12.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 192/2009
tal-11 ta' Marzu 2009
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika fir-rigward tal-iskambju ta' dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 jistabbilixxi qafas komuni ġdid għar-reġistri kummerċjali esklussivament għall-finijiet tal-istatistika sabiex jinżamm qafas armonizzat għall-iżvilupp ta' reġistri kummerċjali. |
(2) |
Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 177/2008, hemm bżonn li jkunu stabbiliti l-format, il-miżuri ta' sigurtà u kunfidenzjalità, u l-proċedura għat-trażmissjoni tad-dejta dwar unitajiet individwali lill-Kummissjoni (Eurostat) u għat-trażmissjoni tad-dejta dwar gruppi ta' intrapriżi multi-nazzjonali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-format
Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jittrażmettu d-dejta msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 fil-format speċifikat fl-Anness, Parti A, ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni tal-metadata fil-format elettroniku ma' kull trażmissjoni tad-dejta skont l-istandards tas-Sistema ta' Statistika Ewropea u fil-format definit fil-verżjoni l-aktar riċenti tal-Manwal tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Eurostat dwar ir-Reġistri Kummerċjali disponibbli mill-Kummissjoni (Euostat).
Artikolu 2
Il-miżuri ta' kunfidenzjalità
1. Id-dejta trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jew li l-Kummissjoni (Eurostat) tirċievi minn sorsi oħra, għanda tinżamm f'reġistru Komunitarju ta' gruppi ta' intrapriżi multi-nazzjonali u l-unitajiet li jagħmlu parti minnhom (minn hawn 'l quddiem imsemmija “ir-reġistru EuroGruppi”).
2. Meta jittrażmettu dejta lill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 177/2008, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jimmarkaw id-dejta kunfidenzjali skont il-leġislazzjoni nazzjonali.
3. Biex ikun żgurat rekord konsistenti tad-dejta, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, għall-finijiet uniċi ta' statistika, tittrażmetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri, apparti lill-Istat Membru li qed jirrapporta, il-karatteristiċi speċifikati fil-Parti B tal-Anness, inklużi marki ta' kunfidenzjalità, dwar gruppi ta' intrapriżi multi-nazzjonali u l-unitajiet li jagħmlu parti minnhom, meta tal-anqas unità waħda mill-grupp tinsab fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
Artikolu 3
Il-miżuri ta' sigurtà
Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaħżnu d-dejta li ġiet immarkata kunfidenzjali mill-awtoritajiet nazzjonali skont l-Artikolu 2(2) jew f'żona sikura b'aċċess ristrett u kkontrollat. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, fuq rikjesta, jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-miżuri ta' sigurtà applikati fl-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha b'mod simili tipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri ta' sigurtà tagħha lill-awtoritajiet nazzjonali.
It-trażmissjoni tad-dejta għandha ssir fil-format kodifikat u bl-użu tal-mezz ta' sigurtà użat mill-Kummissjoni (Eurostat) għall-iskambju ta' dejta kunfidenzjali.
Artikolu 4
Il-proċedura ta' trażmissjoni
1. Id-dejta u l-metadata trażmessi skont ir-Regolament għandhom ikunu skambjati fil-format elettroniku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni (Eurostat). It-trażmissjoni għandha tkun konformi mal-istandards xierqa ta' skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-dejta għandha tkun trażmessa b'mezzi elettroniċi u ttrasferita lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-użu tal-punt uniku ta' trażmissjoni għad-dejta.
2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-istandards ta' skambju u linji-gwida fornuti mill-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
ANNESS
A. L-ISTRUTTURA U L-FORMAT GĦAT-TRAŻMISSJONI
1. Introduzzjoni
L-istandardizzazzjoni tal-istrutturi tar-rekords tad-dejta hija fundamentali għall-ipproċessar effiċjenti tad-dejta. Hija stadju meħtieġ biex tiġi pprovduta dejta li tkun konformi mal-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat).
