|
31.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 29/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 91/2009
tas-26 ta’ Jannar 2009
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kien ikkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Bidu
|
(1) |
Fis-26 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet ilment imressaq skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) mill-European Industrial Fasteners Institute (EIFI, “l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f'dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar. |
|
(2) |
L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata suffiċjenti biex tiġġustifika li jinfetaħ proċediment. |
|
(3) |
Fid-9 ta’ Novembru 2007, il-proċediment inbeda bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ bidu (2) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (l-“Avviż ta’ Bidu”). |
2. Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ Miżuri proviżorji
|
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jkunu eżaminati aktar ċerti aspetti tal-investigazzjoni, kien deċiż li titkompla l-investigazzjoni mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji dwar importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar mir-RPĊ. |
|
(5) |
Fl-4 ta’ Awwissu 2008, il-partijiet interessati kollha ngħataw dokument ta’ informazzjoni li jagħti dettalji ta’ konklużjonijiet preliminari tal-investigazzjoni f’dak l-istadju tal-investigazzjoni (“id-dokument ta’ informazzjoni”) u jistieden lill-partijiet biex jikkummentaw dwar dawk il-konklużjonijiet. |
|
(6) |
Sussegwentement għal dik id-data, l-investigazzjoni kompliet rigward, inter alia, l-aspetti ta’ interess tal-Komunità u analiżi dettaljata tal-ambitu tal-prodott/ komparabilità tal-prodott imwettqa, kif kien diskuss minn diversi partijiet interessati. |
3. Partijiet ikkonċernati mill-proċediment
|
(7) |
Il-produtturi Komunitarji ilmentaturi, produtturi Komunitarji oħra, il-produtturi esportaturi, l-importaturi, l-utenti, l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati u rappreżentanti tal-gvern tar-RPĊ kienu avżati uffiċjalment bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu. |
|
(8) |
Numru ta’ partijiet interessati għarrfu fehmiethom bil-miktub, b’mod partikolari rigward l-għażla ta’ pajjiż analogu, id-differenzi tat-tip u l-kwalità bejn il-qfieli Ċiniżi u dawk prodotti u mibjugħa minn produtturi Komunitarji, il-pożizzjoni tal-ilmentaturi u l-ħsara u l-aspetti ta’ interess Komunitarju. Barra minn hekk, il-partijiet interessati kollha li talbu u wrew għaliex kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingħataw smigħ. |
|
(9) |
Il-partijiet interessati kollha (produtturi Komunitarji, importaturi Komunitarji u produtturi esportaturi Ċiniżi) li ressqu preżentazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott attendew laqgħa kontenzjuża organizzata skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament bażiku taħt il-patroċinju tal-Uffiċjal għas-Smigħ fit-18 ta’ Settembru 2008 (“laqgħa kontenzjuża”). |
|
(10) |
Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, kif ukoll in-numru kbir ta’ produtturi u importaturi Komunitarji, kien previst kampjunament għall-istabbiliment tad-dumping u l-ħsara fl-Avviż ta’ Bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
4. Kampjunament
4.1. Kampjunament ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(11) |
Kif iddikjarat hawn fuq, minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, kien propost kampjunament fl-Avviż ta’ Bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(12) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ il-kampjunament u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi ntalbu jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-esportazzjonijiet u l-bejgħ domestiku tagħhom, u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji kollha relatati tagħhom involuti fil-produzzjoni u/jew bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Kienu wkoll ikkonsultati l-awtoritajiet fir-RPĊ. |
|
(13) |
Total ta’ 120 kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji fir-RPĊ ippreżentaw lilhom infushom u pprovdew l-informazzjoni mitluba fl-iskadenza mogħtija. Madankollu, mid-dejta pprovduta deher li xi wħud minn dawn il-kumpaniji jew gruppi ma kinux huma nfushom jipproduċu l-qfieli u xi wħud irrapportaw esportazzjonijiet lill-Komunità ta’ qfieli manifatturati minn kumpaniji relatati. Dawk il-kumpaniji jew gruppi li pproduċew u esportaw il-prodott ikkonċernat lill-Komunità waqt il-perjodu tal-investigazzjoni u esprimew ix-xewqa li jkunu inklużi fil-kampjun kienu kkunsidrati bħala kumpaniji li kkoperaw u kienu kkunsidrati fl-għażla tal-kampjun. Dawn il-kumpaniji ammontaw għal 110 minn total ta’ 120 kumpanija jew grupp li ppreżentaw lilhom infushom wara l-bidu. |
|
(14) |
Il-produtturi esportaturi li ma ppreżentawx lilhom infushom fil-perjodu msemmi hawn qabel kienu kkunsidrati bħala li mhux qed jikkoperaw mal-investigazzjoni. |
|
(15) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, l-esportaturi bl-akbar volum esportat lejn il-Komunità ntgħażlu sabiex jintlaħaq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet li seta’ jkun raġjonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. |
|
(16) |
Fuq din il-bażi, intgħażel kampjun ta’ disa’ produtturi jew gruppi esportaturi Ċiniżi. Il-kumpaniji magħżula rrappreżentaw madwar 61 % tal-esportazzjonijiet, mill-kumpaniji li koperaw, tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità, u 39 % tat-total ta’ esportazzjonijiet mir-RPĊ. |
|
(17) |
Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li kkoperaw u l-awtoritajiet tar-RPĊ ingħataw opportunità li jikkummentaw fuq l-għażla tal-kampjun. |
|
(18) |
Numru ta’ esportaturi Ċiniżi argumentaw li huma messhom kienu inklużi fil-kampjun minħabba ċirkostanzi partikolari rigward il-kumpaniji tagħhom, bħall-fatt li huma mmanifatturaw tipi ta’ prodott speċifiku li allegatament mhumiex prodotti mill-kumpaniji magħżula għall-kampjun. Madankollu, it-tipi ta’ qfieli tal-ħadid u tal-azzar immanifatturati mill-esportaturi ma kinux parti mill-kriterji użati biex jintgħażel kampjun. Kif iddikjarat fil-premessa (15) hawn fuq, il-kriterju użat kien l-esportaturi bl-akbar volum esportat lejn il-Komunità. Dan hu konformi mal-ħtiġijiet tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(19) |
Intbagħtu kwestjonarji għat-tkomplija lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun u r-risposti mingħandhom kienu riċevuti fl-iskadenzi mogħtija. |
|
(20) |
Ħames kumpaniji mhux magħżula fil-kampjun ippreżentaw risposti għall-kwestjonarju bil-ħsieb li jitolbu eżami individwali fl-applikazzjoni tal-Artikoli 9(6) u 17(3) tar-Regolament bażiku. Erbgħa minn dawn it-talbiet kienu aċċettati. Minħabba li l-kumpanija l-oħra ma pproduċietx il-prodott hi nnifisha, it-talba tagħha kienet miċħuda. |
|
(21) |
Wara l-iżvelar definittiv, wieħed mill-esportaturi argumenta li l-kumpaniji li ġew investigati individwalment għandhom jitqiesu bħala parti mill-kampjun għall-applikazzjoni tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Esportatur ieħor argumenta li l-Kummissjoni kellha tkabbar il-kampjun oriġinali, minflok taċċetta t-talbiet għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3). F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-kampjun għadu jitqies bħala rappreżentattiv biżżejjed. Anki wara li erbgħa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun naqsu milli jikkoperaw, kif imsemmi fil-premessa (62), il-kumpaniji inklużi fil-kampjun li fadal kienu jirrappreżentaw 54 % tat-total ta’ esportazzjonijiet mill-kumpaniji li kkoperaw tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità. Barra minn hekk, jitqies xieraq, għal raġunijiet ta’ oġġettività u trasparenza, li jintgħażel kampjun fil-bidu tal-proċediment, u li jinżamm tul il-proċediment kollu sakemm mhemmx raġunijiet biex jitqies li dan il-kampjun ma għadux rappreżentattiv. Fl-aħħar nett, għall-istess raġunijiet l-eżerċizzju ta’ kampjunament għandu jitqies bħala distint u separat mill-għoti ta’ eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
4.2. Kampjunament ta’ produtturi Komunitarji
|
(22) |
Kif iddikjarat hawn fuq, minħabba n-numru kbir ta’ produtturi fil-Komunità, il-kampjunament kien propost fl-Avviż ta’ Bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(23) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunament ikunx meħtieġ u jekk iva biex tagħżel kampjun, il-produtturi Komunitarji ntalbu li jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom, u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati kollha tagħhom involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. |
|
(24) |
Total ta’ 46 produttur Komunitarju li pproduċew il-prodott ikkonċernat fil-Komunità matul il-perjodu tal-investigazzjoni u li esprimew ix-xewqa li jkunu inklużi fil-kampjun fil-perjodu msemmi qabel kienu kkunsidrati bħala kumpaniji li kkoperaw u kienu kkunsidrati fl-għażla tal-kampjun. |
|
(25) |
Dawn il-produtturi Komunitarji rrappreżentaw ‘il fuq minn 30 % tal-produzzjoni stmata fil-Komunità fl-2006. Dawn il-produtturi huma kkunsidrati li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja kif imsemmi fil-premessa (114) hawn isfel. |
|
(26) |
Il-kwistjoni tal-pożizzjoni tal-industrija Komunitarja ġiet ikkontestata minn xi importaturi fil-Komunità kif ukoll minn xi produtturi esportaturi. Tabilħaqq, ċerti partijiet interessati ppreżentaw, wara l-pubblikazzjoni tal-Avviż ta’ Bidu, listi ta’ produtturi Komunitarji li allegatament ma kinux ikkonsultati rigward l-appoġġ tagħhom jew le għall-proċediment. Sussegwentement intbagħat kwestjonarju lil dawn il-produtturi kollha. Barra minn hekk, bosta kumpaniji ppreżentaw ruħhom fuq inizjattiva tagħhom stess mingħajr ma kienu rċevew kwestjonarju. Madankollu, l-ebda waħda mir-risposti riċevuti minn dawn il-produtturi ma naqqset il-livell ta’ pożizzjoni msemmi fil-premessa preċedenti. Fil-fatt, bosta minn dawn il-kumpaniji appoġġjaw l-ilment. |
|
(27) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-produtturi Komunitarji, fost dawk li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja, bl-akbar volum ta’ produzzjoni ntgħażlu fil-kampjun sabiex jintlaħaq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni tal-prodott simili mmanifatturat fil-Komunità li seta’ raġjonevolment ikun investigat fiż-żmien disponibbli. |
|
(28) |
Fuq din il-bażi, intgħażel kampjun ta’ seba’ produtturi. Il-kumpaniji magħżula kienu jammontaw għal madwar 70 % tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja. Wara li produttur inkluż fil-kampjun tqies li ma kkoperax, dan il-perċentwali naqas għal madwar 65 %. |
|
(29) |
Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi Komunitarji li kkoperaw ingħataw l-opportunità li jikkummentaw fuq l-għażla tal-kampjun. Ma daħal l-ebda kumment li kien iwassal għal bdil fil-kampjun. |
|
(30) |
Intbagħtu kwestjonarji biex jitkomplew mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun u r-risposti mingħandhom kienu riċevuti fl-iskadenzi mogħtija. |
4.3. Kampjunament ta’ importaturi Komunitarji
|
(31) |
Kif iddikjarat hawn fuq, minħabba n-numru kbir ta’ importaturi fil-Komunità, kien propost kampjunament fl-Avviż ta’ Bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(32) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunament u jekk iva biex tagħżel kampjun, l-importaturi Komunitarji ntalbu jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-importazzjonijiet u l-bejgħ tagħhom, u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati kollha tagħhom involuti fil-produzzjoni u/jew bejgħ tal-prodott ikkonċernat. |
|
(33) |
It-total ta’ 45 kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji fil-Komunità li ppreżentaw lilhom infushom u pprovdew l-informazzjoni mitluba fl-iskadenza mogħtija jirrappreżentaw qrib id-29 % tal-volum totali importat fil-Komunità. |
|
(34) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, l-importaturi Komunitarji bl-akbar volum ta’ bejgħ intgħażlu sabiex jintlaħaq l-akbar volum rappreżentattiv li jista’ raġjonevolment jiġi investigat. Għalhekk, l-akbar seba’ importaturi f’termini ta’ volum ta’ bejgħ intgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun. Intbagħtu kwestjonarji biex jitkomplew mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun u r-risposti mingħandhom kollha kienu riċevuti fl-iskadenzi mogħtija. |
5. Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“MET”) u Trattament Individwali (“TI”)
|
(35) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ ikunu jistgħu jippreżentaw talba għal MET jew għal TI, jekk kienu jixtiequ hekk, intbagħtu formoli ta’ talba lill-produtturi esportaturi Ċiniżi magħruf li huma kkonċernati, lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. 106 produttur esportatur talbu MET skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Dawn il-kumpaniji kollha talbu wkoll TI jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li huma ma laħqux il-kondizzjonijiet għal MET. Żewġ kumpaniji oħra talbu TI. Id-disa’ kumpaniji kollha magħżula fil-kampjun talbu MET u TI. |
6. Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika
|
(36) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ u lill-erba’ produtturi esportaturi fir-RPĊ li talbu u ngħataw eżami individwali, lill-produtturi u 'l-importaturi Komunitarji inklużi fil-kampjun kif ukoll lil utenti fil-Komunità. Kienu riċevuti risposti mid-disa’ produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, mill-erba’ produtturi esportaturi mogħtija eżami individwali, minn esportatur wieħed fir-RPĊ mhux magħżul fil-kampjun li talab iżda li eventwalment inċaħadlu eżami individwali kif imsemmi fil-premessa (20) hawn fuq, minn seba’ produtturi Komunitarji inklużi fil-kampjun, minn seba’ importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun, minn tliet utenti, u minn żewġ produtturi f’pajjiż analogu, l-Indja. |
|
(37) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa biex ikun iddeterminat id-dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess Komunitarju u wettqet verifiki fil-postijiet tal-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(38) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jkun stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li lilhom ma jistax jingħata MET, saret verifika biex ikun stabbilit valur normali abbażi ta’ dejta minn pajjiż analogu (l-Indja) fil-postijiet tal-kumpaniji li ġejjin:
|
7. Perjodu ta’ investigazzjoni
|
(39) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). Rigward ix-xejriet rilevanti għal valutazzjoni tal-ħsara, kienet analizzata dejta li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“perjodu kkunsidrat”). |
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Prodott ikkonċernat
|
(40) |
