

A938

Vitol Inc.

Houston

A940

Western Dubque Biodiesel, LLC

Farley

A940

Western Iowa Energy, LLC

Wall Lake

A940

Western Petroleum Company

Eden Prairie

A940