Id-dejta tintbagħat bħala sett ta' rekords (sett ta' dejta).
Dejta kunfidenzjali trid tintbagħat bil-valur veru mniżżel fis-sezzjoni tal-valur u sinjal li jindika li n-natura tad-dejta hi kunfidenzjali skont l-Artikolu 2(2).
Dejta monetarja trid tiġi espressa f'eluf ta' unitajiet tal-munita nazzjonali (Euro għall-pajjiżi fiż-żona tal-Euro). Il-pajjiżi li deħlin fiż-żona tal-Euro għandhom jirrappurtaw id-dejta monetarja f'Euro minflok fil-munita nazzjonali hekk kif mis-sena tal-adeżjoni.
2. L-identifikatur tas-sett tad-dejta
Is-settijiet ta' dejta kollha li l-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jittrażmettu għandhom ikunu identifikati bl-applikazzjoni tal-konvenzjoni tal-għoti ta' ismijiet speċifikata fid-dokumentazzjoni dettaljata u l-linji-gwida dwar l-istandards ta' skambju li l-Kummissjoni (Eurostat) tagħmel disponibbli.
3. Is-settijiet, l-istruttura u d-definizzjoni tas-sezzjonijiet tad-dejta
Din is-sezzjoni tagħti ħarsa lejn il-kontenut tas-settijiet tad-dejta li l-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrażmettu. L-ismijiet tekniċi, l-istruttura, is-sezzjonijiet, il-kodiċi u l-karatteristiċi tad-dejta li għandhom ikunu użati għandhom ikunu inklużi fl-aktar verżjoni riċenti tal-Manwal tar-Rakommandazzjonijiet tal-Eurostat dwar ir-Reġistri Kummerċjali msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 177/2008.
L-ipproċessar tad-dejta tar-reġistru tal-EuroGruppi huwa proċess ċikliku, li l-Kummissjoni (Eurostat) tibda b'mod ċentralizzat. Fl-aħħar ta' kull ċiklu, qafas tal-popolazzjoni għandu jkun disponibbli għal dawk li jiġbru l-istatistiċi fl-Istati Membri.
Fil-bidu ta' kull ċiklu l-Kummissjoni (Eurostat) tittrażmetti s-settijiet ta' dejta bil-metadata pereżempju l-klassifikazzjoni tan-NACE, lill-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali kompetenti (minn hawn 'l quddiem imsemmija bħala “NSAs”) biex tiżgura li l-istess metadata hija disponibbli u użata f'kull pajjiż.
3.1. L-ewwel skambju ta' dejta
L-ewwel skambju ta' dejta se jsir wara l-bidu tal-ipproċessar ta' dejta ġdida dwar unitajiet legali mirċieva minn fornituri privati ta' dejta bażika tar-reġistru. Jekk ikun hemm aktar minn fornitur wieħed, id-dejta li tirreferi għall-istess unitajiet legali tkun aggregata. Il-Kummissjoni (Eurostat) tittrażmetti lill-NSAs is-settijiet ta' dejta li ġejjin bl-informazzjoni dwar riżultati tal-proċess ta' aggregazzjoni u informazzjoni dwar l-unitajiet legali. L-NSAs jittrażmettu lura l-istess settijiet ta' dejta b'informazzjoni korretta u kompluta inkluż marki li jindikaw il-kunfidenzjalità.