Il-prodott ikkonċernat hu ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar, barra minn stainless steel, jiġifieri viti tal-injam (esklużi viti coach), viti self-tapping, viti u boltijiet oħra bl-irjus (kemm jekk bl-iskorfini jew woxers tagħhom jew le, iżda li jeskludu viti magħmula minn staneg, vireg, profili jew wajer, ta’ sezzjoni solida, ta’ ħxuna tat-tul li ma taqbiżx is-6 mm u li jeskludu viti u boltijiet biex jitwaħħal materjal għall-kostruzzjoni tal-linji ferrovjarji), u woxers, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (kollha flimkien minn hawn 'il quddiem imsejħa “qfieli” jew “prodotti kkonċernati”). |
|
(41) |
Il-prodott ikkonċernat hu normalment iddikjarat fil-kodiċijiet NM 7318 12 90 , 7318 14 91 , 7318 14 99 , 7318 15 59 , 7318 15 69 , 7318 15 81 , 7318 15 89 , ex 7318 15 90 , ex 7318 21 00 u ex 7318 22 00 . |
|
(42) |
Il-qfieli jintużaw biex mekkanikament jgħaqqdu żewġ elementi jew aktar fil-kostruzzjoni, l-inġinerija eċċ. u huma użati f’varjetà wiesgħa ta’ setturi industrijali, kif ukoll mill-konsumaturi. Abbażi tal-karatteristiċi u l-użi finali fiżiċi u tekniċi tagħhom, il-qfieli kollha huma kkunsidrati li jikkostitwixxu prodott uniku għall-fini tal-proċediment. Fl-istess standards nazzjonali jew internazzjonali, il-qfieli għandhom jikkonformaw mal-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi fosthom b’mod partikolari s-saħħa, it-tolleranza, il-finitura u l-kisja. |
|
(43) |
Matul l-investigazzjoni, u b’mod partikolari waqt il-laqgħa kontenzjuża, numru ta’ produtturi esportaturi jew importaturi fir-RPĊ argumentaw li xi tipi ta’ viti, woxers, jew boltijiet bi gradi ta’ reżistenza baxxa għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni, fuq il-bażi li mhumiex la prodotti mill-industrija tal-Komunità u lanqas simili għall-prodotti tipiċi tal-industrija Komunitarja, u għaldaqstant mhumiex qed jikkompetu ma’ dawn tal-aħħar. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni sabet li hemm produzzjoni sinifikanti mill-industrija Komunitarja tal-istess tipi jew simili ta’ qfieli. Barra minn hekk, ir-Regolament bażiku ma jirrikjedix li l-prodotti esportati jkunu identiċi fl-aspetti kollha biex jitqiesu bħala prodott wieħed għall-iskop tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn l-argumenti kellhom jitwarrbu. |
|
(44) |
Distributur Komunitarju wieħed, b’mod partikolari, argumenta li l-viti tal-injam għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni għaliex allegatament huma i) ma kinux manifatturati fi kwantitajiet kbar mill-industrija Komunitarja, u ii) dawk il-produtturi Komunitarji li jispeċjalizzaw fil-viti tal-injam ma kinux qed jappoġġjaw il-proċediment. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li hemm produzzjoni sinifikanti ta’ viti tal-injam fost produtturi Komunitarji, inklużi xi wħud minn dawk li jappoġġjaw il-proċediment. Barra minn hekk, jitfakkar li l-livell minimu ta’ appoġġ stipulat fir-Regolament bażiku mhuwiex meħtieġ għal kull tip ta’ prodott, u li dan ma jistax iservi bħala bażi biex ikun definit l-ambitu ta’ prodott fl-investigazzjoni. Għalhekk, l-argumenti ta’ hawn fuq kellhom jitwarrbu. |
|
(45) |
Distributur Komunitarju ieħor argumenta li l-qfieli maħsuba għat-taqsima tas-suq do-it-yourself (“DIY”) għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni billi allegatament ma kinux sostitwibbli ma’ qfieli mmanifatturati mill-industrija Komunitarja, u huma l-prodott ta’ “fergħa tal-industrija” separata. Wara l-iżvelar, id-distributur talab u ngħata seduta oħra ta’ smigħ, li matulha dawn tennew l-argumenti tagħhom li l-qfieli DIY jistgħu b’mod ċar jiġu separati mill-prodotti l-oħra, u li ma huma tal-ebda interess għall-industrija Komunitarja. L-ewwel nett, ta’ min jinnota li l-qfieli DIY mhumiex fundamentalment differenti minn qfieli oħra maħsuba għal użu aktar professjonali, u l-qfieli użati f’użi industrijali, professjonali jew DIY huma sa ċertu punt kategoriji duplikati. L-istess distributur iddeskriva xi wħud mill-karatteristiċi tipiċi tal-hekk imsejħa qfieli DIY, bħall-imballaġġ, reżistenza, marki jew kisi u argumenta li fuq il-bażi ta’ dan, tista’ ssir distinzjoni bejn il-qfieli għall-parti DIY tas-suq u l-qfieli maħsuba għal użu f'partijiet oħra. Madankollu, tqies li dawn il-karatteristiċi ma kinux biżżejjed biex issir distinzjoni ċara bejn il-qfieli maħsuba għall-parti DIY tas-suq u tipi oħra ta’ qfieli. Fl-aħħar nett, matul l-investigazzjoni u b’mod partikolari l-laqgħa kontenzjuża, ir-rappreżentanti tal-industrija Komunitarja taw ukoll eżempji ta’ kumpaniji tal-Komunità li qed jipproduċu viti u qfieli standard, li fihom għandhom jiġu inklużi l-hekk imsejħa qfieli DIY. Ġie aċċertat ukoll li l-produtturi Komunitarji li fadal għandhom il-kapaċità teknika li jipproduċu dawn il-qfieli jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu hekk. L-argumenti ta’ dan id-distributur għaldaqstant kellhom jitwarrbu. |
|
(46) |
Produttur Komunitajru tal-ankri importa, mir-RPĊ, viti msiemer użati fil-produzzjoni ta’ ankri u argumenta li, li safejn jafu huma, ma hemm l-ebda kapaċità ta’ produzzjoni ta’ dawn il-viti msiemer fil-Komunità. Huma affermaw ukoll li l-viti msiemer m’għandhomx ikunu inklużi fl-ambitu tal-prodott għaliex ma jistgħux jintużaw bħal vit normali. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-viti msiemer jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi bħal qfieli oħra u qed ikunu wkoll prodotti mill-industrija Komunitarja. Dawn il-konklużjonijiet ma ġewx ikkontestati mill-kumpanija kkonċernata. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda raġuni biex dawn il-prodotti jkunu esklużi mill-ambitu tal-prodott. |
|
(47) |
Żewġ produtturi Komunitarji argumentaw li l-qfieli mingħajr irjus, u l-qfieli “femminili” għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tal-investigazzjoni, fuq il-bażi tal-karatteristiċi fiżiċi li dawn għandhom simili għal dawk tal-prodott ikkonċernat, u huma wkoll suġġetti għal ħsara minn importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ. F'dan ir-rigward, għandu jiġi indikat li dawn il-prodotti ma ġewx inklużi fl-ambitu tal-ilment imsemmi fil-premessa (1) u li, b’konsegwenza ta’ dan, ma hemm l-ebda informazzjoni dwar dawn il-prodotti fil-fajl tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li f’dan l-istadju jiġi aċċettat dan it-tibdil fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. |
2. Prodott simili
|
(48) |
Numru ta’ partijiet iddikjaraw li l-qfieli manifatturati fir-RPĊ għal esportazzjoni fil-Komunità ma kinux komparabbli għal dawk manifatturati mill-industrija Komunitarja, u li dawn tal-aħħar jintużaw f’applikazzjonijiet li jvarjaw minn qfieli prodotti fir-RPĊ, u għalhekk ma kinux f’kompetizzjoni diretta magħhom. B’mod partikolari, huma qalu li l-maġġoranza tal-qfieli prodotti fir-RPĊ i) huma prodotti standard (primarjament ivarjaw bejn klassi ta’ reżistenza 4.8 u 8.8) bl-ebda karatteristiċi speċjali rigward il-materja prima, ir-reżistenza, il-kisja, jew aspetti relatati ma’ ċertifikazzjoni/sigurtà; ii) huma kienu destinati għal applikazzjoni tat-tmiem aktar baxxa (użu mhux professjonali u distribuzzjoni ġenerali) għall-kuntrarju ta’ applikazzjonijiet ta’ teknika għolja; u iii) huma ma jilħqux ir-rekwiżiti stretti ta’ utenti finali speċifiċi bħall-industrija awtomobilistika, kimika jew aerospazjali. Dawn l-istqarrijiet saru f'għadd ta’ sottomissjonijiet bil-miktub u fil-laqgħa kontenzjuża. Huma ġew iddikjarati wkoll f'sottomissjoni bil-miktub li waslet mill-awtoritajiet tar-RPĊ. |
|
(49) |
Xi wħud mill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom iddikjaraw ukoll, matul il-laqgħa kontenzjuża, li l-qfieli manifatturati fir-RPĊ jinbiegħu f’livelli ta’ prezzijiet konsistentement aktar baxxi meta mqabbla ma’ dawk prodotti mill-industrija Komunitarja, u li dan kien juri li l-qfieli prodotti miċ-Ċiniżi u mill-Komunità kienu ddestinati għal applikazzjonijiet differenti. Sabiex ukoll jappoġġjaw id-dikjarazzjoni tagħhom, huma nnotaw li l-industrija Komunitarja kienet kapaċi żżid il-volum tal-bejgħ tagħha u l-prezz tal-bejgħ medju għal kull unità, anke jekk l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti matul l-istess perjodu. |
|
(50) |
F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li matul il-laqgħa kontenzjuża ġie rikonoxxut mill-partijiet kollha li hemm distinzjoni importanti fl-industrija tal-qfieli bejn il-qfieli standard u 'l hekk imsejħa qfieli “speċjali”. Il-prodotti standard jinsabu deskritti fid-dettall minn standards tal-industrija bħal, pereżempju, Deutsches Institut für Normung (“DIN”) jew l-Istitut Ġermaniż għall-Istandards ta’ standardizzazzjoni. Dawn l-istandards jiżguraw li l-prodotti mmanifatturati minn fornituri differenti f’pajjiżi differenti jistgħu essenzjalment jitpartu mil-lat tal-utent. Il-qfieli speċjali, min-naħa l-oħra, jikkonformaw mar-rekwiżiti u/jew disinn ta’ utent partikolari. Huwa ġeneralment rikonoxxut li l-qfieli speċjali għandhom it-tendenza jintużaw f’applikazzjonijiet aktar diffiċli bħall-industrija awtomobilistika, kimika u industriji oħra u huma, bħala medja, aktar għaljin biex jiġu prodotti u mibjugħa minn qfieli standard. |
|
(51) |
Minkejja li d-distinzjoni bejn il-qfieli standard u dawk speċjali ma kinitx oriġinarjament parti mill-klassifikazzjoni tat-tip ta’ prodott (in-numri ta’ kontroll tal-prodott jew “PCN”) użata fl-investigazzjoni, ġie deċiż wara l-laqgħa kontenzjuża li din għandha tiżdied mal-karatteristiċi tal-prodott li jkun qed jitqies għall-kalkoli tal-marġni ta’ dumping u ħsara. Billi l-maġġoranza kbira tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji investigati kienet ta’ prodotti standard, dan ifisser li f’ħafna każijiet it-tqabbil li sar huwa bejn il-prodotti standard immanifatturati fir-RPĊ, il-pajjiż analogu u l-Komunità. |
|
(52) |
Is-sottomissjoni mill-awtoritajiet tar-RPĊ imsemmija fil-premessa (48) inkludiet rapport ta’ analiżi li jispjega fid-dettall id-differenzi allegati fil-kwalità bejn il-qfieli ta’ standard partikolari (DIN 933 jintuża bħala eżempju) mmanifatturati fil-Komunità u fir-RPĊ. Din l-analiżi qieset il-varjazzjonijiet fil-ġeometrija, l-ebusija u l-kompożizzjoni kimika. Ġie ddikjarat li, minkejja li ż-żewġ prodotti ttestjati kkonformaw mal-istandard DIN, il-qfieli mmanifatturati fil-Komunità kellhom konsistenza akbar, jiġifieri anqas varjazzjoni fir-rigward tal-parametri kollha analizzati, mill-qfieli mmanifatturati fir-RPĊ. Fuq il-bażi ta’ dan, l-awtoritajiet tar-RPĊ ikkonkludew li l-prodott immanifatturat fil-Komunità, minħabba l-kwalità superjuri tiegħu, ma jistax jitqabbel mal-prodott tar-RPĊ. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-għan tad-DIN u ta’ standards oħra ġeneralment aċċettati huwa li jiżgura li l-prodotti jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali tal-utenti. Kull varjazzjoni ta’ residwi għandha tkun fil-limiti li ma jolqtux b’mod sostanzjali l-kwalità u l-funzjoni tal-qafla. Għaldaqstant, qafla li titqiegħed fis-suq bħala bolt DIN 933 għandha tkun essenzjalment komparabbli ma’ qafla oħra li titqiegħed fis-suq taħt l-istess standard. Kull differenza osservata fil-kwalità, li tista’ tibqa’ mil-lat tal-utent, tista’ tiġi trattata permezz ta’ aġġustament għad-differenzi fiżiċi (ara l-premessa (103)) iżda ma tfissirx li ż-żewġ prodotti mhumiex komparabbli. |
|
(53) |
Fl-istess sottomissjoni ġie argumentat ukoll li l-qfieli mmanifatturati mill-industrija Komunitarja jibbenefikaw minn tekniki ta’ kisi superjuri li mhumiex disponibbli għall-manifatturi fir-RPĊ u li għaldaqstant dawn il-prodotti ma jistgħux jitqiesu bħal xulxin. Madankollu, id-differenzi fit-tipi ta’ kisi tqiesu mill-PCN użat fl-investigazzjoni, u ma jimplikawx li l-qfieli mmanifatturati mill-industrija Komunitarja u dawk immanifatturati fir-RPĊ mhumiex bħal xulxin skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, dan l-Artikolu jesiġi biss li l-prodott simili jkollu karatterstiċi li jixbħu mill-qrib lil dawk tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat. Dan l-argument għaldaqstant ma jistax jintlaqa’. |
|
(54) |
Fil-qosor, safejn għandhom x’jaqsmu d-differenzi fiżiċi u tekniċi allegati, l-investigazzjoni wriet li minkejja l-firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ prodotti fis-suq, bosta mit-tipi manifatturati fir-RPĊ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u dawk manifatturati mill-industrija Komunitarja fil-biċċa l-kbira tqiegħdu fis-suq taħt standards industrijali simili. Barra minn hekk, għall-għan tal-investigazzjoni, it-tqabbil tal-prezzijiet sar kważi esklużivament bejn il-qfieli tat-tipi “standard”. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-qfieli manifatturati u kklassifikati taħt l-istess standards għandhom, fil-prinċipju, jissodisfaw l-istess ħtiġijiet f’termini ta’ proprjetajiet mekkaniċi tal-materja prima użata, il-forma, it-tolleranza, eċċ. Waqt li hu rikonoxxut li mhux it-tipi kollha ta’ qfieli jistgħu jintużaw għall-applikazzjonijiet kollha, u li dan huwa partikolarment il-każ għal qfieli “speċjali” u applikazzjonijiet ta’ livell għoli, instab li, fl-istess standard, it-tipi kollha ta’ qfieli nstabu li huma interkambjabbli għall–biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet l-oħra. Barra minn hekk, irrispettivament mill-prezzijiet orħos osservati mir-RPĊ, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Industrija tal-Ħadid u tal-Azzar (“Eurofer”) ikkonfermat li m’hemm l-ebda differenza prinċipali fil-kwalità bejn l-azzar prodott fir-RPĊ u l-azzar prodott fil-Komunità meta l-azzar jikkorrispondi għal grad standardizzat. Bħala riżultat, hu konkluż li d-differenzi fil-kwalità tal-materja prima ma jaffettwawx il-komparabbiltà bejn il-qfieli esportati mir-RPĊ u dawk prodotti u mibjugħa fil-Komunità. |
|
(55) |
Dwar il-livelli differenti tal-prezzijiet, hu kkunsidrat li d-differenzi fil-prezz bejn il-prodotti per se ma jiġġustifikawx il-konklużjoni li ċertu tip ta’ prodott għandu jkun ikkunsidrat bħala prodott differenti. Minħabba li nstab li t-tipi kollha ta’ qfieli fl-istess standard kellhom karatteristiċi u użi finali simili, l-argument ta’ hawn fuq kellu jitwarrab. |
|
(56) |
Kien argumentat ukoll minn bosta importaturi u produtturi esportaturi li l-qfieli prodotti fil-pajjiż analogu, l-Indja, huma fil-biċċa l-kbira tipi ta’ prodott ta’ valur għoli ddestinati għall-industrija awtomobilistika u applikazzjonijiet simili, u għalhekk mhumiex bħall-qfieli esportati fil-Komunità mill-produtturi tar-RPĊ. L-investigazzjoni wriet, madankollu, li fl-Indja huma prodotti u mibjugħa kemm prodotti standard kif ukoll speċjali. Kif spjegat hawn fuq, dawk il-qfieli nstabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bħall-prodotti esportati mir-RPĊ. |
|
(57) |
Għalhekk hu konkluż li l-qfieli prodotti u mibjugħa mill-industrija Komunitarja fil-Komunità, il-qfieli prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku fir-RPĊ u dawk immanifatturati u mibjugħa fis-suq domestiku fl-Indja, li serviet bħala pajjiż analogu, u l-qfieli prodotti fir-RPĊ u mibjugħa fil-Komunità huma bħal xulxin fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. DUMPING
1. Trattament ta’ ekonomija tas-suq (MET)
|
(58) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet anti-dumping rigward importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali hu ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-imsemmi Artikolu għal dawk il-produtturi li nstabu li jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(59) |
