|
10.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 119/2009
tad-9 ta’ Frar 2009
li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene fil-prodotti tal-ikel (2), b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-iġjene f’ikel ta’ oriġini mill-annimali (3), b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali dwar prodotti ta’ oriġini mill-annimali li huma għall-konsum mill-bniedem (4), b’mod partikolari l-Artikoli 11(1) u 14(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-benesseri tagħhom (5), b’mod partikolari l-Artikolu 48(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE (6) telenka l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam tal-fenek u ta’ ċertu laħam ta’ annimali tal-kaċċa selvaġġi u mrobbija fl-irziezet, filwaqt li tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal dawn l-importazzjonijiet. |
|
(2) |
Għal aktar konsistenza mal-liġi Komunitarja, ir-regoli Komunitarji għall-importazzjonijiet tal-laħam tal-leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u tal-fniek imrobbija fl-irziezet għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għal-leġiżlazzjoni li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (7). |
|
(4) |
Bil-ħsieb li jkunu armonizzati l-kundizzjonijiet Komunitarji biex ikunu importati l-prodotti kkonċernati fil-Komunità, kif ukoll biex dawn isiru aktar trasparenti u tiġi ssimplifikata l-proċedura leġiżlattiva biex jiġu emendati dawn il-kundizzjonijiet, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti fiċ-ċertifikati veterinarji mudell stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Iċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni fil-Komunità u għat-tranżitu minnha, inkluż il-ħażna matul it-tranżitu, ta’ laħam tal-leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet għandhom ikunu konformi mal-mudelli standard xierqa stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE tas-16 ta’ April 2007 li tistabbilixxi ċertifikati vetrinarji ġodda għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin, semen, embrijuni, bajd u prodotti ta’ oriġini mill-annimali fil-Komunità skont id-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE, 95/328/KE, 96/333/KE, 96/539/KE, 96/540/KE, 2000/572/KE, 2000/585/KE, 2000/666/KE, 2002/613/KE, 2003/56/KE, 2003/779/KE, 2003/804/KE, 2003/858/KE, 2003/863/KE, 2003/881/KE, 2004/407/KE, 2004/438/KE, 2004/595/KE, 2004/639/KE u 2006/168/KE (8). |
|
(6) |
Iċ-ċertifikati veterinarji mudell, stabbiliti f’dan ir-Regolament, għall-importazzjonijiet fil-Komunità u għat-tranżitu minnha, inkluż il-ħażna waqt it-tranżitu, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u tal-fniek imrobbija fl-irziezet għandhom ikunu kompatibbli mas-sistema Traces, kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces (9). |
|
(7) |
Il-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet ta’ dawn, elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE (10) għandha tintuża għall-importazzjonijiet fil-Komunità jew għat-tranżitu minnha ta’ laħam tal-leporidae selvaġġi u tal-fniek imrobbija fl-irziezet. Għandha tkun stabbilita l-lista ta’ pajjiżi għall-importazzjonijiet fil-Komunità jew għat-tranżitu minnha fir-rigward ta’ laħam tal-mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u l-leporidae. |
|
(8) |
Għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu mill-Komunità ta’ kunsinni lejn u mir-Russja, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta’ Kaliningrad li tikkonċerna biss il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja. |
|
(9) |
Biex tiġi evitata kull interruzzjoni fil-kummerċ, l-użu taċ-ċertifikati veterinarji maħruġa skont id-Deċiżjoni 2000/585/KE għandu jkun awtorizzat għal perjodu tranżizzjonali. |
|
(10) |
Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, id-Deċiżjoni 2000/585/KE għandha titħassar u tinbidel b’dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
|
(a) |
lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom li minnhom il-prodotti li ġejjin jistgħu jkunu importati jew jgħaddu fi tranżitu mill-Komunità:
|
|
(b) |
ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-prodotti elenkati fil-punti (i), (ii), u (iii) (“il-prodotti”). |
2. Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjoni prevista fl-Artikolu 5(2), għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tranżitu jkopri l-ħażna matul it-tranżitu, (inkluż it-tpoġġija fl-imħażen, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) u fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (11)).
3. Dan ir-Regolament japplika bla ħsara
|
(i) |
ir-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni previsti fil-ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi; |
|
(ii) |
ir-regoli rilevanti dwar iċ-ċertifikazzjoni stipulati fil-leġiżlazzjoni li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. |
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “leporidae selvaġġi” tfisser fniek selvaġġi u tal-liebru.
