|
10.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/33 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 121/2009
tad-9 ta’ Frar 2009
li jistabbilixxi l-ammont addizzjonali li għandu jitħallas fil-Bulgarija għall-ħawħ maħsub għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007/2008 skont ir-Regolament (KE) Nru 679/2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 679/2007 tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħawħ għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007/2008, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu (1),
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 39(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awwissu 2003 dwar regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel (2), il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni li 119,46 tunnellata ta’ ħawħ ingħatat l-għajnuna fl-ipproċessar fil-qafas ta’ din l-iskema għas-sena tas-suq 2007/2008. Għaldaqstant il-limitu għall-ipproċessar indikat għal dan l-Istat Membru fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 (3) ma nqabiżx. L-ammont addizzjonali ta’ EUR 11,92 għal kull tunnellata għandu jitħallas għall-kwantitajiet imsemmija |
|
(2) |
Għas-sena tas-suq 2007/2008, il-produtturi tar-Rumanija ma ressqu l-ebda talba għall-għajnuna f’dak li jirrigwarda l-ħawħ maħsub għall-ipproċessar. Għaldaqstant, f’dan l-Istat Membru mhemmx bżonn jitħallas ammont addizzjonali għas-sena tas-suq imsemmija, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ammont addizzjonali ta’ EUR 11,92 kull tunnellata ħawħ maħsub għall-ipproċessar, imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 679/2007, għandu jitħallas fil-Bulgarija wara s-sena tas-suq 2007/2008.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 157, 19.6.2007, p. 12.