Fil-qosor, u biss għall-ħeffa tar-referenza, il-kriterji għal MET huma mniżżla f’forma mqassra hawn isfel:
|
1.1. Kumpaniji inklużi fil-kampjunament
|
(60) |
Kif intqal fil-premessa (35), 106 produttur esportatur, inklużi d-disa’ kumpaniji inklużi fil-kampjunament talbu MET. |
|
(61) |
Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni kollha ppreżentata fl-applikazzjonijiet għal MET ta’ dawn il-kumpaniji jew gruppi fuq il-post tad-disa’ kumpaniji jew gruppi inklużi fil-kampjunament. |
|
(62) |
Mid-disa’ gruppi jew kumpaniji spezzjonati għal MET, erbgħa tqiesu li pprovdew informazzjoni falza jew qarrieqa. L-erba’ kumpaniji jew gruppi kkonċernati kienu nnotifikati b’dan u mogħtija l-opportunità jikkummentaw skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Madankollu, l-ebda waħda mill-erba’ kumpaniji ma pprovdiet evidenza jew informazzjoni ġdida li tipprevjeni l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għal dawn il-kumpaniji. Minħabba l-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu għal dawn l-erba’ kumpaniji, ma saret l-ebda determinazzjoni għal MET. |
|
(63) |
Il-ħames kumpaniji jew gruppi l-oħra inklużi fil-kampjunament nċaħdilhom MET għar-raġuni li l-ispejjeż tal-input prinċipali, il-vireg tal-wajer tal-azzar, ma kinux jirriflettu b’mod sostanzjali l-valuri tas-suq, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Instab li l-prezzijiet tal-vireg tal-wajer tal-azzar, jew f’xi każijiet, il-wajer tal-azzar miġbud, li jintalbu fuq is-suq Ċiniż kienu konsiderevolment aktar baxxi minn dawk mitluba fi swieq oħra, bħall-Ewropa, l-Indja, l-Amerika ta’ Fuq u l-Ġappun (3). Minħabba li ċ-Ċina jkollha timporta l-maġġoranza tal-ħadid mhux maħdum tagħha bi prezzijiet tas-suq internazzjonali, huwa ċar li hija ma tibbenefika minn ebda vantaġġ komparattiv naturali, li jkun jispjega dawn il-prezzijiet baxxi b’mod mhux normali tal-vireg tal-wajer tal-azzar fis-suq domestiku Ċiniż. Fl-istess ħin bosta studji (4), u anke r-rapporti annwali ta’ xi wħud mill-produtturi l-kbar tal-vireg tal-wajer tal-azzar (5) (li jfornu l-produtturi tal-qfieli bil-materja prima tagħhom, għalkemm l-aktar permezz ta’ negozjaturi) jinnotaw interferenza sinifikanti mill-Istat f’dan is-settur. Pereżempju, skont ir-rapporti finanzjarji vverifikati tal-produtturi msemmija hawn fuq, it-tnejn li huma kisbu sussidji sinifikanti tal-Gvern fl-2006 u 2007. Barra minn hekk, bis-saħħa ta’ diversi konċessjonijiet tat-taxxa u kontribuzzjonijiet waħda mill-kumpaniji ta’ hawn fuq ħallset biss madwar 4,5 % ta’ taxxa fuq il-profitt tagħha ta’ 2,8 biljuni ta’ CNY fl-2007 minflok it-taxxa fuq id-dħul standard tal-kumpaniji ta’ 33 %. Wieħed mir-rapporti msemmija hawn fuq, “Money for Metal”, jiġbor fil-qosor it-tipi u l-ammonti varji ta’ sussidji tal-Gvern li rċevew il-produtturi Ċiniżi ewlenin tal-azzar matul l-aħħar għaxar snin. L-istess rapport jidentifika aktar minn 393 biljun ta’ CNY f’sussidji mogħtija lill-produtturi Ċiniżi tal-azzar u jikkonkludi li dan wassal għal tkabbir artifiċjali tal-kapaċità u tal-produzzjoni Ċiniżi tal-azzar għad-detriment tal-kompetituri internazzjonali tagħhom. |
|
(64) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw fuq il-konklużjonijiet ta’ hawn fuq. |
|
(65) |
Bosta produtturi esportaturi argumentaw li d-deċiżjoni li jinċaħad MET lill-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjunament taħt l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, abbażi ta’ spejjeż mgħawġa għall-materja prima, kienet misinterpretazzjoni ta’ dak l-Artikolu, li huma qalu li għandu jiftiehem li japplika għall-kumpaniji b’mod individwali, aktar milli għas-settur b’mod ġenerali. Barra minn hekk xi kumpaniji argumentaw li l-valuri tas-suq imsemmija f’dan l-artikolu għandhom ikunu interpretati bħala valuri tas-suq fir-RPĊ aktar milli bħala valuri tas-suq internazzjonali. |
|
(66) |
B’risposta għal dawn l-argumenti, hu nnotat li l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jeħtieġ, inter alia, li l-ispejjeż tal-inputs prinċipali jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq. L-input prinċipali għall-qfieli, il-vireg tal-wajer tal-azzar, jammonta għal madwar 50 % tal-ispiża tal-manifattura. Abbażi tad-dejta miksuba u vverifikata waqt l-investigazzjoni kif ukoll minn sorsi indipendenti tas-suq, bħall-“iSteel Bulletin Board”, m’hemmx dubju li l-prezzijiet għall-vireg tal-wajer tal-azzar fis-suq domestiku Ċiniż huma konsiderevolment irħas mill-prezzijiet fi swieq oħra. Minħabba li l-RPĊ ma tibbenefika mill-ebda vantaġġ komparattiv naturali rigward il-ħadid mhux maħdum, li hi timporta bi prezzijiet tas-suq internazzjonali, hu meqjus li m’hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-prezzijiet baxxi b’mod mhux normali tal-vireg tal-wajer tal-azzar, li ma jirriflettux sostanzjalment il-valuri tas-suq. Din il-konklużjoni tapplika bl-istess mod għas-settur b’mod ġenerali kif ukoll b’mod individwali għall-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjunament investigati. Għalhekk il-kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) mhuwiex meqjus li qiegħed jintlaħaq. |
|
(67) |
Rigward l-interpretazzjoni tal-“valur tas-suq”, il-“valur tas-suq” għandu jiftiehem bħala prezz tas-suq mhux distortiv. F’dan ir-rigward, kif imsemmi hawn fuq, hemm diversi sorsi u studji li jindikaw interferenza mill-Istat fis-settur tal-azzar Ċiniż. Barra minn hekk, kif imsemmi hawn fuq, xi wħud mill-akbar produtturi tal-vireg tal-wajer tal-azzar Ċiniżi rċevew diversi tipi ta’ sussidji fl-2006 u l-2007, kif jixhdu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tagħhom. Wieħed għandu jkun konxju li hu f’idejn il-produtturi esportaturi li juru li huma joperaw taħt kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq u li l-ispejjeż tal-inputs prinċipali tagħhom sostanzjalment jirriflettu l-valuri tas-suq. Dan ma ntweriex f’dan il-każ. |
|
(68) |
Xi produtturi esportaturi argumentaw ukoll li anke kieku kien hemm differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-materja prima fis-suq domestiku Ċiniż u swieq internazzjonali oħra, din id-differenza tista’ tiġi spjegata minn differenzi fil-kwalità. Huwa ċar madankollu, li anke jekk jeżistu xi differenzi fil-kwalità, huma ma jistgħux jispjegaw id-differenza kbira fil-prezz misjuba bejn azzar ta’ gradi simili użati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-produtturi Komunitarji u Indjani. Barra minn hekk, id-differenza bejn il-prezzijiet Ċiniżi tal-vireg tal-wajer tal-azzar u l-prezzijiet fi swieq oħra hi sinifikanti ħafna; skont id-dejta ppubblikata mill-iSteel Bulletin Board, il-prezzijiet domestiċi Ċiniżi tal-vireg tal-wajer tal-azzar kienu fil-firxa ta’ 300-350 EUR/MT fil-PI filwaqt li l-prezzijiet fl-Amerika ta’ Fuq, fl-Ewropa u fil-Ġappun varjaw bejn 400 u 500 EUR/MT għall-istess kwalità. Id-dejta miksuba u vverifikata matul l-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjunament u l-produtturi Komunitarji hija konformi mad-dejta ppubblikata ta’ hawn fuq. Għalhekk hu sostnut li, anke kieku kien hemm xi differenza fil-kwalità, din ma tistax tispjega d-differenza kbira fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-materja prima li jinsabu fis-suq domestiku Ċiniż u dawk mitluba fi swieq internazzjonali oħra. |
|
(69) |
Xi produtturi esportaturi argumentaw ukoll li kwalunkwe distorsjoni fil-prezzijiet tal-materja prima għandha tkun itrattata billi jkun aġġustat il-valur normali fil-kalkolu tad-dumping aktar milli jinċaħad MET. Madankollu, f’dan il-każ, minħabba l-proporzjon għoli ta’ vireg tal-wajer tal-azzar fl-ispiża totali, hu ċar li l-Artikolu 2(7)(c), li jirrikjedi, inter alia, li l-“ispejjeż tal-inputs prinċipali jirriflettu b’mod sostanzjali l-valuri tas-suq” ma ntlaħaqx. Għalhekk, kwalunkwe aġġustament fil-kalkoli tad-dumping sabiex jiġu indirizzati l-ispejjeż distortivi tal-input jirrendi l-Artikolu 2(7)(c) fil-biċċa l-kbira bla tifsira. |
|
(70) |
Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi argumenta li l-konklużjoni li l-MET għandu jinċaħad minħabba li nstab ukoll li l-Istat Ċiniż (b’sehem ta’ 47,18 %) kien f’pożizzjoni li jew jinfluwenza b’mod sinifikanti jew iwaqqaf kwalunkwe deċiżjoni rigward kumpanija, u ppreżenta xhieda f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, hu argumenta li d-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet, l-ispejjeż u l-inputs ittieħdu mill-maniġer ġenerali u l-viċi maniġers ġenerali, maħtura mill-Bord tad-Diretturi u mhux mis-sidien tal-ishma. Għalhekk hu qal li l-fatt li ċerti deċiżjonijiet kienu adottati mil-laqgħa tas-sidien tal-ishma b’maġġoranza ta’ 2/3 kien irrilevanti, għaliex l-ebda waħda minn dawk id-deċiżjonijiet ma kienet tikkonċerna deċiżjonijiet ta’ negozju rigward prezzijiet, spejjeż u inputs. |
|
(71) |
Hu kkunsidrat li l-fatt li l-Bord tad-Diretturi, maħtur mis-sid kontrollur tal-ishma, baqa’ mhux mibdul waqt il-proċess tal-privatizzazzjoni jitfa’ dubji fuq l-indipendenza tal-membri tal-Bord fil-konfront tal-Istat. Ta’ min jinnota wkoll li l-kompożizzjoni tal-Bord tad-Diretturi ma rriflettietx il-proporzjon tas-sjieda tal-ishma fil-grupp wara l-privatizzazzjoni. Għalhekk ma jistax ikun eskluż li d-deċiżjonijiet tan-negozju kienu indirettament influwenzati mill-Istat u l-kumpanija ma setgħet tipprovdi l-ebda evidenza li turi l-kuntrarju. |
|
(72) |
Għalhekk qiegħda tinżamm il-konklużjoni inizjali li l-MET għandu jinċaħad lil dan il-grupp ukoll għal din ir-raġuni. |
|
(73) |
Produttur esportatur ieħor li nċaħad MET ikkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-istandards tal-kontabilità u d-distorsjonijiet riportati mis-sistema ekonomika mhux tas-suq ta’ qabel u ppreżenta argumenti li dawn il-konklużjonijiet m’għandhomx ikunu bażi biex jinċaħadlu MET. Dawn il-konklużjonijiet kienu analizzati fid-dettall. Rigward l-istandards tal-kontabilità, m’hemmx dubju li l-kumpanija ma kkonformatx mal-istandards tal-kontabilità internazzjonali u Ċiniżi rigward id-deprezzament ta’ assi fiss. Rigward id-distorsjonijiet riportati mis-sistema ekonomika mhux tas-suq ta’ qabel relatata mal-privatizzazzjoni tal-kumpanija qabel il-PI, il-kumpanija ma ppreżentat l-ebda evidenza ġdida li tkun tippermetti lill-Kummissjoni tbiddel il-konklużjonijiet tagħha rigward il-proċess tal-privatizzazzjoni. |
|
(74) |
Għalhekk qiegħda tinżamm il-konklużjoni inizjali li l-MET għandu jinċaħad lil din il-kumpanija għal dawn iż-żewġ raġunijiet ulterjuri. |
|
(75) |
Produttur esportatur ieħor argumenta li l-fatt li maġġoranza tal-kapital tiegħu kien ikkontrollat minn Trejdjunjin ma kienx jimplika li l-ewwel kriterju ta’ MET ma kienx sodisfatt. Madankollu, il-kumpanija ma setgħetx turi kif is-sidien tal-ishma setgħu jeżerċitaw kontroll fuq il-kumpanija liberament u skont il-kapital tas-sehem tagħhom, bħalma hu l-każ f’ambjent ta’ ekonomija tas-suq. Għalhekk, l-interferenza mill-Istat ma tistax tkun eskluża. L-istess kumpanija kkontestat il-konklużjoni li hi rċeviet appoġġ finanzjarju mill-Istat b’kondizzjonijiet partikolarment favorevoli, minħabba li d-djun tagħha lill-Istat kellhom rata ta’ interess fuqhom li kienet qrib tar-rati prevalenti tas-suq. Madankollu, mhux biss ir-rata ta’ interess maqbula kienet taħt il-livelli tas-suq, iżda wkoll id-djun mal-Istat ma kinux qed jitħallsu lura skont l-iskedi maqbula. Din il-kumpanija talbet ukoll li għandhom jintużaw biss standards tal-kontabilità Ċiniżi bħala kriterju biex jingħata MET. |
|
(76) |
Madankollu, l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jeħtieġ li l-kumpaniji jkunu awditjati f’konformità mal-istandards tal-kontabbiltà internazzjonali, kif imsemmi hawn fuq. Barra minn hekk, il-prattiċi tal-kontabilità ta’ din il-kumpanija nstab ukoll li mhumiex konformi mar-regolamenti Ċiniżi tal-kontabilità. It-talbiet tagħhom għalhekk kellhom jitwarrbu. |
1.2. Kumpaniji mogħtija eżami individwali
|
(77) |
Kif imsemmi fuq, erba’ produtturi esportaturi mhux magħżula fil-kampjun talbu u ngħataw eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(78) |
Grupp produttur wieħed ipprovda informazzjoni qarrieqa u għalhekk kienu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Il-MET inċaħad lil żewġ kumpaniji oħra minn tlieta li fadal għall-istess raġunijiet deskritti hawn fuq għall-kumpaniji inklużi fil-kampjunament, jiġifieri ma laħqux l-ewwel kriterju għal MET skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku minħabba li l-ispejjeż tal-input prinċipali tagħhom, il-wajer tal-azzar, ma jirriflettux sostanzjalment il-valuri tas-suq internazzjonali. Rigward ir-raba’ kumpanija, inċaħad MET għaliex din il-kumpanija ma ssodisfatx it-tieni u t-tielet kriterju għal MET. |
|
(79) |
Waħda mill-kumpaniji mogħtija eżami individwali kkontestat il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-MET għandu jinċaħdilha abbażi tan-nuqqas li taqdi l-ewwel kriterju għal MET, billi qalet li l-wajer tal-azzar ma kienx input prinċipali fil-proċess tal-produzzjoni tagħha u barra minn hekk, parti minnu kien ġej minn sorsi barra minn funderiji tal-azzar Ċiniżi. Madankollu, l-ispejjeż ta’ din il-kumpanija fil-PI kienu inflazzjonati bi spejjeż tal-bidu, u għalhekk għamlu l-proporzjon ta’ wajer tal-azzar fl-ispiża totali jidher inqas sinifikanti milli kieku f’ċirkostanzi normali. Rigward il-proporzjon ta’ wajer tal-azzar li ġej minn funderiji tal-azzar Ċiniżi, dan kien jammonta għall-maġġoranza tal-wajer tal-azzar mixtrija waqt il-PI. Dawn it-talbiet għaldaqstant ma ntlaqgħux. |
2. Trattament individwali (TI)
2.1. Kumpaniji inklużi fil-kampjunament
|
(80) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, hu stabbilit dazju (jekk hemm) għall-pajjiż kollu għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jistgħu juru, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li l-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni tagħhom kif ukoll il-kondizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati liberament; li r-rati tal-kambju jitwettqu bir-rati tas-suq; u li kwalunkwe interferenza mill-Istat mhijiex tali li tippermetti li wieħed idur ma’ u jiskappa l-miżuri jekk l-esportaturi jingħataw rati ta’ dazju differenti. |
|
(81) |
Il-ħames produtturi esportaturi fil-kampjun li nċaħdilhom MET talbu wkoll TI fil-każ li ma jingħatawx MET. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli inizjalment instab li erbgħa minn dawn il-kumpaniji laħqu r-rekwiżiti kollha biex jingħataw TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(82) |
Kif muri lill-partijiet interessati fid-dokument ta’ informazzjoni li jippreżenta l-konklużjonijiet preliminari tal-investigazzjoni, fil-bidu kien hemm l-intenzjoni li ma jingħatax TI lill-ħames kumpanija abbażi li ma setgħetx turi li s-sidien tal-ishma esterni kienu ħielsa li jirripatrijaw il-kapital u l-profitti, kif meħtieġ mir-Regolament bażiku. Wara li kienu żvelati l-konklużjonijiet preliminari, madankollu, il-kumpanija ppreżentat spjegazzjonijiet addizzjonali, li kienu kkonfermati waqt smigħ ma’ rappreżentant tas-sid tal-ishma estern. Hu għalhekk aċċettat li ma kien hemm l-ebda restrizzjoni għar-ripatrijazzjoni tal-kapital u tal-profitti, u li l-kumpanija tista’ għalhekk tingħata TI. |