Artikolu 3
Listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet minn dawn li minnhom il-prodotti jistgħu jiġu importati fil-Komunità jew jgħaddu fi tranżitu minnha
Il-prodotti għandhom ikunu importati fil-Komunità jew jgħaddu fi tranżitu minnha minn pajjiż terz biss jew minn partijiet tiegħu elenkat jew li hemm referenza għalih fil-Parti 1 tal-Anness I.
Artikolu 4
Ċertifikazzjoni veterinarja
1. Il-prodotti importati fil-Komunità għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat veterinarju magħmul skont iċ-ċertifikat mudell stipulat fl-Anness II, għall-komodità kkonċernata, li jimtela skont in-noti stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness I.
2. Il-prodotti li jkunu fi tranżitu mill-Komunità għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat magħmul skont iċ-ċertifikat mudell stabbilit fl-Anness III.
3. Il-konformità mal-garanziji addizzjonali, kif meħtieġ għal ċertu Stat Membru jew parti minnu fil-kolonni 4, 6 u 8 tat-Tabella fil-Parti 1 tal-Anness I u kif deskritt fil-Parti 3 tal-Anness I, għandha tkun iċċertifikata billi timtela t-taqsima xierqa fiċ-ċertifikat veterinarju għall-oġġett ikkonċernat.
4. Iċ-ċertifikazzjoni tista’ ssir b’mezzi elettroniċi jew permezz ta’ sistemi armonizzati oħra li dwarhom ikun hemm ftehim f’livell Komunitarju.
Artikolu 5
Deroga għal tranżitu mil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja
1. B’deroga mill-Artikolu 4(2), it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija għandu jkun awtorizzat bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE (12), għall-kunsinni ta’ prodotti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn ir-Russja, direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-kunsinna tiġi ssiġillata b’siġill b’numru tas-serje mill-veterinarju uffiċjali fuq il-post tad-dħul ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera; |
|
(b) |
id-dokumenti li jkun hemm mal-kunsinna, kif stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, jiġu ttimbrati bil-kliem “Għat-tranżitu biss lejn ir-Russja mill-KE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fuq il-post ta’ spezzjoni tad-dħul fuq il-fruntieri; |
|
(c) |
ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-proċedura stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; |
|
(d) |
il-kunsinna tiġi ċċertifikata bħala tajba għall-ġarr fid-dokument veterinarju komuni tad-dħul maħruġ mill-veterinarju uffiċjali fuq il-post tad-dħul ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. |
2. Il-kunsinni, kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, ma għandhomx jinħattu jew jinħażnu, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità.
3. Għandu jsir awditjar regolari mill-awtorità kompetenti biex ikun assigurat li n-numru ta’ kunsinni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u n-numru ta’ kwantitajiet korrispondenti ta’ prodotti li jitilqu mill-Komunità jikkorrispondu man-numru u l-kwantitajiet li jidħlu fil-Komunità.
Artikolu 6
Revoka
Id-Deċiżjoni 2000/585/KE hija revokata.
Referenzi għad-Deċiżjonijiet revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella korrelattiva fl-Anness IV.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Il-prodotti li għalihom inħarġu ċ-ċertifikati veterinarji rilevanti skont id-Deċiżjoni 2000/585/KE jistgħu jiġu impurtati jew jinġarru mill-Komunità sat-30 ta’ Ġunju 2009.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-12-il jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(5) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 251, 6.10.2000, p. 1.
(8) ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.
(9) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.
(10) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.