Sett ta' dejta bir-riżultat tal-proċess ta' aggregazzjoni
Kontenut |
Numru tal-identità (1.1) Isem (1.2a) Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew, fin-nuqqas ta' dan, numru ieħor ta’ identità amministrattiva (1.3) |
Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar l-unitajiet legali
Kontenut |
Numru tal-identità (1.1) Isem (1.2a) Indirizz (inkluż il-kodiċi postali) fl-iżjed livell dettaljat (1.2b) Fakoltattiv: Numri tat-telefon u tal-faks, indirizz elettroniku, u informazzjoni li tippermetti l-ġbir elettroniku ta' dejta (1.2c) Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew, fin-nuqqas ta' dan, numru ieħor ta’ identità amministrattiva (1.3) Id-data ta' inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżici (1.4) Id-data li fiha l-unità legali ma baqgħetx tagħmel parti minn intrapriża (kif identifikat fi 3.3) (1.5) Forma legali (1.6) Referenza għar-reġistru ta' operaturi ġewwa l-Komunità, u għall-fajls tad-dwana jew għar-reġistru ta' operaturi barra l-Komunità (1.7a) Fakoltattiv: Referenza għad-dejta tal-karta tal-bilanċi, u għall-bilanċi tal-pagamenti jew reġistru tal-investiment barrani dirett, u għar-reġistru tal-irziezet (1.7b) Numru tal-identità tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin (truncated) (4.1), li lilu tappartjeni l-unità (1.8) |
3.2. L-integrazzjoni tas-sorsi tad-dejta minn Stati Membri differenti
Il-pass li jmiss tal-ipproċessar tad-dejta huwa l-integrazzjoni tal-informazzjoni li ġejja minn Stati Membri differenti b'mod ċentrali fil-Kummissjoni (Eurostat). Din l-informazzjoni tirreferi għall-kontrol u s-siedja tal-unitajiet legali u għall-intrapriża tal-unità tal-istatistika, li hija definita mill-Istati Membri u tista' tikkonsisti minn unità legali waħda jew aktar. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti r-riżultati ta' din l-integrazzjoni lill-NSAs, li jittrażmettu s-settijiet tad-dejta lura bl-informazzjoni korretta u kompluta inkluż l-immarkarbn ta' dejta kunfidenzjali.
Settijiet ta' dejta bl-informazzjoni dwar il-kontroll u s-siedja tal-unitajiet
Kontenut |
Numri tal-identità tal-unitajiet legali residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali (1.11a) Numru tal-identità tal-unità legali residenti, li tikkontrolla l-unità legali (1.11b) Pajjiżi tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali (1.12a) Numri tal-identità jew ismijiet u indirizzi tal-unitajiet legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali (1.12a) Kondizzjonali: Numri tal-VAT tal-unitajiet legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali (1.12b) Pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali (1.13a) Numru tal-identità jew isem u indirizz tal-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali (1.13a) Kondizzjonali: Numru tal-VAT tal-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali (1.13b) Kondizzjonali: Numru tal-identità, u ishma (%) tal-unitajiet legali residenti li huma propjetà tal-unità legali (1.14a) Kondizzjonali: Numru tal-identità, u ishma (%) tal-unitajiet legali residenti, li jippossjedu l-unità legali (1.14b) Kondizzjonali: Pajjiżi tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet legali mhux residenti, li huma propjetà tal-unità legali (1.15) Numri tal-identità jew ismijiet u