|
(83) |
Għalhekk ġie konkluż li mid-disa’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjunament fir-RPĊ, TI għandu jingħata lil dawn li ġejjin:
|
2.2. Kumpaniji mogħtija eżami individwali
|
(84) |
It-tliet produtturi esportaturi kollha miċħuda MET ukoll talbu TI fil-każ li ma jingħatawx MET. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli nstab li huma kollha laħqu r-rekwiżiti biex jingħataw TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(85) |
Għalhekk ġie konkluż li għandu jingħata TI lit-tliet produtturi esportaturi li ġejjin fir-RPĊ:
|
3. Stabbiliment tal-valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ma ngħatax MET
3.1. Pajjiż analogu
|
(86) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET għandu jkun stabbilit abbażi tal-prezzijiet jew il-valur kostruwit f’pajjiż analogu. |
|
(87) |
Fl-Avviż ta’ Bidu, kienet indikata l-intenzjoni li tintuża l-Indja bħala pajjiż analogu adatt għall-fini li jkun stabbilit valur normali għar-RPĊ u l-partijiet interessati kienu mistednin biex jikkummentaw dwar dan. |
|
(88) |
Bosta importaturi fil-Komunità u produtturi esportaturi fir-RPĊ opponew l-għażla tal-Indja, billi argumentaw li l-firxa tal-prodott tagħha mhijiex komparabbli ma’ dik tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Bosta minn dawn il-partijiet issuġġerew li minflok jintuża t-Tajwan. |
|
(89) |
Il-Kummissjoni fittxet attivament koperazzjoni minn produtturi magħrufa tal-qfieli mad-dinja kollha, inkluż it-Tajwan. Madankollu, l-ebda wieħed mill-produtturi tat-Tajwan ma qabel li jikkopera. Lanqas ma kien hemm offerti ta’ koperazzjoni fil-proċediment minn produtturi f’pajjiżi terzi. Għall-kuntrarju, żewġ produtturi Indjani qablu li jikkoperaw billi wieġbu għall-kwestjonarju intenzjonat għall-produtturi f’pajjiż analogu. Id-dejta ppreżentata fir-risposti tagħhom għall-kwestjonarju ġiet ivverifikata fuq il-post ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji. Madankollu hi biss kumpanija waħda li pprovdiet dejta suffiċjentement dettaljata biex tintuża bħala bażi biex ikun stabbilit il-valur normali. |
|
(90) |
Wara l-iżvelar definittiv, għadd ta’ importaturi u esportaturi wrew tħassib dwar kemm huwa xieraq l-użu tad-dejta minn dan il-produttur tal-aħħar minħabba li i) il-kwantità mmanifatturata u mibjugħa fis-suq domestiku Indjan minn dan il-produttur, allegatament, ma tkunx rappreżentattiva tal-kwantità esportata mir-RPĊ lejn il-Komunità u ii) dan il-produttur Indjan allega rabtiet kummerċjali ma’ wieħed mill-produtturi Komunitarji li jsostni l-ilment. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li i) il-volum ta’ bejgħ tal-produttur Indjan tqies li hu rappreżentattiv biżżejjed biex jippermetti li jiġu stabbiliti valuri normali u affidabbli u ii) il-fatt li l-produttur tal-pajjiż analogu għandu rabtiet ma’ produttur Komunitarju li jsostni l-ilment ma jfissirx li l-għażla ta’ dan il-produttur Komunitarju mhijiex raġjonevoli. Ġie nnotat ukoll li dawn ir-rabtiet ġew stabbiliti wara l-PI. Meta jitqies dak li ntqal hawn fuq u n-nuqqas ta’ koperazzjoni minn produtturi ta’ pajjiżi terzi oħra, l-għażla tal-Indja bħala pajjiż analogu tqieset raġjonevoli. |
|
(91) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, meta jkunu kkunsidrati l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-ftuħ tas-suq Indjan, u l-fatt li l-produttur Indjan li kkopera biegħ tipi ta’ prodott komparabbli ma’ dawk esportati mill-produtturi esportaturi tar-RPĊ, ġie konkluż li l-Indja kienet pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adatt fit-tifsira tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
3.2. Valur normali
|
(92) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET kien stabbilit abbażi ta’ informazzjoni verifikata mill-produttur fil-pajjiż analogu kif imniżżel hawn isfel. |
|
(93) |
Kien eżaminat jekk kull tip ta’ prodott ikkonċernat mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku Indjan jistax ikun ikkunsidrat bħala li nbiegħ waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi għal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ profittabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(94) |
Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett ugwali għal jew aktar mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien ugwali għal jew aktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali. Dan il-prezz kien ikkalkulat bħala medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip magħmul waqt il-PI, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ ħalliex profitt jew le. |
|
(95) |
Fejn il-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja peżata tal-bejgħ bi profitt ta’ dak it-tip biss. |
|
(96) |
Skont it-tip ta’ prodott, il-valur normali kien stabbilit abbażi ta’ prezzijiet tal-bejgħ medji peżati tal-bejgħ kollu jew il-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati tal-bejgħ bi profitt biss, fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu bbażat fuq dejta verifikata ta’ produttur wieħed f’dak il-pajjiż. |
|
(97) |
Waħda mill-kumpaniji mogħtija eżami individwali u xi importaturi qalu li l-valur normali miksub minn produttur wieħed fl-Indja, li allegatament ma jipproduċix tipi simili ta’ qfieli bħall-kumpanija inkwistjoni, ma jipprovdix l-aħjar bażi għal tqabbil proprju. Għalhekk hi ssuġġeriet li, kif previst fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jkun ikkalkulat “fuq kwalunkwe bażi raġjonevoli oħra”, f’dan il-każ abbażi taċ-ċifri proprji tal-esportaturi, aġġustati għad-distorsjonijiet allegati fl-ispejjeż tal-materja prima. |
|
(98) |
It-talba ta’ hawn fuq inċaħdet, għaliex instab li l-produttur Indjan, kif imsemmi fil-premessa (91), ukoll biegħ tipi ta’ qfieli li kienu komparabbli ma’ dawk esportati mill-produtturi esportaturi tar-RPĊ. Barra dan, kif spjegat fil-premessa (103) hawn isfel, saru l-aġġustamenti xierqa li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezz għall-valur normali. |
3.3. Prezzijiet tal-esportazzjoni
|
(99) |
Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li fil-fatt tħallsu jew kienu pagabbli. |
|
(100) |
Rigward iż-żewġ produtturi esportaturi, il-bejgħ tal-esportazzjoni kollu jew parti minnu tagħhom lill-Komunità sar permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu fil-Komunità u sussegwentement mibjugħ lil kumpaniji mhux relatati fil-Komunità. F’dawn il-każijiet il-prezz tal-esportazzjoni kien kostruwit, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-prezz li bih il-prodotti importati kienu l-ewwel mibjugħa mill-ġdid lil xerrej indipendenti, aġġustati kif dovut għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u l-profitti. Il-marġini tal-profitt kien stabbilit abbażi tal-informazzjoni disponibbli minn importaturi mhux relatati li kkoperaw. |
3.4. Tqabbil
|
(101) |
Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu mqabbla fuq bażi eks-ħidmiet. Sabiex ikun żgurat tqabbil ekwu bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ingħata spazju debitu fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(102) |
Il-tqabbil tal-prezz bejn il-qfieli esportati mir-RPĊ u dawk mibjugħa fis-suq Indjan mill-produttur Indjan li kkopera sar billi saret distinzjoni bejn tipi ta’ qfieli standard u speċjali. |
|
(103) |
Barra dan, abbażi ta’ evidenza miġbura fil-post, il-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità applikati mill-produttur Indjan li d-dejta tiegħu ntużat biex ikun stabbilit il-valur normali kienu aktar avvanzati minn dawk osservati għand il-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw, li pproduċew u esportaw l-aktar tipi standard ta’ qfieli. F’dawn il-każijiet sar aġġustament abbażi tal-ispiża tal-kontroll tal-kwalità li kienet osservata għand il-produttur Indjan għall-valur normali Indjan. |
|
(104) |
Barra dan ta’ hawn fuq, ingħataw aġġustamenti adatti rigward trasport, assigurazzjoni, immaniġġjar u spejjeż anċillari, imballaġġ, kreditu, u spejjeż bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati minn evidenza vverifikata. |
4. Marġini ta’ dumping
4.1. Għall-produtturi esportaturi li kkkoperaw, inklużi fil-kampjunament u mogħtija TI
|
(105) |
Għall-ħames kumpaniji inklużi fil-kampjunament li ngħataw TI, il-marġini ta’ dumping kienu stabbiliti billi tqabbel il-valur normali medju peżat stabbilit għall-produttur Indjan li kkopera b’mod sħiħ mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat ta’ kull kumpanija lill-Komunità, kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. |
|
(106) |
Il-medja tal-kampjun kienet ikkalkulata bħala medja peżata tal-marġini ta’ dumping tal-ħames kumpaniji kollha inklużi fil-kampjunament li kkoperaw konformement mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(107) |
Il-marġnijiet definittivi ta’ dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4.2. Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw mogħtija eżami individwali
|
(108) |
Il-marġnijiet ta’ dumping kienu stabbiliti kif deskritt hawn fuq, fil-premessa (107). |
|
(109) |
Il-marġnijiet definittivi ta’ dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:
|
4.3. Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha
|
(110) |
Sabiex ikun ikkalkulat il-marġini ta’ dumping mal-pajjiż kollu applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, l-ewwel kien stabbilit il-livell ta’ koperazzjoni. L-ammont ta’ koperazzjoni jista’ jitqies bħala baxx, jiġifieri bejn wieħed u ieħor 53 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Għalhekk il-marġini ta’ dumping għall-kumpaniji li ma kkoperawx kien stabbilit bħala medja tal-valur misjuba mid-dejta tal-Eurostat u l-ogħla marġnijiet misjuba għal tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantità rappreżentattiva mill-produttur esportatur li kkopera bl-ogħla marġini ta’ dumping. |
|
(111) |
Fuq din il-bażi, l-marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu hu ta’ 115,4 % tas-CIF Komunitarju prezz tal-fruntiera, bid-dazju mhux imħallas. |
D. ĦSARA
1. Produzzjoni Komunitarja
|
(112) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-prodott simili hu manifatturat minn numru kbir ta’ produtturi fil-Komunità stmat għal fuq minn 300 li l-biċċa kbira huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju iżda li jinkludu ftit kumpaniji akbar. Il-maġġoranza tal-produtturi Komunitarji ma ppreżentawx lilhom infushom wara l-pubblikazzjoni tal-Avviż ta’ Bidu. Il-produtturi li lmentaw li f’isimhom tressaq l-ilment ikkoperaw mal-investigazzjoni, għalkemm waħda mill-kumpaniji, magħżula fil-kampjun, ma pprovdietx informazzjoni suffiċjenti waqt il-verifika fuq il-post biex tkun ikkunsidrata bħala li kkoperat. Din il-kumpanija hi għalhekk eskluża mid-dejta relatata mal-industrija Komunitarja. Numru ta’ produtturi oħra, li appoġġjaw jew opponew l-ilment, ipprovdew dejta ġenerali dwar il-volum tagħhom ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ. Minħabba li ħafna produtturi fil-Komunità, l-aktar l-intrapriżi ż-żgħar, ma kkoperawx mal-investigazzjoni, ma kienx possibbli li jkun iddefinit b’mod preċiż il-volum totali tal-produzzjoni Komunitarja abbażi tad-dejta individwali tal-kumpaniji. |
|
(113) |
Konsegwentement, il-volum tal-produzzjoni Komunitarja ġie stmat billi ntużat id-dejta tal-Eurostat dwar il-produzzjoni industrijali. Abbażi ta’ dik id-dejta, il-produzzjoni Komunitarja totali fl-2006 nstab li kienet 1 431 602. MT. |
2. Definizzjoni tal-industrija Komunitarja
|
(114) |
Il-produzzjoni tal-produtturi Komunitarji li appoġġjaw l-ilment u kkoperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni tirrappreżenta 27,0 % tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità. Hu għalhekk ikkunsidrat li dawn il-kumpaniji jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fit-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(115) |
Kien allegat minn xi importaturi u produtturi esportaturi Komunitarji, u kkonfermat mill-investigazzjoni, li numru ta’ produtturi Komunitarji li kkoperaw, barra l-faċilitajiet tagħhom għall-manifattura fil-Komunità kienu wkoll importaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju. |
|
(116) |
Barra minn hekk, tressaq l-argument li tlieta mill-produtturi Komunitarji li kkoperaw kienu riallokaw parzjalment il-produzzjoni tagħhom billi stabbilew siti għall-produzzjoni fir-RPĊ u li, għalhekk, għandhom ikunu esklużi minn dan il-kalkolu. Madankollu, instab li s-sussidjarji Ċiniżi ta’ dawn il-produtturi kienu stabbiliti predominantement biex iservu s-suq tar-RPĊ u ċ-ċentru tal-interess ta’ dawn il-kumpaniji baqa’ l-Komunità. |
|
(117) |
Rigward il-volum tal-importazzjonijiet mill-manifatturi li kkoperaw fil-Komunità, l-investigazzjoni wriet li xi kumpaniji importaw kwantitajiet relattivament baxxi tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ, meta mqabbel mal-bejgħ tal-produzzjoni tagħhom stess fil-Komunità. Dak il-bejgħ, għalkemm permezz ta’ kumpaniji relatati u mhux relatati, kien fi kwantitajiet ferm aktar baxxi milli kien allegat mill-partijiet imsemmija hawn qabel. |
|
(118) |
L-investigazzjoni wriet li ċ-ċentru tal-interess ta’ dawn il-kumpaniji kien bla dubju l-Komunità, u li minkejja l-importazzjonijiet tagħhom mir-RPĊ huma kollha għandhom ikunu kkunsidrati bħala parti mill-produzzjoni Komunitarja. |
3. Konsum Komunitarju
|
(119) |
Il-konsum Komunitarju fl-2006 kien stabbilit abbażi tal-volum totali tal-produzzjoni rrapportat mill-Eurostat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, flimkien mal-importazzjonijiet bit-tnaqqis tal-esportazzjonijiet. Il-konsum apparenti nstab li hu konformi ma’ dak imsemmi fl-ilment. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, id-dejta li tinsab fl-ilment għall-2004-2005 intużat ukoll. Għas-snin bejn l-2003 u l-PI, il-volumi tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni kienu bbażati fuq id-dejta mill-Eurostat. Għall-2003 ma kienet disponibbli l-ebda dejta u għalhekk ma kinitx possibbli stima tal-konsum u l-ishma fis-suq Komunitarji. |
|
(120) |
Abbażi ta’ din id-dejta, instab li bejn l-2004 u l-PI d-domanda għall-prodott ikkonċernat fil-Komunità żdiedet b’29 %.
|
||||||||||||||||||||||||
4. Importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat
4.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati
|
(121) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ inkiseb mid-dejta tal-Eurostat. F’termini ta’ volum u sehem mis-suq, l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienet kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(122) |
Waqt li l-konsum tal-prodott ikkonċernat żdied b’29 % bejn l-2004 u l-PI, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu kontinwament, b’103 % matul l-istess perjodu. Konsegwentement, is-sehem mis-suq tar-RPĊ waqt il-perjodu kkunsidrat żdied minn 17 % għal 26 % fl-istess perjodu. |
4.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet u tnaqqis sostanzjali fil-prezz
|
(123) |
It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ. Matul il-perjodu kkunsidrat, dawn il-prezzijiet baqgħu fil-biċċa l-kbira stabbli, b’żieda żgħira sal-2005 u bi tnaqqis fl-2006.