ANNESS I
LAĦAM TA’ LEPORIDAE SELVAĠĠI, TA’ ĊERTI MAMMALI TAL-ART SELVAĠĠI U TA’ FNIEK IMROBBIJA FL-IRZIEZET
PARTI 1
Lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet minnhom u garanziji addizzjonali
|
Pajjiż |
Kodiċi tat-territorju |
Leporidae |
Mammali tal-art selvaġġi għajr l-ungulati u l-leporidae |
||||||||||
|
Selvaġġi |
Fniek imrobbija fl-irziezet |
||||||||||||
|
ĊM |
GA |
ĊM |
GA |
ĊM |
GA |
||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
||||||
|
L-Awstralja |
AU |
WL |
|
RM |
|
WM |
|
||||||
|
Il-Kanada |
CA |
WL |
|
RM |
|
WM |
|
||||||
|
Greenland |
GL |
WL |
|
RM |
|
WM |
|
||||||
|
In-New Zealand |
NZ |
WL |
|
RM |
|
WM |
|
||||||
|
Ir-Russja |
RU |
WL |
|
RM |
|
WM |
|
||||||
|
Kull pajjiż terz ieħor jew parti minnu elenkat fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE |
WL |
|
RM |
|
|
|
|||||||
|
|||||||||||||
PARTI 2
Ċertifikati veterinarji mudell
Mudell(i):
|
“WL” |
: |
Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tal-leoporidae selvaġġi (fniek u fniek tal-liebru) |
|
“WM” |
: |
Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u l-leporidae |
|
“RM” |
: |
Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet |
PARTI 3
Garanziji addizzjonali
PARTI 4
Noti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja
|
(a) |
Ċertifikati veterinarji bbażati fuq il-mudelli fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness u skont il-format tal-mudell li jikkorrispondi mal-prodott konċernat għandhom jinħarġu mill-pajjiż terz esportatur jew minn parti minnu. Huma għandu jkun fihom, skont l-ordni li tidher fil-mudell, iċ-ċertifikati li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, fejn japplika, dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa addizzjonali meħtieġa għall-pajjiż, esportatur jew ta’ parti minnu.
Fejn ikun hemm bżonn ta’ aktar garanziji mill-Istat Membru ta' destinazzjoni għall-prodott ikkonċernat, dawn għandhom jitniżżlu fuq l-oriġinal taċ-ċertifikat veterinarju. |
|
(b) |
Irid jiġi ppreżentat ċertifikat separat, wieħed għal kull kunsinna tal-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-istess destinazzjoni minn xi territorju li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 tat-tabella 14 ta’ dan l-Anness u li ġie trasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, ajruplan jew vapur. |
|
(ċ) |
L-oriġinal taċ-ċertifikati għandu jkun magħmul minn paġna waħda stampata miż-żewġ naħat jew, fejn tkun meħtieġa aktar kitba, b’tali mod li l-paġni kollha jiffurmaw unità sħiħa u ma jistgħux jiġu sseparati. |
|
(d) |
Iċ-ċertifikat għandu jissawwar b’talanqas lingwa waħda uffiċjali tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u b’lingwa waħda uffiċjali tal-Istat Membru ta' destinazzjoni. Minkejja dan, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwa oħra Komunitarja minflok tagħhom, flimkien ma’, jekk hemm bżonn, traduzzjoni uffiċjali. |
|
(e) |
Fejn ikun hemm paġni addizzjonali mehmuża maċ-ċertifikat għall-finijiet li jiġu identifikati l-oġġetti li hemm fil-kunsinna, dawk il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat, dejjem jekk il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika jkunu jidhru fuq kull paġna. |
|
(f) |
Meta ċ-ċertifikat, inkluż kull paġna addizzjonali kif stipulat f’(e), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata “–x(numru tal-paġna) ta’ y(numru totali ta’ paġni)–” fil-qiegħ u għandu jkollha n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti fin-naħa ta’ fuq. |
|
(g) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jimtela u jiġi ffirmat minn xi veterinarju uffiċjali mhux qabel 24 siegħa mindu tiġi mgħobbija l-kunsinna għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandha tassigura li l-prinċipji ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE (1) jiġu segwiti.
Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. L-istess regola għandha tapplika għat-timbri barra dawk li huma imbuzzati ’l barra. |
|
(h) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat irid ikun mal-kunsinna safejn jikkonċerna l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità Ewropea. |
ANNESS II
ĊERTIFIKATI VETERINARJI MUDELL GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ LAĦAM TA’ LEPORIDAE SELVAĠĠI, TA’ ĊERTI MAMMALI TAL-ART SELVAĠĠI U TA’ FNIEK IMROBBIJA FL-IRZIEZET FIL-KOMUNITÀ EWROPEA
ANNESS III
(kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)
Ċertifikat veterinarju mudell għat-transitu/ħażna ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati
ANNESS IV
(kif imsemmi fl-Artikolu 6)
Tabella korrelattiva
|
Deċiżjoni 2000/585/KE |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 1 |
|
— |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2a (a) |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 2a (b, ċ u d) |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 2b |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 8 |