indirizzi u ishma (%) tal-unitajiet legali mhux residenti li huma propjetà tal-unità legali (1.15) Numri tal-VAT tal-unitajiet legali mhux residenti li huma propjetà tal-unità legali (1.15) Kondizzjonali: Pajjiżi tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet legali mhux residenti, li jippossjedu l-unità legali (1.16) Numri tal-identità jew ismijiet u indirizzi u ishma (%) tal-unitajiet legali mhux residenti li jippossjedu l-unità legali (1.16) Numri tal-VAT tal-unitajiet legali mhux residenti li jippossjedu l-unità legali (1.16) |
Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar l-intrapriżi
Kontenut |
Numru tal-identità (3.1) Isem (3.2a) Fakoltattiv: Indirizzi postali, elettroniċi u ta' siti elettroniċi (3.2b) Numru(i) tal-identità tal-unita(jiet) legali li minnha/hom hija magħmula l-intrapriża (3.3) Data tal-bidu tal-attivitajiet (3.4) Data tat-terminazzjoni finali tal-attivitajiet (3.5) Kodiċi tal-attività ewlenija fil-livell tal-NACE b' 4 numri (3.6) Kondizzjonali: Attivitajiet sekondarji, jekk ikun hemm, fil-livell tal-NACE b'4 numri (3.7) Numru ta’ persuni impjegati (3.8) Numru ta’ impjegati (3.9a) Fakoltattiv: Numru ta’ impjegati f’ekwivalenti ta’ persuni full-time (3.9b) Bejgħ (3.10a u Kondizzjonali. 3.10b) Settur u sottosettur istituzzjonali skont is-Sistema Ewropea tal-Kontabilità (3.11) Numru tal-identità tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin (4.1), li lilu tappartjeni l-intrapriża (3.12) |
3.3. Il-ġabra ta' gruppi ta' intrapriżi globali u maqtugħin
L-istadju li jmiss huwa l-ġabra tal-gruppi ta' intrapriżi maqtugħin u l-gruppi ta' intrapriżi globali. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti r-riżultati ta' din il-ġabra lill-NSAs, li jittrażmettu s-settijiet tad-dejta lura bl-informazzjoni korretta u kompluta inkluż l-immarkar ta' dejta kunfidenzjali.
Fl-aħħar taċ-ċiklu l-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti r-riżultati tal-kumpilazzjoni finali tal-gruppi tal-intrapriżi globali u maqtugħa lill-NSAs. Fil-każ tal-NSAs kollha apparti tal-pajjiż li qed jirrapporta, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti d-dejta għall-karatteristiċi elenkati fil-Parti B ta' dan l-Anness biss.
Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar gruppi ta' intrapriżi globali
Kontenut |
Numru tal-identità tal-grupp globali (4.11) Isem il-grupp globali (4.12a) Fakoltattiv: Pajjiż tar-reġistrazzjoni, indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku tal-uffiċċju ewlieni globali (4.12b) Numru tal-identità tal-kap tal-grupp globali, jekk il-kap tal-grupp huwa residenti (4.13a) Numru tal-identità tal-kap tal-grupp globali, jekk il-kap tal-grupp ma huwiex residenti (4.13a) Fakoltattiv: Numru tal-identità, jew isem u indirizz, tal-kap tal-grupp globali, jekk ma huwiex residenti (4.13b) Fakoltattiv: In-numru ta’ persuni impjegati globalment (4.14) Fakoltattiv: Il-fatturat globali gross konsolidat (4.15) Fakoltattiv: Pajjiż għad-deċiżjonjiet globali ċentralizzati (4.16) Fakoltattiv: Pajjiżi fejn huma lokalizzati l-intrapriżi jew l-unitajiet lokali (4.17) |
Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar gruppi ta' intrapriżi maqtugħa (truncated)
Kontenut |