|
||||||||||||||||||||||||
|
(124) |
Rigward il-prezz tal-bejgħ fis-suq Komunitarju tal-prodott ikkonċernat waqt il-PI, sar tqabbil bejn il-prezzijiet tal-produtturi Komunitarji inklużi fil-kampjunament u dawk tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjunament fir-RPĊ. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti tal-industrija Komunitarja kienu dawk għal konsumaturi indipendenti, aġġustati fejn meħtieġ għal livell ta’ eks-ħidmiet, jiġifieri jeskludu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar fil-Komunità u wara li jinqatgħu l-iskontijiet. Dawn il-prezzijiet tqabblu mal-prezzijiet tal-bejgħ meħuda mill-produtturi esportaturi Ċiniżi netti għal skontijiet u fejn meħtieġ aġġustati għall-prezzijiet tal-fruntiera Komunitarja CIF b’aġġustament adatt għall-ispejjeż tal-awtorizzazzjoni doganali u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Billi l-industrija Komunitarja tbigħ il-produzzjoni tagħha kemm lil distributuri u utenti finali, filwaqt li l-merkanzija Ċiniża hi mibjugħa permezz ta’ importaturi u/jew kummerċjanti relatati jew le, sar aġġustament fil-prezz tal-importazzjoni fejn meħtieġ biex ikun żgurat li t-tqabbil isir fl-istess livell ta’ kummerċ. |
|
(125) |
Kif imsemmi fuq, l-importaturi u l-produtturi esportaturi Komunitarji ssottomettew li l-prodotti Ċiniżi huma l-aktar qfieli standard ta’ kwalità bażika, waqt li l-industrija Komunitarja għandha t-tendenza li tkopri għall-partijiet tas-suq tal-qfieli li jqumu l-aktar. Għalhekk, kien sostnut li kwalunkwe tqabbil tal-prezz abbażi tal-prezzijiet medji jkun qarrieq. F’dan ir-rigward, għandu jkun innotat li l-marġini ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezz kien stabbilit abbażi ta’ dejta tal-kumpaniji skont it-tip tal-prodott, li jikkunsidra l-karatteristiċi tal-prodotti li qed jitqabblu. B’mod partikolari, intuża metodu simili għal dak deskritt fil-premessi (102) u (103) u l-qfieli standard, li jikkostitwixxu l-maġġornaza l-kbira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, kienu distinti minn tipi speċjali ta’ qfieli. |
|
(126) |
It-tqabbil juri li, waqt il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat inbiegħu fil-Komunità bi prezzijiet li kienu anqas b’mod sostanzjali mill-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità, meta espressi bħala perċentwali ta’ dawn tal-aħħar, b’medja ta’ aktar minn 40 %. |
5. Sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja
|
(127) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ fuq l-industrija Komunitarja kienu jinkludu analiżi tal-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija mill-2003 sal-PI. L-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja twettqet għall-kumpaniji inklużi fil-kampjunament kif imsemmi hawn fuq, ħlief għall-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u l-produttività, fejn iċ-ċifri huma għall-industrija Komunitarja kollha u huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi Komunitarji li kkoperaw. |
5.1. Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
(128) |
L-evoluzzjoni tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità għall-industrija Komunitarja kienet kif ġejja:
|
|
(129) |
Minkejja ż-żieda sinifikanti fid-domanda ta’ 29 % bejn l-2004 u l-PI, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja kien fi fluss matul il-perjodu kkunsidrat u kien biss 6 % ogħla fil-PI meta mqabbel mal-2003. |
|
(130) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni kibret biss ftit matul il-perjodu kkunsidrat, li jfisser li l-utilizzazzjoni tal-kapaċità baqgħet f’livell baxx ħafna ta’ 52 sa 53 % matul il-perjodu. Xi importaturi Komunitarji qalu li ċ-ċifri rigward il-kapaċitajiet tal-produzzjoni kienu stmati żżejjed, pereżempju billi tqies li kien hemm produzzjoni kontinwa (24 siegħa/365 jum) jew billi kien stmat inqas il-ħin meħtieġ biex tkun swiċċjata l-għodda għal tipi ġodda ta’ produzzjoni jew billi kien inkluż tagħmir antik. Madankollu, il-kapaċità kienet ikkalkulata abbażi ta’ tliet xiftijiet fuq 220 jum, b’konsiderazzjoni mogħtija lill-perjodi meta l-produzzjoni tonqos li f’bosta każijiet instab li kien fil-linja tat-trattament bis-sħana. Ġie vverifikat in-numru disponibbli ta’ magni li jifformaw mingħajr sħana, u l-ħin medju meħtieġ biex tkun adattata l-għodda għal lottijiet ta’ produzzjoni ġdida (li jista’ jvarja bejn sagħtejn u 12-il siegħa) kien ikkunsidrat fil-kalkolu tal-kapaċità disponibbli. |
|
(131) |
L-evoluzzjoni tal-produzzjoni u l-indikaturi tal-kapaċità tal-industrija Komunitarja jistgħu jiġu spjegati kif ġej:
|
|
(132) |
L-importaturi mhux relatati mal-Komunità argumentaw ukoll li, kieku l-produtturi Komunitarji pproduċew ukoll il-kwantitajiet ekwivalenti li kienu importati mir-RPĊ fil-perjodu kkunsidrat, l-impatt fuq l-utilizzazzjoni tal-kapaċità kien ikun żgħir ħafna u kien jibqa’ taħt is-60 %. F’dan ir-rigward, għandu jkun innotat li l-kwantitajiet importati mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat huma sinifikanti għax jirrappreżentaw madwar 26,9 % tal-produzzjoni Komunitarja totali fl-2006. Konsegwentement, l-effett pożittiv fuq l-utilizzazzjoni tal-kapaċità kien ikun aktar sinifikanti milli allegat kieku dawn il-kwantitajiet kienu prodotti fil-Komunità, fejn il-kapaċità għalihom kienet disponibbli. |
|
(133) |
Wara l-iżvelar definittiv, bosta importaturi Komunitarji mhux relatati argumentaw li jekk il-miżuri jiġu finalment adottati, dawn iwasslu għal nuqqas ta’ forniment fis-suq Komunitarju, ta’ aktar minn 200 000 MT. Madankollu, fuq il-bażi tal-livelli ta’ kapaċità żejda misjuba fil-PI, huwa stmat li l-kapaċità ta’ produzzjoni reali disponibbli fil-Komunità hija 'l fuq minn 2,5 miljun MT jiġifieri ferm iżjed mil-livell ta’ konsum Komunitarju ta’ 2,27 miljun MT. Għaldaqstant, instab li l-kapaċità ta’ produzzjoni żejda disponibbli fil-Komunità hija ferm ogħla mill-allegat nuqqas ta’ 200 000 MT u faċilment tissodisfa d-domanda għall-prodott ikkonċernat. |
5.2. Ħażniet
|
(134) |
Iċ-ċifri ta’ hawn isfel jirrappreżentaw il-volum tal-industrija Komunitarja ta’ ħażniet fl-aħħar ta’ kull perjodu.
|
|
(135) |
Il-ħażniet naqsu b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja s-7 % tnaqqis fil-produzzjoni. Dan hu relatat prinċipalment mas-sehem dejjem anqas tal-prodotti standard fil-portafoll tal-indstrija Komunitarja. Madankollu, billi l-produzzjoni ta’ prodott simili fil-Komunità hi predominantement b’ordni, il-livell tal-inventarji mhuwiex ikkunsidrat li hu indikatur li jfisser ħafna għal dan il-prodott. |
5.3. Bejgħ, sehem mis-suq, tkabbir u prezzijiet medji għal kull unità fil-Komunità
|
(136) |
Iċ-ċifri ta’ hawn isfel jirrappreżentaw il-bejgħ tal-industrija Komunitarja lil klijenti indipendenti fil-Komunità.
|
|
(137) |
Il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja żdied bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat u b’21 % fil-valur bħala riżultat tas-sehem li żdied ta’ prodotti speċjali abbażi ta’ talbiet mill-klijenti. |
|
(138) |
Fl-istess ħin, instab li l-prezzijiet medji tal-bejgħ lil xerrejja mhux relatati fis-suq Komunitarju żdiedu waqt il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda fil-prezz għandha tidher fid-dawl taż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-materja prima u l-fatt li l-industrija Komunitarja kienet ikkonċentrat l-isforzi tagħha fuq segment ogħla tas-suq (prodotti speċjali) li kien inqas affettwat mill-importazzjonijiet iddampjati. Il-prodotti ta’ kwalità għolja, li jilħqu ħtiġijiet speċjali mill-klijenti, għall-kuntrarju tal-prodotti standard, ġeneralment iqumu aktar fuq bażi tal-prezz tal-bejgħ għal kull unità. Għalhekk, iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ tirrifletti kemm iż-żieda fl-ispejjeż għall-materja prima iżda wkoll il-bidliet fil-firxa tal-prodott li hu prodott mill-industrija Komunitarja. |
|
(139) |
Wara żieda bejn l-2003 u l-2004, il-volum ta’ bejgħ mill-produtturi Komunitarji naqas b’1 %. Fl-istess ħin, il-konsum Komunitarju żdied b’29 % li jfisser li l-industrija Komunitarja ma kinitx kapaċi tieħu vantaġġ miż-żieda fil-konsum Komunitarju u għalhekk is-sehem mis-suq tal-produtturi Komunitarji naqas b’24 % f’inqas minn tliet snin. Probabbilment it-tnaqqis fis-sehem tas-suq tal-produtturi Komunitarji, jekk ikkalkulat għall-perjodu kollu kkunsidrat (jiġifieri bl-2003 inkluża), ikun ogħla. |
|
(140) |
Għalhekk instab li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir tas-suq li rriżulta miż-żieda fil-konsum Komunitarju minħabba li l-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ ċaħħdu lill-produtturi tal-Komunità mill-opportunità li jkomplu l-produzzjoni ta’ prodotti standard fuq skala akbar. |
5.4. Profittabilità u likwidità
|
Industrija Komunitarja Inkluża fil-Kampjunament |
2003 |
2004 |
2005 |
2006 |
PI |
|
Profittabilità tal-bejgħ ta’ prodott simili fil-Komunità |
2,1 % |
4,7 % |
3,4 % |
2,9 % |
4,4 % |
|
Likwidità minn bejgħ ta’ prodott simili fil-Komunità EUR 1 000 |
60 772 |
69 501 |
80 874 |
73 372 |
65 200 |
|
Indiċi |
100 |
114 |
133 |
121 |
107 |
|
(141) |
Il-livelli ta’ profitt mill-bejgħ ta’ prodott simili mill-industrija Komunitarja varjaw matul il-perjodu kkunsidrat waqt li laħaq biss livelli moderatament pożittivi. |
|
(142) |
Il-profittabilità kienet fl-inqas livell fl-2003 (2,1 %) iżda minn dakinhar tjiebet, u dan hu marbut parzjalment mal-isforzi tal-industrija Komunitarja biex tnaqqas l-ispejjeż tal-manifattura u żżid il-produttività u l-fatt li huma kkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq il-forniment ta’ prodotti ta’ kwalità għolja li jiġġeneraw dħul akbar mill-prodotti standard, billi dawn tal-ewwel huma inqas affettwati minn importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ milli dawn tal-aħħar. |
|
(143) |
Ta’ min jinnota li l-profittabilità pożittiva globali waqt il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat ikkoinċidiet ma’ suq li qed jespandi waqt fażi ta’ espansjoni taċ-ċiklu ekonomiku li saret matul l-2004 u l-bidu tal-2008, u li x’aktarx ser tiddeterjora b’mod sinifikanti meta dawn ix-xejriet jinqalbu. Fil-fatt, bħala prodott industrijali mifrux, il-qfieli huma sensittivi ħafna għall-varjazzjonijiet fis-sitwazzjoni ekonomika ġenerali u l-produzzjoni industrijali b’mod partikolari. |
|
(144) |
L-evoluzzjoni tal-likwidità mill-bejgħ fil-Komunità tal-prodott simili żdiedet bi 33 % sal-2005, iżda fil-PI rritornat għal qrib il-livell tal-bidu. |
5.5. Investimenti, ritorni fuq l-investimenti u abbiltà li jinġabar kapital
|
(145) |
Il-produzzjoni tal-qfieli hi relattivament sensittiva għall-kapital. L-industrija Komunitarja argumentat li l-ottimizzazzjoni tal-produzzjoni hi meħtieġa biex ikun hemm risposta għal ambjent tas-suq aktar ta’ sfida. Sabiex tintlaħaq din il-flessibbiltà, l-industrija Komunitarja żammet livelli relattivament għolja ta’ investiment, li naqas kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat iżda xorta jibqa’ f’livell sinifikanti. Dan l-investiment kien prinċipalment għax-xiri ta’ makkinarju ġdid biex tkun ottimizzata l-produzzjoni.
|
|
(146) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, ir-ritorn fuq l-investiment, imfisser bħala perċentwali tal-bejgħ nett, żdied b’seba’ punti perċentwali bejn l-2003 u l-PI. Dan kien spjegat mill-fatt li l-industrija Komunitarja ppruvat timmassimizza l-użu tal-kapaċitajiet eżistenti għall-produzzjoni tagħha mingħajr ma tagħmel investimenti fuq skala kbira. Kif deher waqt l-investigazzjoni, il-produtturi kollha inklużi fil-kampjunament żviluppaw ir-riżorsi tal-għodod interni tagħhom sabiex jadattaw il-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom għall-bażi ta’ klijenti ġodda tagħhom (prodotti speċjali bbażati fuq talbiet tal-klijenti).
|
|
(147) |
Ma nstabet l-ebda evidenza rigward abbiltà mnaqqsa jew miżjuda biex jinġabar il-kapital fil-perjodu kkunsidrat. |
5.6. Impjiegi u produttività
|
(148) |
L-evoluzzjoni tal-impjiegi, tal-produttività u tal-ispejjeż għax-xogħol fl-industrija Komunitarja kienet kif ġej:
|
|
(149) |
L-industrija Komunitarja żiedet in-numru ta’ impjegati tagħha bejn l-2003 u l-PI. Dan kien ir-riżultat kemm ta’ sforz biex jinżamm il-volum tal-produzzjoni u l-produzzjoni ta’ aktar prodotti diversifikati kumplessi li jeħtieġu flessibbiltà kostanti ta’ għodod u makkinarju. Ir-riżultat ta’ dan il-proċess strateġiku fl-industrija Komunitarja kien rifless ukoll fil-produttività, li baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat għalkemm kellhom jadattaw għal bażi ta’ klijentela ġdida (prodotti speċjali bbażati fuq talbiet tal-klijenti) li jitolbu aktar riżorsi umani. |
5.7. Pagi
|
(150) |
Il-livelli medji tal-pagi żdiedu moderatament waqt il-perjodu kkunsidrat.
|
5.8. Kobor tal-marġini attwali ta’ dumping u rkupru minn dumping preċedenti
|
(151) |
Kif indikat fil-premessa ta’ hawn fuq, il-marġini ta’ dumping li nstabu huma b’mod ċar ogħla minn de minimis. Barra minn hekk, meta jkunu kkunsidrati l-volum u l-prezz tal-importazzjonijiet iddampjati, l-impatt tal-marġini attwali ma jistax ikun ikkunsidrat bħala negliġibbli. |
|
(152) |
Il-Komunità mhijiex tirkupra mill-effetti ta’ dumping li sar fl-imgħoddi għaliex ma twettqet l-ebda investigazzjoni qabel din. |
5.9. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(153) |
Bejn l-2003 u l-PI l-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdied bi kważi 180 %, billi laħaq 26 % tas-sehem mis-suq fil-PI. Barra minn hekk, fil-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-industrija Komunitarja kienu sostanzjalment limitati minn dawk tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. Fuq bażi ta’ medja peżata, it-tnaqqis fil-prezz kien ta’ aktar minn 40 %. |
|
(154) |
Fl-istess ħin, waqt li l-konsum Komunitarju żdied b’29 %, il-volum tal-bejgħ mill-industrija Komunitarja naqas biss b’1 %. Is-sehem mis-suq tagħha niżel b’24 % u ma setax jgħaddi għal kollox iż-żieda globali fil-prezzijiet tal-materja prima lill-klijenti tiegħu, li rriżulta f’livelli aktar baxxi ta’ profittabilità. |
|
(155) |
Bħala konsegwenza, il-produzzjoni ma żdiditx bl-istess pass bħall-konsum Komunitarju, u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità baqgħet baxxa ħafna, għal madwar 50 %, waqt il-perjodu kkunsidrat. Dan kellu wkoll impatt negattiv fuq il-profittabilità, għaliex żamm lill-industrija milli tieħu vantaġġ sħiħ mill-ekonomiji ta’ skala. |
|
(156) |
L-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq il-profittabilità tal-industrija Komunitarja kien imtaffi xi ftit matul il-perjodu inkonsiderazzjoni mill-espansjoni tas-suq Komunitarju u ċ-ċiklu ekonomiku favorevoli. Madankollu, din is-sitwazzjoni tista’ titreġġa’ lura meta ċ-ċiklu jasal fi tmiemu. |
|
(157) |
Minkejja l-isforzi konsiderevoli tal-industrija biex iżżomm volum tal-produzzjoni, permezz ta’ produzzjoni flessibbli matul il-perjodu kkunsidrat u l-isforzi kontinwi tagħha biex iżżid il-produttività u l-kompetittività, il-profittabilità tagħha, il-likwidità u r-ritorn fuq l-investiment ma rriflettewx iż-żieda kontinwa tad-domanda Komunitarja għall-prodott ikkonċernat. Din it-tendenza jista’ jkollha impatt sever fuq il-kapaċità tal-industrija Komunitarja li żżomm il-produzzjoni ta’ partijiet ta’ kwalità għolja. |
|
(158) |
Sussegwentement għall-preżentazzjoni tad-dokument ta’ informazzjoni, il-produtturi esportaturi fiċ-Ċina u l-importaturi Komunitarji argumentaw li ladarba xi indikaturi bħall-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet, u l-profitt juru evoluzzjoni pożittiva waqt il-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi li l-industrija Komunitarja ma sofrietx ħsara materjali. |
|
(159) |
L-industrija Komunitarja, min-naħa l-oħra, argumentat li l-livelli baxxi kurrenti ta’ profittabilità qed jaffettwaw dejjem aktar l-abbiltà tagħha li żżomm u ttejjeb l-apparat għall-produzzjoni f’livell li jippermettilha li żżomm preżenza sinifikanti fl-ogħla tarf tas-suq. Għalhekk, it-telf ta’ volumi ta’ produzzjoni għolja ta’ prodotti standard qed jaffettwa wkoll il-kapaċità tal-industrija Komunitarja li tkompli tipprovdi prodotti ta’ kwalità għolja. |
|
(160) |
L-investigazzjoni minn dakinhar ikkonfermat li l-ħsara materjali rriżultat mill-ispostament sinifikanti ta’ prodotti Komunitarji minn importazzjonijiet Ċiniżi f’xi segmenti importanti tas-suq, b’impatt negattiv fuq l-utilizzazzjoni tal-kapaċità u l-profittabilità, għalkemm dan l-impatt kien imtaffi xi ftit mill-fatt li l-industrija rnexxielha tikkumpensa għall-volumi ta’ produzzjoni aktar baxxi billi tiffoka fuq segmenti tas-suq u prodotti li jiġġeneraw dħul akbar. |
|
(161) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li l-industrija Komunitarja sofriet ħsara materjali fit-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. |
E. KAWŻALITÀ
1. Rimarka preliminari
|
(162) |
Skont l-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ħsara materjali li sofriet l-industrija Komunitarja. Fatturi magħrufa barra l-importazzjonijiet iddampjati, li setgħu fl-istess waqt ikunu ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja, kienu wkoll eżaminati biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tkunx attribwita lill-importazzjonijiet iddampjati. |
2. Effett tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(163) |
Bejn l-2004 u l-PI, il-konsum Komunitarju apparenti żdied b’29 % (fil-volum), waqt li l-bejgħ mill-produtturi Komunitarji żdied biss bi 17 %. Il-produtturi Komunitarji għalhekk tilfu 'l fuq minn 6,8 punti perċentwali ta’ sehem mis-suq fl-istess perjodu. |
|
(164) |
Ċl-importaturi mhux relatati mal-Komunità argumentaw li jekk il-bejgħ kien espress f’valur aktar milli fi kwantitajiet, l-istampa kieku kienet tkun ħafna differenti, minħabba li l-prezz tal-bejgħ għal kull unità ta’ qfieli prodotti fil-Komunità hu konsiderevolment ogħla minn prodotti tar-RPĊ u żdied waqt il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, meta jkun analizzat l-impatt tal-importazzjonijiet bi prezz baxx fuq is-suq Komunitarju, kien ikkunsidrat xieraq, f’konformità mal-prattika tal-passat, li jkunu vvalutati t-tendenzi tal-importazzjoni u l-ishma fis-suq primarjament f’volumi u mhux b’valuri. Barra minn hekk il-valuri tal-bejgħ huma affettwati minn bidliet fit-taħlita tal-prodotti, bħalma hu l-każ hawnhekk fejn l-industrija Komunitarja għaddiet għal prodotti ta’ valur ogħla. Finalment, għandu jkun innotat li t-tendenzi fil-bejgħ huma biss wieħed mill-fatturi ta’ ħsara u fihom infushom mhumiex deċisivi. |
|
(165) |
Iż-żieda sinifikanti fil-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ b’aktar minn 170 % bejn l-2003 u l-PI u tas-sehem mis-suq tagħhom bħala volum tas-suq Komunitarju minn 17 % għal 26 % bejn l-2004 u l-PI ikkoinċidiet mat-telf dejjem jonqos tas-sehem mis-suq tal-produtturi Komunitarji. |
|
(166) |
Fil-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati baqgħu relattivament stabbli u baxxi, minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima esperjenzata fuq livell dinji. Għall-kuntrarju tal-esportaturi tar-RPĊ, il-prezzijiet tal-bejgħ applikati mill-produtturi Komunitarji segwew it-tendenza ‘l fuq fl-ispejjeż tal-materja prima. |
|
(167) |
B’reazzjoni għall-kwantitajiet dejjem jiżdiedu tal-importazzjonijiet ta’ prodotti standard li joriġinaw fir-RPĊ, l-industrija Komunitarja żviluppat l-attivitajiet tagħha tal-produzzjoni ta’ parts speċjali (abbażi ta’ talbiet mill-klijenti), u b’hekk irnexxielha żżomm il-volumi tal-produzzjoni tagħha u tevita aktar deterjorament tal-profittabilità. Madankollu, dawn il-prodotti, li huma fl-ogħla tarf tas-suq ma jistgħux jikkumpensaw għal kollox għat-telf ta’ volumi għolja ta’ produzzjoni ta’ prodotti standard. |
|
(168) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati llimitaw dawk tal-industrija Komunitarja u eżerċitaw pressjoni b’saħħitha 'l isfel fil-waqt li l-ispejjeż tal-materja prima żdiedet b’mod sinifikanti. L-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja ma kinitx f’pożizzjoni li tgħaddi ż-żidiet kollha fl-ispejjeż lill-klijenti tagħha minħabba l-pressjoni ħarxa tal-prezz eżerċitata mill-volumi sinifikanti ta’ prodotti ddampjati importati mir-RPĊ. Dan wassal għal nuqqas ta’ livelli suffiċjenti ta’ profittabilità, u ritorn baxx fuq l-investiment u l-likwidità. |
|
(169) |
Numru ta’ esportaturi, importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom issottomettew li l-esportazzjonijiet Ċiniżi mhumiex f’kompetizzjoni mal-prodotti tal-industrija Komunitarja għaliex qegħdin f’kategoriji ta’ prodott differenti u komplimentari. Waqt li jidher li hu minnu li l-esportazzjonijiet Ċiniżi waqt il-PI kienu kkonċentrati fuq xi segmenti tas-suq bħal viti u boltijiet standard, għandu jitfakkar li madankollu xorta hemm soprapożizzjoni sinifikanti tas-suq bejn il-prodotti magħmula u mibjugħa mill-industrija Komunitarja u l-esportazzjonijiet Ċiniżi, u li din hi sitwazzjoni li qed tevolvi b’mod dinamiku. L-industrija Komunitarja diġà tilfet bosta mis-sehem tas-suq tagħha għal importazzjonijiet f’xi segmenti tas-suq, iżda tista’ titlef ukoll is-suq fil-prodotti li bħalissa sejrin tajjeb, jekk tkompli t-tendenza preżenti. |
|
(170) |
Barra minn hekk, dejta mill-Eurostat uriet kwantitajiet sostanzjali ta’ produzzjoni fil-Komunità għal kull kodiċi NM, f’kompetizzjoni ma’ importazzjonijiet mir-RPĊ. Xi importaturi argumentaw li għalkemm hemm produzzjoni Komunitarja fil-kodiċijiet NM kollha, dan mhuwiex il-każ għal xi tipi u kwalitajiet ta’ prodotti f’kull kodiċi NM. Madankollu, ma ġiet ipprovduta l-ebda dejta biex tkun appoġġjata din id-dikjarazzjoni. Barra minn hekk, kif muri fit-taqsima 4.5.1., il-produtturi Komunitarji bħalissa qed jużaw madwar nofs il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom, u huma teknikament kapaċi li jipproduċu kull tip ta’ qfieli jekk iġġustifikat mill-kondizzjonijiet tas-suq. |
|
(171) |
Għalhekk ġie konkluż li l-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet iddampjati, li żdiedu konsiderevolment fil-volum tagħhom u s-sehem mis-suq mill-2003 'l quddiem, u li saru bi prezzijiet iddampjati, kellha rwol determinanti fil-ħsara li sofriet l-industrija Komunitarja. |
3. Effett ta’ fatturi oħra
3.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
|
(172) |
Kif imsemmi fuq, ir-RPĊ kienet l-aktar esportatur sinifikanti tal-prodott simili lejn is-suq Komunitarju waqt il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem tal-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat mill-importazzjonijiet totali kollha mill-bqija tad-dinja żdied b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat biex laħaq il-61 % fl-aħħar tal-PI.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(173) |
Barra minn hekk, kif muri fil-graff ta’ hawn isfel (sors: Comext), instab li l-prezzijiet tal-bejgħ medji għal kull unità (f’Ewro) ta’ importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja ma kinux isegwu l-istess tendenza bħall-importazzjonijiet mir-RPĊ, għaliex tal-ewwel żdiedu b’19 % matul il-perjodu kkunsidrat kontra t-2 % għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. Il-prezz medju għal kull unità (f’Ewro) kull MT tal-bqija tad-dinja kien 180 % ogħla mill-prezz medju għal kull unità kull MT importati mir-RPĊ.
|
|
(174) |
Għaldaqstant, hu kkunsidrat li l-importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi oħra ma setgħux ikkontribwew għall-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. B’mod aktar speċifiku, it-tabella ta’ hawn isfel li tinkludi l-informazzjoni għall-pajjiżi esportaturi prinċipali, jiġifieri t-Tajwan, il-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerka, turi eżattament l-istess tendenzi bħal għall-Bqija tad-Dinja.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.2. Andament fl-esportazzjoni mill-industrija Komunitarja
|
(175) |
Kien eżaminat ukoll jekk huwiex minnu jew le li l-esportazzjonijiet tal-industrija Komunitarja lejn pajjiżi mhux Komunitarji setgħu kkontribwew għall-ħsara mġarrba waqt il-perjodu kkunsidrat. L-esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux Komunitarji rrappreżentaw biss madwar 11 % tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja tal-prodott simili fl-2006. Dawn l-esportazzjonijiet żdiedu b’madwar 81 % bejn l-2003 u l-PI. Barra minn hekk, dawn l-esportazzjonijiet kienu konsistentement magħmula bi prezzijiet konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq Komunitarju. Hu għalhekk konkluż li l-andament fl-esportazzjoni lil pajjiżi terzi ma kinitx sors ta’ ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.
|
3.3. Żieda fil-prezzijiet tal-materja prima
|
(176) |
Waqt li l-evidenza disponibbli turi xi żieda fil-prezzijiet tal-azzar fil-Komunità matul il-PI, jidher li dawn iż-żidiet ma kinux fattur deċiżiv fit-taħżin tas-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja. Dan it-taħżin kien dovut l-aktar għat-telf tas-sehem mis-suq kif innotat fil-premessa (165). L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet medji tal-bejgħ għal kull unità li żdiedu waqt il-perjodu kkunsidrat kienu dovuti prinċipalment għaż-żieda tas-sehem ta’ tipi speċjali fit-taħlita tal-prodotti tal-industrija Komunitarja għaliex dawn it-tipi jqumu aktar biex jiġu mmanifatturati. |
|
(177) |
Madankollu, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’mod suffiċjenti biex tagħmel tajjeb għaż-żieda fl-ispiża ġġenerata mill-produzzjoni ta’ prodotti tat-tarf ogħla. Din l-inflessibilità fil-prezzijiet kienet ikkawżata miż-żieda simultanja ta’ importazzjonijiet iddampjati li joriġinaw fir-RPĊ, bi prezzijiet li jillimitaw b’mod sinifikanti lil dawk tal-industrija Komunitarja. F’dawn iċ-ċirkostanzi ġie konkluż li l-industrija Komunitarja kienet esposta għal pressjoni qawwija fil-prezz minn dawn l-importazzjonijiet iddampjati u konsegwentement ma kellha l-ebda possibbiltà li tikkumpensa għal kollox għaż-żieda fl-ispejjeż billi tgħolli l-prezzijiet tagħha tal-bejgħ. |
|
(178) |
Finalment, għandu jkun innotat li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima kellha taffettwa l-operaturi kollha fis-suq, inkluż lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u għalhekk ma tistax tkun ikkunsidrata bħala fattur partikolari li kkawża ħsara lill-industrija Komunitarja, speċjalment għaliex il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ baqgħu stabbli minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. |
|
(179) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, hu konkluż li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima per se ma tiksirx ir-relazzjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(180) |
Il-ħsara f’dan il-każ tieħu l-forma prinċipalment ta’ telf fil-volum potenzjali tal-bejgħ f’suq li qed jikber u fis-sehem mis-suq. Id-depressjoni fil-prezz li tirriżulta u t-telf ta’ l-ekonomiji ta’ skala minħabba l-utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċità wasslu għal livell insuffiċjenti ta’ profittabilità minkejja l-kondizzjonijiet ekonomiċi ġenerali favorevoli li kienu prevalenti waqt il-perjodu kkunsidrat. |
|
(181) |
L-investigazzjoni wriet li n-nuqqas ta’ titjib rigward is-sitwazzjoni ta’ bosta mill-indikaturi ta’ ħsara tal-industrija Komunitarja kien jikkoinċidi ma’ żieda f’daqqa fil-volumi ta’ importazzjoni u sehem mis-suq mir-RPĊ u limitar sostanzjali fil-prezz minn dawn l-importazzjonijiet. Instab ukoll li l-importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi oħra ma setgħux ikkontribwew għall-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja għaliex il-prezzijiet medji tal-importazzjoni huma sinifikattivament ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mhux mir-RPĊ naqas meta mqabbel mal-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-Komunità. |
|
(182) |
L-evoluzzjoni pożittiva tal-esportazzjonijiet tal-industrija Komunitarja lil pajjiżi mhux tal-KE tfisser li l-effett potenzjali ta’ dik l-evoluzzjoni ma jistax iwaqqaf l-għaqda kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
|
(183) |
Barra minn hekk, għalkemm il-prezzijiet tal-materja prima esperjenzaw żieda bla preċedenti fil-perjodu kkunsidrat, dan kellu jaffettwa lill-operaturi kollha fis-suq u, barra minn hekk, l-istruttura taż-żmien tal-indikaturi tal-ħsara ma tissuġġerix li din kienet il-kawża prinċipali tal-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
|
(184) |
Għalhekk hu konkluż li l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping li joriġinaw mir-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja fit-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
F. INTERESS KOMUNITARJU
1. Konsiderazzjonijiet ġenerali
|
(185) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien investigat jekk jeżistux raġunijiet obbligatorji li jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li timponi miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Intbagħtu kwestjonarji lill-importaturi, kummerċjanti u utenti industrijali kollha li ssemmew fl-ilment. Kienu riċevuti risposti għall-kwestjonarju minn seba’ importaturi, u kienet riċevuta wkoll xi informazzjoni mill-utenti industrijali. |
2. Interess tal-industrija Komunitarja
|
(186) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri hi mistennija li twaqqaf aktar distorsjonijiet u tirrestawra kompetizzjoni ġusta fis-suq. L-industrija Komunitarja hi industrija kompetittiva u vijabbli; dan jidher mill-fatt li hi tista’ tesporta varjetà ta’ prodotti fi swieq dinjija kompetittivi ħafna. Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri għandha tippermettilha li tilħaq livelli raġonevoli ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità, u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Dan jippermettilha wkoll li tkompli investimenti fit-teknoloġija u biex timmodernizza l-faċilitajiet tagħha tal-produzzjoni, u b’hekk tkun garantita s-sopravivenza tal-industrija Komunitarja. |
|
(187) |
Min-naħa l-oħra, jekk ma jkunux imposti miżuri anti-dumping, x’aktarx li s-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja tiddeterjora. Din ma tkunx tista’ twettaq l-investimenti meħtieġa sabiex tikkompeti b’mod effettiv mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u b’mod partikolari mir-RPĊ. Dan jisforza lill-kumpaniji biex iwaqqfu l-produzzjoni u jkeċċu lill-impjegati tagħhom fil-futur qrib. Bl-għeluq tal-produzzjoni Komunitarja, l-industrija Komunitarja f’numru ta’ setturi downstream issir dipendenti fuq fornituri barra l-Komunità. |
|
(188) |
Għaldaqstant, hu konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tippermetti lill-industrija Komunitarja li tirkupra mill-effetti ta’ dumping ta’ ħsara mġarrba u li għalhekk hi fl-interess tal-industrija Komunitarja. |
3. Interess ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati fil-Komunità
|
(189) |
Seba’ importaturi magħżula fil-kampjun finali (ara l-premessi (28) hawn fuq) ikkoperaw fl-investigazzjoni billi ppreżentaw risposta għall-kwestjonarju. Dawn is-seba’ importaturi jirrappreżentaw madwar 15 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità waqt il-PI. Madankollu, importatur wieħed ma aċċettax żjara ta’ verifika u l-informazzjoni rigward din il-kumpanija kellha titwarrab. Għall-importaturi li kkoperaw bis-sħiħ, il-prodott ikkonċernat kien jirrappreżenta parti sinifikanti mit-fatturat tagħhom. Instab li, bħala medja, il-profittabilità tal-prodott ikkonċernat hi ogħla mill-profittabilità ġenerali tal-kumpaniji. Setgħet tkun osservata żieda ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn dawn l-importaturi waqt il-perjodu kkunsidrat, kif ukoll tnaqqis ta’ xirjiet mingħand produtturi Komunitarji. |
|
(190) |
F’bosta preżentazzjonijiet riċevuti minn importaturi Komunitarji mhux relatati, intqal li jekk ikunu imposti miżuri, l-impatt negattiv ikun doppju: a) assenza ta’ kapaċità suffiċjenti fil-Komunità, jekk ikun hemm, biex jinżamm l-istess livell ta’ forniment tal-prodott ikkonċernat, u b) prezzijiet aktar għolja tal-prodott ikkonċernat, li ma jistgħux jiġu mgħoddija lill-klijenti finali, li jwassal għal telf fil-profittabilità mill-importaturi. L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat hu biss parti limitata tal-firxa ta’ prodotti offruti mill-importaturi Komunitarji mhux relatati, bil-bqija jinxtara fil-biċċa l-kbira fil-Komunità. Barra minn hekk, sabiex ma jistriħux fuq sors uniku, l-importaturi Komunitarji qed jixtru l-istess tip ta’ prodott bl-istess mod mingħand produtturi Komunitarji u tar-RPĊ, għalkemm jixtru l-akbar kwantitajiet mingħand produtturi esportaturi tar-RPĊ. Barra dan, instab li l-importaturi Komunitarji xorta għadhom jistrieħu fuq produtturi Komunitarji għall-forniment ta’ kwantitajet żgħar tal-prodott ikkonċernat sabiex jilħqu ħtiġijiet b’terminu qasir minn klijenti u biex ikomplu joffru firxa sħiħa ta’ prodotti. L-importaturi Komunitarji ma setgħu jipprovdu l-ebda evidenza konvinċenti biex jipprovaw li l-produtturi Komunitarji ma setgħux jissodisfaw id-domanda għat-tipi kollha ta’ qfieli, kemm jekk ikunu standard kif ukoll jekk jikkorrispondu għal ħtiġijiet speċifiċi tal-konsumaturi. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-importaturi Komunitarji qed dejjem aktar joffru servizzi loġistiċi speċjali addizzjonali lill-klijenti tagħhom barra s-sempliċi forniment ta’ qfieli. Għalhekk, miżuri eventwali li jkunu applikati biss għal porzjon limitat tal-firxa tal-prodott ikollhom impatt aktar limitat għaliex l-għoti tas-servizzi loġistiċi qed jiġġenera spejjeż u dħul ġodda. Għalhekk, jekk ikunu imposti miżuri, l-importaturi Komunitarji xorta jistgħu joffru l-istess livell ta’ servizzi lill-klijenti tagħhom minħabba l-kapaċitajiet tal-produzzjoni sinifikanti u diversifikati disponibbli fil-Komunità li jkunu jillimitaw l-impatt tal-miżuri fuq il-profittabilità tal-importaturi Komunitarji. |