Numru tal-identità tal-grupp maqtugħ (4.1) Isem il-grupp maqtugħ (4.2a) Fakoltattiv: Indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku tal-uffiċċju ewlieni maqtugħ (4.2b) Kondizzjonali: Numru tal-identità tal-kap tal-grupp maqtugħ (4.3) Tip ta' grupp ta' intrapriżi (4.4) Data tal-bidu tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin (4.5) Data tat-tmiem tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin (4.6) Kodiċi tal-attività ewlenija tal-grupp maqtugħ f’livell tal-NACE b’2 numri (4.7) Fakoltattiv: Kodiċi tal-attività sekondarja tal-grupp maqtugħ f’livell tal-NACE b’2 numri (4.8) Numru ta’ persuni impjegati fil-grupp maqtugħ (4.9) Fakoltattiv: Il-bejgħ gross konsolidat (4.10) Data ta’ assoċjazzjoni mal-grupp maqtugħ (tal-unitajiet legali) (1.9) Data ta’ separazzjoni mill-grupp maqtugħ (tal-unitajiet legali) (1.10) |
B. IL-KARATTERISTIĊI LI JRIDU JKUNU TRAŻMESSI SKONT L-ARTIKOLU 2(3)
Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, għall-fini uniċi ta' statistika, tittrażmetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri, apparti lill-Istat Membru li qed jirrapporta, il-karatteristiċi li ġejjin, inklużi marki ta' kunfidenzjalità, dwar gruppi ta' intrapriżi multi-nazzjonali u l-unitajiet li jagħmlu parti minnhom, meta tal-anqas unità waħda mill-grupp tinsab fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
1. UNITÀ LEGALI |
||||||||
KARATTERISTIĊI TA' IDENTIFIKAZZJONI |
1.1. |
|
Numru tal-identità |
|||||
1.2a. |
|
Isem |
||||||
1.2b. |
|
Indirizz (inkluż l-kodiċi postali) fl-iżjed livell dettaljat |
||||||
1.2c. |
Fakoltattiv |
Numri tat-telefon u l-fax, indirizz elettroniku, u informazzjoni li tippermetti l-ġbir elettroniku ta' dejta |
||||||
1.3. |
|
Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew, fin-nuqqas ta' dan, numru ieħor ta' identità amministrattiva |
||||||
KARATTERISTIĊI DEMOGRAFIĊI |
1.4. |
|
Id-data ta' inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżiċi |
|||||
1.5. |
|
Id-data li fiha l-unità legali ma baqgħetx tagħmel parti minn intrapriża (kif identifikat fi 3.3) |
||||||
KARATTERISTIĊI EKONOMIĊI/TA' STRATIFIKAZZJONI |
1.6. |
|
Forma legali |
|||||
RABTIET MA' REĠISTRI OĦRAJN |
1.7a. |
|
Referenza għar-reġistru ta' operaturi ġewwa l-Komunità mwaqqaf skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (KE) Nru 638/2004 (*), u Referenza għall-fajls tad-dwana jew għar-reġistru tal-operaturi barra l-Komunità |
|||||
RABTA MAL-GRUPP TA' INTRAPRIŻI |
1.8. |
|
Numru ta' identità tal-grupp ta' intrapriżi maqtugħin (4.1), li lilu tappartjeni l-unità |
|||||
1.9. |
|
Data tal-assoċjazzjoni mal-grupp maqtugħ |
||||||
1.10. |
|
Data tas-separazzjoni minn mal-grupp maqtugħ |
||||||
IL-KONTROLL TAL-UNITAJIET |
1.11a. |
|
Numru/i tal-identità tal-unità(jiet) legali residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali |
|||||
1.11b. |
|
Numru tal-identità tal-unità legali residenti, li tikkontrolla l-unità legali |
||||||
1.12a. |
|
Pajjiż(i) tar-reġistrazzjoni, u numru/i tal-identità jew, isem(ismijiet), u indirizz(i) tal-unità(jiet) legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali |
||||||
1.12b. |
Kundizzjonali |
Numru/i tal-VAT, tal-unità(jiet) legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali |
||||||
1.13a. |
|
Pajjiż tar-reġistrazzjoni, u numru tal-identità jew, isem u indirizz tal-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali |
||||||
1.13b. |
Kundizzjonali |
Numru tal-VAT tal-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali |
||||||
SIEDJA TAL-UNITAJIET |
1.14a. |
Kundizzjonali |
|
|||||
1.14b. |
Kundizzjonali |
|
||||||
1.15. |
Kundizzjonali |
|
||||||
1.16. |
Kundizzjonali |
|
||||||
3. INTRAPRIŻA |
||||||||
KARATTERISTIĊI TA' IDENTIFIKAZZJONI |
3.1. |
|
Numru tal-identità |
|||||
3.2a. |
|
Isem |
||||||
3.2b. |
Fakoltattiv |
Indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku |
||||||
3.3. |
|
Numru(i) tal-identità tal-unita(jiet) legali li minnha/hom hija magħmula l-intrapriża |
||||||
KARATTERISTIĊI DEMOGRAFIĊI |
3.4. |
|
Id-data tal-bidu tal-attivitajiet |
|||||
3.5. |
|
Id-data tat-terminazzjoni finali tal-attivitajiet |
||||||
KARATTERISTIĊI EKONOMIĊI/ TA' STRATIFIKAZZJONI |
3.6. |
|
Kodiċi tal-attività ewlenija f'livell tal-NACE b'4 numri |
|||||
3.8. |
|
In-numru ta' persuni impjegati |
||||||
3.11. |
|
Settur u sottosettur istituzzjonali skont is-Sistema Ewropea tal-Kontabilità |
||||||
RABTA MAL-GRUPP TA' INTRAPRIŻI |
3.12. |
|
Numru tal-identità tal-grupp ta' intrapriżi maqtugħin (4.1), li lilu tappartjeni l-unità |
|||||
4. GRUPP TA' INTRAPRIŻI |
||||||||
KARATTERISTIĊI TA' IDENTIFIKAZZJONI |
4.1. |
|
Numru tal-identità tal-grupp maqtugħ |
|||||
4.2a. |
|
Isem il-grupp maqtugħ |
||||||
4.2b. |
Fakoltattiv |
Indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku tal-uffiċċju ewlieni maqtugħ |
||||||
4.3. |
Parzjalment kundizzjonali |
Numru tal-identità tal-grupp ewlieni maqtugħ (ugwali għan-numru tal-identità tal-unità legali, li hija l-kap tal-grupp residenti). Kundizzjonali jekk l-unità li tikkontrolla hija persuna fiżika, li mhijiex operatur ekonomiku, ir-reġistrazzjoni hija suġġetta għad-disponibilità ta' dan it-tagħrif fl-għejjun amministrattivi |
||||||
4.4. |
|
Tip ta' grupp ta' intrapriżi:
|
||||||
KARATTERISTIĊI DEMOGRAFIĊI |
4.5. |
|
Data tal-bidu tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin |
|||||
4.6. |
|
Data tat-tmiem tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin |
||||||
KARATTERISTIĊI EKONOMIĊI/TA' STRATIFIKAZZJONI |
4.7. |
|
Kodiċi tal-attività ewlenija tal-grupp maqtugħ f’livell tal-NACE b’2 numri |
|||||
4.9. |
|
Numru ta' persuni impjegati fil-grupp maqtugħ |
||||||
KARATTERISTIĊI TA' IDENTIFIKAZZJONI |
4.11. |
|
Numru tal-identità tal-grupp globali |
|||||
4.12a. |
|
Isem il-grupp globali |
||||||
4.12b. |
Fakoltattiv |
Pajjiż tar-reġistrazzjoni, indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku tal-uffiċċju ewlieni globali |
||||||
4.13a. |
|
Numru tal-identità tal-grupp ewlieni globali jekk il-grupp ewlieni huwa residenti (ugwali għan-numru tal-identità tal-unità legali, li hija l-kap tal-grupp) Jekk il-grupp ewlieni globali mhuwiex residenti, il-pajjiż tiegħu tar-reġistrazzjoni |
||||||
4.13b. |
Fakoltattiv |
In-numru tal-identità tal-grupp ewlieni globali jew l-isem u l-indirizz, jekk mhux residenti |
||||||
KARATTERISTIĊI EKONOMIĊI/TA' STRATIFIKAZZJONI |
4.14. |
Fakoltattiv |
In-numru ta' persuni impjegati globalment |
|||||
4.16. |
Fakoltattiv |
Pajjiż għad-deċiżjonjiet globali ċentralizzati |
||||||
4.17. |
Fakoltattiv |
Pajjiżi fejn huma lokalizzati l-intrapriżi jew l-unitajiet lokali |