|
(191) |
L-investigazzjoni wriet li s-sitt importaturi Komunitarji mhux relatati li saritilhom żjara żiedu b’mod sinifikanti l-bejgħ tagħhom ta’ prodotti tar-RPĊ waqt il-perjodu kkunsidrat u dan kellu effetti partikolarment pożittivi fuq il-profittabilità tal-bejgħ tagħhom tal-qfieli. Bħala medja l-marġini ta’ profitt għall-prodott ikkonċernat instab li hu superjuri għall-profitt globali tagħhom u qrib il-medja ta’ 10 %. Il-profittabilità globali għas-sitt importaturi Komunitarji mhux relatati li saritilhom żjara nstabet ukoll li hi pożittiva fil-każijiet kollha u tvarja bejn 5 u 10 %. |
|
(192) |
It-taħlita tal-prodotti offruta mill-kumpaniji investigati hi wiesgħa ħafna u l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss porzjon minnha. Barra minn hekk, l-importaturi jkomplu jixtru l-prodott ikkonċernat minn produtturi Komunitarji u jimportaw minn pajjiżi terzi oħra sabiex ma jistriħux għal kollox fuq il-forniment minn produtturi tar-RPĊ, iżda biex jirrispondu wkoll għal ħtiġijiet b’terminu qasir. Minħabba li l-importaturi qed jiddiversifikaw is-sorsi ta’ forniment tagħhom bejn il-produtturi Komunitarji u tal-Lvant Imbiegħed sabiex joffru l-aktar taħlita wiesgħa possibbli tal-prodott lill-klijenti tagħhom, jista’ jitqies li l-konsegwenzi tal-eżistenza eventwali ta’ miżuri anti-dumping fuq pajjiż esportatur wieħed m’għandhomx ikunu tali li jxekkluhom milli jkomplu joffru l-istess prodotti waqt li jżommu marġini ta’ profitt adegwati. |
|
(193) |
Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet ta’ hawn fuq, numru ta’ importaturi u assoċjazzjonijiet tagħhom iddikjaraw li l-miżuri proposti jkollhom impatt negattiv qawwi fuq in-negozju tagħhom, f’termini tal-volum tan-negozju, profittabilità u impjiegi. B’mod partikolari, l-importaturi ddikjaraw li l-impożizzjoni tad-dazji, flimkien maż-żidiet f’daqqa li kien hemm dan l-aħħar fil-prezzijiet tal-qfieli minħabba ż-żidiet fil-prezz tal-materja prima, toħloq pressjoni fuq il-likwidità tagħhom, u żżid il-ħtiġijiet tagħhom ta’ finanzi u kapital. Ġie ddikjarat ukoll li l-konsumaturi jsibu diffikultà biex jaċċettaw aktar żidiet fil-prezzijiet, u l-kuntratti eżistenti f’ħafna każijiet ikunu jfissru li l-importaturi ma jkunux kapaċi li jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet li jirriżultaw mid-dazji. Xi importaturi ddikjaraw ukoll li jiddependu b’mod qawwi fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ u li jkun diffiċli li jsibu fornituri alternattivi, fil-Komunità jew f’pajjiżi terzi oħrajn. Dan ikun partikolarment il-każ għal importaturi li investew f’faċilitajiet ta’ produzzjoni fir-RPĊ, jew li stabbilew relazzjonijiet mal-produtturi tar-RPĊ eż. għall-produzzjoni ta’ tipi ta’ qfieli partikolari. |
|
(194) |
Għalkemm id-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq ma jistgħux jiġu vverifikati, ma jistax jiġi eskluż li l-miżuri jista’ jkollhom impatt negattiv fuq xi importaturi u kummerċjanti oħra fil-Komunità, għall-inqas matul perjodu ta’ żmien qabel ma l-kuntratti jistgħu jiġu negozjati mill-ġdid u l-katina ta’ distribuzzjoni organizzata mill-ġdid. L-impatt negattiv x’aktarx li jiddependi fuq il-pożizzjoni partikolari fis-suq ta’ dawn l-operaturi, kif ukoll fuq ir-relazzjonijiet tagħhom ma’ produtturi esportaturi Ċiniżi. Madankollu, ta’ min jinnota li teżisti kapaċità ta’ produzzjoni żejda sinifikanti fost il-produtturi Komunitarji u dan huwa sors alternattiv possibbli ta’ forniment bħalma huma fornituri ta’ pajjiżi terzi oħra. |
|
(195) |
Fir-rigward tal-impatt fuq il-prezzijiet, ta’ min jinnota li għalkemm kien hemm żieda qawwija u mingħajr preċedent fil-prezz tal-vireg tal-wajer tal-azzar matul l-ewwel nofs tal-2008, dan inqaleb matul l-ewwel nofs tas-sena, u għalhekk l-impożizzjoni tad-dazju x’aktarx li sseħħ f’kuntest ta’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(196) |
F’konklużjoni, minkejja li l-impatt tal-miżuri proposti fuq l-importaturi u d-distributuri ma jitqiesx li hu daqstant qawwi kif iddikjarat minn xi wħud mill-partijiet, ma jistax jiġi eskluż li jkunu milquta' ħażin f'termini ta’ likwidità u profittabilità, b'mod partikolari matul perjodu inizjali wara l-impożizzjoni tal-miżuri. |
4. Interess tal-utenti u l-konsumaturi
|
(197) |
Intbagħtu kwestjonarji maħsuba għall-utenti lil 16-il kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji. Kienu riċevuti biss tliet risposti. Żewġ manifatturi tal-karozzi indikaw li huma ma kinux ikkonċernati mill-proċediment li għaddej, għaliex huma ma kinux jixtru l-prodott ikkonċernat direttament mir-RPĊ u ma kinux jafu s-sitwazzjoni rigward il-fornituri tagħhom. Meta jkunu kkunsidrati l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jidher li l-industrija awtomobilistika fis-sens wiesa’ (inklużi manifatturi tal-karozzi u l-fornituri tal-parts kollha tagħhom) bħalissa qed tixtri l-prodott ikkonċernat prinċipalment mill-Komunità. |
|
(198) |
It-tielet risposta ntbagħtet mill-Verband der Automobilindustries (“VDA”) – assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-vetturi Ġermaniża, li fiha hu ddikjarat li l-membri tal-VDA qed jixtru prinċipalment il-prodott ikkonċernat minn produtturi Komunitarji, biex b’hekk ikkonfermaw id-dikjarazzjonijiet magħmula miż-żewġ utenti msemmija hawn fuq. Madankollu, il-VDA topponi l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping abbażi li l-membri tagħha għandhom interess li jżommu kemm jista’ jkun sorsi ta’ forniment alternattivi possibbli. F’dan ir-rigward, jitfakkar li mhuwiex l-iskop tal-miżuri li jagħlqu s-suq Komunitarju għal fornituri minn pajjiżi terzi, iżda biss li jreġġgħu l-kompetizzjoni għal livell ekwu. Anke bil-miżuri anti-dumping proposti, in-numru ta’ atturi mill-Komunità, mir-RPĊ u pajjiżi terzi oħra hu mistenni li jkun suffiċjenti biex jiżgura forniment kompetittiv ta’ qfieli lill-industrija awtomobilistika Komunitarja. |
|
(199) |
L-ebda wieħed mill-utenti li ġew ikkuntattjati ma ta reazzjoni għall-iżvelar tad-dokument ta’ informazzjoni. Wara l-iżvelar definittiv, madankollu, produttur wieħed ta’ għamara mmuntata awtomatikament iddikjara li d-dazji anti-dumping proposti jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ispejjeż tal-prodotti tiegħu. Ta’ min jinnota li ċ-ċifri li tressqu ma setgħux jiġu vverifikati billi l-informazzjoni ngħatat tard wisq fl-investigazzjoni. Fid-dawl ta’ dan, l-allegat impatt fuq l-ispejjeż globali tal-għamara ta’ din il-kumpanija jidher li hu esaġerat fid-dawl tal-volum tipiku tal-prodott ikkonċernat li jinsab fl-għamara mmuntata awtomatikament. |
|
(200) |
Qabel u wara l-iżvelar definittiv, xi importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom urew tħassib simili dwar l-impatt possibbli fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-kostruzzjoni, li hija utent ewlieni tal-qfieli u qed tbati minn deterjorazzjoni ċiklika qawwija. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota l-ewwel nett li l-industrija tal-kostruzzjoni mhijiex esposta għall-kompetizzjoni internazzjonali, u dan jillimita l-impatt taż-żidiet fl-ispejjeż fuq il-qagħda tagħha fis-suq. It-tieni, il-piż tal-prodott ikkonċernat fl-ispejjeż ta’ din l-industrija qatt ma ġie kwantifikat mill-partijiet li ressqu dawn il-kummenti. |
|
(201) |
B’mod ġenerali, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-fajl, il-qfieli, f’bosta mill-każijiet, jikkostitwixxu biss parti żgħira mill-ispiża tal-produzzjoni totali u d-dazji anti-dumping mhux ser ikollhom impatt prinċipali fuq l-ispejjeż u s-sitwazzjoni tal-industriji utenti kkonċernati |
|
(202) |
Wara l-iżvelar definittiv, bejjiegħ wieħed bl-imnut u żewġ assoċjazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imut tat-taqsima tad-DIY iddikjaraw li l-miżuri jkollhom impatt qawwi fuq il-prezzijiet bl-imnut, b’konsegwenzi negattivi f’termini ta’ inflazzjoni, il-benessri tal-konsumatur u s-sitwazzjoni ekonomika fis-settur tad-DIY. Minkejja li dawn id-dikjarazzjonijiet ma setgħux jiġu vverifikati fid-dettall minħabba d-dewmien tal-kummenti tagħhom, ta’ min jinnota li d-dazji proposti ma jirrappreżentawx aktar minn ftit perċentwali tal-prezzijiet bl-imnut tal-qfieli osservati fis-settur tad-DIY. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss madwar 0,5 % tal-valur tal-bejgħ tas-settur tad-DIY, u dan jindika wkoll li l-prodott ikkonċernat ma jirrappreżentax komponent ewlieni f’tendenza ta’ konsum ta’ konsumatur tipiku. |
|
(203) |
Produttur wieħed u żewġ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi tal-hekk imsejħa ankri ppreżentaw il-kummenti wara l-iżvelar definittiv. Dawn il-partijiet kollha opponew il-miżuri, għalkemm assoċjazzjoni waħda għarfet li l-membri tagħha ħabbtu wiċċhom ma sitwazzjonijiet differenti, u ħadu pożizzjonijiet diverġenti, f’dan ir-rigward. Id-dikjarazzjoni ewlenija tagħhom kienet li l-manifatturi tal-ankri fil-Komunità jsibu ruħhom fi żvantaġġ kompetittiv, billi l-miżuri ma jkunux ikopru l-prodott aħħari tagħhom, jiġifieri l-ankri, iżda jkopru xi komponenti li huma importati mir-RPĊ. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li dawn il-komponenti ma setgħux jinkisbu fil-Komunità, u dan ġie kkontestat mill-industrija Komunitarja. Billi dawn id-dikjarazzjonijiet saru relattivament tard fil-proċediment, ma setgħux jiġu verifikati b'mod xieraq. Madankollu, ġie stabbilit li jekk ikun meħtieġ, il-produtturi Komunitarji huma f’pożizzjoni li jfornu l-komponenti li bħalissa huma importati mir-RPĊ. |
5. Interess tal-fornituri tal-azzar
|
(204) |
L-Eurofer qalet li l-industrija tal-azzar Komunitarja upstream, jiġifieri l-produtturi Komunitarji tal-vireg wajer u staneg għal applikazzjonijiet mingħajr trattament bis-sħana, iffaċċjaw deterjorazzjoni tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tagħhom bejn l-2004 u l-2007, allegatament minħabba kemm il-pressjoni tal-importazzjoni diretta fil-firxa tal-prodott tagħhom u t-tgħawwir tas-swieq downstream tagħhom minn kompetizzjoni inġusta. Għalhekk, din l-organizzazzjoni qalet li l-produtturi Komunitarji tal-vireg wajer u ta’ staneg għal applikazzjonijiet mingħajr trattament bis-sħana ukoll għandhom kapaċità disponibbli biex iservu lill-produtturi Komunitarji tal-prodott ikkonċernat. |
|
(205) |
Ftit wara, din id-dikjarazzjoni kienet ripetuta minn żewġ produtturi tal-wajer tal-azzar ibbażati fi Spanja u fir-Repubblika Ċeka. Skont dawn il-kumpaniji, hemm biżżejjed kapaċità fil-Komunità biex taqdi għal żieda eventwali tal-produzzjoni Komunitarja tal-prodott ikkonċernat. |
|
(206) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, hu konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun fl-interess tal-fornituri tal-materja prima fil-Komunità. |
6. Kompetizzjoni u l-effetti tad-distorsjoni tal-kummerċ
|
(207) |
Bosta importaturi, esportaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom qalu li l-impożizzjoni ta’ miżuri twassal għal rinfurzar tal-pożizzjoni allegatament dominanti tal-akbar żewġ produtturi Komunitarji. |
|
(208) |
F’dan ir-rigward, instab li hemm numru kbir ta’ produtturi fil-Komunità, kif ukoll importazzjonijiet minn diversi pajjiżi terzi li ser jiżguraw li l-utenti u l-bejjiegħa bl-imnut ikomplu jkollhom għażla wiesgħa ta’ fornituri differenti ta’ prodott simili bi prezzijiet raġjonevoli. Barra minn hekk, hu kkunsidrat li l-prodotturi esportaturi fir-RPĊ ser ikunu jistgħu jkomplu jbigħu il-prodott ikkonċernat, minkejja li bi prezzijiet mhux ta’ ħsara, għaliex għandhom pożizzjoni b’saħħitha fis-suq fil-Komunità. |
|
(209) |
Għalhekk, ser ikun hemm numru sinifikanti ta’ atturi fis-suq, li ser ikunu jistgħu jissodisfaw id-domanda. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, hu għalhekk konkluż li l-kompetizzjoni x’aktarx li ser tibqa’ b’saħħitha wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping. |
7. Żviluppi wara l-PI
|
(210) |
Bosta importaturi, esportaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom sostnew li wara l-PI, minħabba żviluppi fl-ispejjeż tal-materja prima, is-sitwazzjoni tas-suq fir-RPĊ u ż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdiedet sewwa f’daqqa. Intqal li dan ser iwassal għal livelli konsiderevolment aktar baxxi ta’ dumping u ħsara, bl-impożizzjoni tal-miżuri ma tibqax aktar f’lokha. |
|
(211) |
Għandu jkun innotat li l-iżviluppi tal-prezzijiet tal-merkanzija globali, l-enerġija eċċ. jaffettwaw l-atturi kollha fis-suq bl-istess mod, u għalhekk mhux ser iwasslu per se għal livelli aktar baxxi ta’ dumping jew tnaqqis minn dawk misjuba waqt il-PI. |
|
(212) |
Il-kwistjoni ġiet madankollu eżaminata. Skont l-aħħar dejta statistika disponibbli, l-importazzjonijiet mir-RPĊ matul l-ewwel nofs tal-2008 qed juru biss żieda żgħira fil-prezz għal kull unità meta mqabbel mas-sena preċedenti, minkejja żieda sewwa f’daqqa fil-prezzijiet internazzjonali tal-azzar. Barra minn hekk, il-kwantitajiet importati mir-RPĊ ma naqsux fl-ewwel nofs tal-2008. |
|
(213) |
Ġie konkluż, għalhekk, li m’hemm l-ebda żviluppi wara l-PI li jrendu l-impożizzjoni ta’ miżuri inadatta mill-perspettiva tal-interess Komunitarju. |
8. Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju
|
(214) |
L-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku jirreferi għall-ħtieġa li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa ta’ rimedju għall-effetti li jxekklu l-kummerċ ta’ dumping li jagħmel ħsara u li tiġi stabbilita mill-ġdid kompetizzjoni effettiva, minkejja li din id-dispożizzjoni partikolari trid titqies fil-qafas globali tat-test dwar l-interess Komunitarju kif stabbilit fl-Artikolu msemmi qabel. Għaldaqstant, għandhom jitqiesu l-effetti tal-impożizzjoni jew tan-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-miżuri fuq il-partijiet kollha kkonċernati. |
|
(215) |
Ma jistax jiġi eskluż li l-impożizzjoni tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq xi imporaturi u kummerċjanti fil-Komunità. Madankollu, jitqies li l-impożizzjoni tal-miżuri se ġġib magħha ċerti benefiċċji għall-industrija Komunitarja kif ukoll għall-industriji fornituri fil-Komunità, bħal żieda fil-produzzjoni u fl-impjiegi. |
|
(216) |
Minkejja li l-koperazzjoni mill-utenti kienet limitata, huwa stmat li l-impatt tal-miżuri fuq l-ispejjeż ta’ dawk l-industriji jkun relattivament negliġibbli, u li l-miżuri ma jwasslux għal nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq Komunitarju. |
|
(217) |
Bħala konklużjoni, fid-dawl tal-marġnijiet għolja ta’ dumping u ħsara, jitqies li, f’dan il-każ partikolari, fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mhemmx evidenza biżżejjed biex jiġi konkluż li l-impożizzjoni possibbli ta’ miżuri tkun biċ-ċar sproporzjonata u kontra l-interess Komunitarju. |
G. IMPENJI
|
(218) |
Il-Kummissjoni rċeviet offerti ta’ impenn minn bosta produtturi esportaturi individwali, u mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti tal-Elettriku (“CCCME”) li tirrappreżenta l-esportaturi tar-RPĊ, f’isem il-membri tagħha. Bosta produtturi esportaturi oħra indikaw il-ħsieb tagħhom li joffru l-impenji. |
|
(219) |
L-ewwel nett, ta’ min jinnota li hemm aktar minn 100 produttur tal-esportazzjoni involuti f'dan il-proċediment. In-numru tal-produtturi esportaturi attwali u potenzjali tqies li kien kbir wisq biex ikun prattikabbli, billi jwassal biex ikun ferm diffiċli li jiġi mmonitorjat kwalunkwe tip ta’ prezz. Barra minn hekk, tmienja biss minn dawn il-kumpaniji ġew invesigati u ngħataw TI. |
|
(220) |
It-tieni, il-prodott ikkonċernat huwa kkaratterizzat minn numru konsiderevoli ta’ tipi ta’ prodotti, bi prezzijiet b’mod sinifikanti differenti u xi karatteristiċi ma jistgħux jiġu faċilment osservati mal-importazzjoni. Dan jagħmilha prattikament impossibbli li jiġu stabbiliti prezzijiet minimi għal kull tip ta’ prodott, li jkun ġust u jista’ jiġi mmonitorjat b’mod xieraq mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri mal-importazzjoni. Barra minn hekk, l-għadd kbir ta’ tipi ta’ prodotti differenti, klassifikati taħt mhux inqas minn 10 Kodiċi NM, iżid ir-riskju ta’ evażjoni b’mod konsiderevoli. Fl-istess waqt, ta’ min jinnota li bħalissa hemm miżuri anti-dumping imposti fuq ċerti qfieli tal-istainless steel li joriġinaw, inter alia, fir-RPĊ (6). Minħabba l-fatt li numru żgħir biss ta’ produtturi esportaturi jistgħu jiġu investigati individwalment, ma jistax jiġi eskluż li xi kumpaniji li joffru impenn, jipproduċu u jbigħu wkoll dawk il-qfieli tal-istainless steel lill-istess konsumaturi fl-UE. F’dawn il-każijiet, hemm riskju addizzjonali ta’ evażjoni. |
|
(221) |
Fl-aħħar nett, il-prodott ikkonċernat wera volatilità konsiderevoli fil-prezzijiet u għaldaqstant mhuwiex adegwat għal impenn ta’ prezz fiss għal perjodu ta’ żmien estiż. Il-volatilità fil-prezzijiet hija dovuta għall-volatilità, b’mod partikolari f’dawn l-aħħar xhur, ta’ prezzijiet tal-materja prima, jiġifieri vireg tal-wajer tal-azzar. Dan iżid il-kumplessità tal-monitoraġġ tal-impenji. |
|
(222) |
Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, tqies li l-impenji tal-prezzijiet ma kinux prattikabbli u ma setgħux jiġu aċċettati. |
H. MIŻURI DEFINITTIVI
1. Livelli ta’ eliminazzjoni tal-ħsara
|
(223) |
Il-livell ta’ kwalunkwe miżura anti-dumping għandu jkun suffiċjenti biex jelimina l-ħsara lill-industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati, mingħajr ma jaqbeż il-marġini ta’ dumping li nstabu. Meta jkun ikkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping ta’ ħsara, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja li takkwista profitt qabel it-taxxa li jista’ jintlaħaq raġjonevolment taħt kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet iddampjati. Għal dan il-għan, kien ikkunsidrat li marġini ta’ profitt ta’ 5 % hu livell xieraq li l-industrija Komunitarja tista’ tkun mistennija li takkwista wkoll rigward il-prodott simili fl-assenza ta’ dumping ta’ ħsara. |
|
(224) |
Iż-żieda meħtieġa fil-prezz imbagħad kienet stabbilita abbażi ta’ paragun, skont it-tip tal-prodott, tal-prezz tal-importazzjoni medju peżat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-tnaqqis tal-prezz, bil-prezz mhux ta’ ħsara tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Il-prezz mhux ta’ ħsara kien akkwistat billi kien aġġustat il-prezz tal-bejgħ mill-industrija Komunitarja sabiex jirrifletti l-marġini ta’ profitt imsemmi hawn fuq. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan il-paragun imbagħad ġiet espressa bħala perċentwali tal-valur tal-importazzjoni CIF totali. |
|
(225) |
Wara l-iżvelar definittiv, esportatur wieħed indika żball klerikali fil-kalkolu tal-marġni ta’ ħsara. Instab li dan l-iżball affettwa l-marġnijiet ta’ ħsara għall-esportaturi kollha. Il-marġnijiet kollha ta’ ħsara ġew ikkoreġuti skont dan. |
|
(226) |
Il-paragun tal-prezz imsemmi hawn fuq wera l-marġnijiet ta’ ħsara li ġejjin, għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjunament:
|
|
(227) |
Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw mogħtija eżami individwali, il-marġnijiet ta’ ħsara, ikkalkulati kif spjegat hawn fuq, huma kif ġej:
|
|
(228) |
Kif imsemmi fil-premessa (110) hawn fuq, il-grad ta’ koperazzjoni tal-produtturi esportaturi tar-RPĊ jista’ jkun ikkunsidrat baxx. Għalhekk il-marġini ta’ ħsara għall-kumpaniji li ma kkoperawx kien stabbilit bħala medju tal-valur misjub fid-dejta mill-Eurostat u l-ogħla marġnijiet misjuba għal tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantità rappreżentattiva mill-produttur esportatur li kkopera bl-ogħla livell ta’ ħsara. |
|
(229) |
Fuq din il-bażi l-marġini ta’ ħsara mifrux mal-pajjiż kollu jammonta għal 185,0 % tal-prezz fil-fruntiera Komunitarja CIF, bid-dazju mhux imħallas. |
|
(230) |
Waqt il-proċediment, u b'mod partikulari wara l-għeluq definittiv, xi importaturi ddikjaraw li huma wettqu għadd ta’ operazzjonijiet fir-RPĊ, bħal imballaġġ tal-bejgħ u kontroll tal-kwalità li l-valur tagħhom ma għandux ikun inkluż fil-prezz tas-CIF fuqu jkun se jiġi applikat id-dazju. Iżda, din is-sitwazzjoni ma nstabet fl-ebda produttur tal-esportazzjoni li kien investigat u anki jekk ippruvata, tidher li taffettwa biss frazzjoni żgħira tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ teżamina aktar din il-kwistjoni. |
|
(231) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ qabel u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, hu kkunsidrat li għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-inqas marġini ta’ dumping jew ħsara. |
2. Miżuri definittivi
|
(232) |
Konsegwentement, id-dazji anti-dumping għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(233) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni rigward dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kuntrarju għad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fir-RPĊ u prodotti minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmula minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dan imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn din ir-rata u għandhom ikunu soġġetti għal dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(234) |
Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ rata tad-dazju anti-dumping għal kumpanija individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda għall-produzzjoni jew għall-bejgħ) għandha tkun indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija relatata mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjat, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament ser jiġi għaldaqstant emendat billi tkun aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenfikaw minn dazji individwali. |
|
(235) |
Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien intenzjonat li tkun irrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping definittivi. Huma ngħataw ukoll perjodu li fih jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal din il-preżentazzjoni. Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet kienu debitament ikkunsidrati u, fejn xieraq, il-konklużjonijiet kienu għaldaqstant modifikati. |
|
(236) |
Sabiex ikun żgurat trattament ugwali bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament, għandha ssir previżjoni għad-dazju medju peżat impost fuq il-kumpaniji tal-aħħar li jkun applikat għal kwalunkwe esportatur ġdid li inkella jkun intitolat li jkun rivedut skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, bl-11(4) ma japplikax fejn intuża l-kampjunament. |
3. Monitoraġġ speċjali
|
(237) |
Biex jiġu minimizzati r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju fost il-produtturi esportaturi, jitqies li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej: |
|
(238) |
Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li mhumiex akkumpanjati minn din il-fattura għandhom ikunu soġġetti għal dazju residwu ta’ anti-dumping applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha. |
|
(239) |
F’każ li l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi, jiżdiedu b’mod sinfikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fit-tendenza tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkustanzi u sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni kontra l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju mal-pajjiż kollu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan hu impost dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar, barra minn stainless steel, jiġifieri viti tal-injam (esklużi viti coach), viti self-tapping, viti u boltijiet oħra bl-irjus (kemm jekk bl-iskorfini jew woxers tagħhom kif ukoll jekk le, iżda li jeskludu viti li saru minn bars, vireg, profili jew wajer, ta’ sezzjoni solida, ta’ ħxuna tat-tul li ma taqbiżx is-6 mm u li jeskludu viti u boltijiet biex jitwaħħal materjal għall-kostruzzjoni ta’ linji ferrovjarji), u woxers, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7318 12 90 , 7318 14 91 , 7318 14 99 , 7318 15 59 , 7318 15 69 , 7318 15 81 , 7318 15 89 , ex 7318 15 90 , ex 7318 21 00 u ex 7318 22 00 (Kodiċi TARIC 7318 15 90 19, 7318 15 90 69, 7318 15 90 89, 7318 21 00 29, 7318 21 00 99, 7318 22 00 29 u 7318 22 00 99).
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn isfel għandu jkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Biao Wu Tensile Fasteners Co., Ltd., Shanghai |
69,9 |
A924 |
|
CELO Suzhou Precision Fasteners Co., Ltd., Suzhou |
0,0 |
A918 |
|
Changshu City Standard Parts Factory and Changshu British Shanghai International Fastener Co., Ltd., Changshu |
63,1 |
A919 |
|
Golden Horse (Dong Guan) Metal Manufactory Co., Ltd., Dong Guan |
26,5 |
A920 |
|
Kunshan Chenghe Standard Components Co., Ltd., Kunshan |
79,5 |
A921 |
|
Ningbo Jinding Fastener Co., Ltd., Ningbo |
64,4 |
A922 |
|
Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd., Ningbo |
78,3 |
A923 |
|
Yantai Agrati Fasteners Co., Ltd., Yantai |
0,0 |
A925 |
|
Il-kumpaniji elenkati fl-Anness I |
77,5 |
A928 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
85,0 |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali invalida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
4. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali.
Artikolu 2
Fejn kwalunkwe parti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina tipprovdi evidenza suffiċjenti lill-Kummissjoni li hija ma esportatx il-merkanzija deskritta fl-Artikolu 1(1) li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007; li hija mhijiex relatata ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u li fil-fatt hi esportat il-merkanzija kkonċernata jew daħlet f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex tesporta kwantità sinifikanti lill-Komunità wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kunsill, billi jaġixxi b’maġġornaza sempliċi fuq proposta mill-Kummissjoni, wara li jikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-Artikolu 1(2) sabiex jattribwixxi lil dik il-parti d-dazju applikabbli għal produtturi li kkoperaw mhux fil-kampjun, jiġifieri 77,5 %.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(2) ĠU C 267, 9.11.2007, p. 31.
(3) Sors: Steel Bulletin Board u dejta akkwistata minn u vverifikata fil-kumpaniji investigati.
(4) Pereżempju “Money for Metal: A detailed Examination of Chinese Government Subsidies to its Steel Industry” minn Wiley Rein LLP, Lulju 2007, “China Government Subsidies Survey” minn Anne Stevenson-Yang, Frar 2007, “Shedding Light on Energy Subsidies in China: An Analysis of China's Steel Industry from 2000-2007” minn Usha C.V. Haley, “China's Specialty Steel Subsidies: Massive, Pervasive and Illegal” mill-ISpecialty Steel Industry tal-Amerika ta’ Fuq u “The China Syndrome: How Subsidies and Government Intervention Created the World's Largest Steel Industry” minn Wiley Rein & Fielding LLP, Lulju 2006.
(5) Rapporti Annwali għall-2007 mill-Maanshan Iron & Steel Co., Ltd u Baoshan Iron & Steel Co., Ltd.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005, ĠU L 302, 19.11.2005, p. 1.
ANNESS I
PRODUTTURI ESPORTATURI LI KKOPERAW, MHUX INKLUŻI FIL-KAMPJUN
Kodiċi Addizzjonali TARIC A928
|
Abel Manufacturing Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Autocraft Industrial (Shanghai) Ltd. |
Shanghai |
|
Changshu Fuxin Fasteners Manufacturing Co., Ltd. |
Changshu |
|
Changshu Shining Sun Fasteners Manufacturing Co., Ltd. |
Changshu |
|
Changzhou Oread Fasteners Co., Ltd. |
Changzhou |
|
Chun Yu (Dongguan) Metal Products Co., Ltd. |
Dongguan |
|
Cixi Zhencheng Machinery Co., Ltd. |
Cixi |
|
Dongguan Danny & Kuen Metal & Co., Ltd. |
Dongguan |
|
Foshan Nanhai Gubang Metal Goods Co., Ltd. |
Foshan |
|
Gem-year industrial Co., Ltd. |
Jiashan |
|
Guangzhou Tianhe District Zhonggu Hardware Screw Manufacture |
Guangzhou |
|
Haining Xinxin Hardware Standard Tools Co., Ltd. |
Haining |
|
Haiyan Flymetal Hardware Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Haiyan Haitang Fasteners Factory |
Jiaxing |
|
Haiyan Hardware Standard Parts Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Haiyan Lianxiang Hardware Products Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Haiyan Mengshi Screws Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Haiyan Self-tapping Screws Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Haiyan Sun's Jianxin Fasteners Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Haiyan Xinan Standard Fastener Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Haiyan Xinglong Fastener Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Hangzhou Everbright Metal Products Co., Ltd. |
Hangzhou |
|
Hangzhou Spring Washer Co., Ltd. |
Hangzhou |
|
Hott Metal Part and Fasteners Inc. |
Changshu |
|
J. C. Grand (China) Corporation |
Jiaxing |
|
Jiangsu Jiangyu Metal Work Co., Ltd. |
Dongtai |
|
Jiashan Yongda Screw Co., Ltd. |
Jiashan |
|
Jiaxiang Triumph Hardware Co., Ltd. |
Haining |
|
Jiaxing Victor Screw Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Jinan Star Fastener Co., Ltd. |
Jinan |
|
Jin-Well Auto-parts (zhejiang) Co., Ltd. |
Jiashan |
|
Kinfast Hardware Co., Ltd. |
Haining |
|
Ningbo Alliance Screws and Fasteners Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Anchor Fasteners Industrial Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Dafeng Machinery Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Development Zone Yonggang Fasteners Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Fastener Factory |
Ningbo |
|
Ningbo Haixin Hardware Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Haixin Railroad Material Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Jinhui Gaoqiang Fastener Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Jinpeng High Strength Fastener Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Jintai Fastener Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Jinwei Standard Parts Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Jiulong Fasteners Manufacture Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Londex Industrial Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Minda Machinery & Electronics Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Ningli High-Strength Fastener Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Qunli Fastener Manufacture Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Special - Wind - Fasteners (China) Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Xinxing Fasteners Manufacture Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Yonggang Fasteners Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Zhenhai Xingyi Fasteners Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Zhongbin Fastener Manufacture Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Ningbo Zhongjiang High Strength Bolt Co., Ltd. |
Ningbo |
|
Robertson Inc. (Jiaxing) |
Jiashan |
|
Shanghai Boxed Screw Manufacturing Company Limited |
Shanghai |
|
Shanghai Fenggang Precision Inc. |
Shanghai |
|
Shanghai Foreign Trade Xiasha No. 2 Woodscrew Factory Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Shanghai Great Diamond Fastener Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Shanghai Hang Hong Metal Products Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Shanghai Hangtou Fasteners Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Shanghai Huaming Hardware Products Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Shanghai Moregood C&F Fastener Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Shanghai Moresun Fasteners Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Shanghai Qingpu Ben Yuan Metal Products Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Shanghai Ren Sheng Standardized Item Manufacture Ltd, Co |
Shanghai |
|
Shanghai Shuyuan Woodscrews Factory |
Shanghai |
|
Shanghai SQB Automotive Fasteners Company Ltd. |
Shanghai |
|
Shanghai Tapoo Hardware Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Shanghai Yifan High-Intensity Fasteners Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Shanxi Jiaocheng Zhicheng Foundry Ltd. |
Jiaocheng |
|
Shenzhen Top United Steel Co., Ltd. |
Shenzhen |
|
Sundram Fasteners (Zhejiang) Limited |
Jiaxing |
|
Sunfast (Jiaxing) Enterprise Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Suzhou Escort Hardware Manufacturing Co., Ltd. |
Suzhou |
|
Taicang Rongtong Metal Products Co., Ltd. |
Taicang |
|
Tangshan Huifeng Standard Component Make Co., Ltd. |
Tangshan |
|
Tangshan Xingfeng Screws Co., Ltd. |
Tangshan |
|
Tapoo Metal Products (Shanghai) Co., Ltd. |
Shanghai |
|
Tianjin Jiuri Manufacture & Trading Co., Ltd. |
Tianjin |
|
Wenzhou Excellent Hardware Apparatus Packing Co., Ltd. |
Wenzhou |
|
Wenzhou Junhao Industry Co., Ltd. |
Wenzhou |
|
Wenzhou Tian Xiang Metal Products Co., Ltd. |
Wenzhou |
|
Wenzhou Yili Machinery Development Co., Ltd. |
Wenzhou |
|
Wenzhou Yonggu Fasteners Co., Ltd. |
Wenzhou |
|
Wuxi Huacheng Fastener Co., Ltd. |
Wuxi |
|
Wuxi Qianfeng Screw Factory |
Wuxi |
|
Xingtai City Ningbo Fasteners Co., Ltd. |
Xingtai |
|
Yueqing Quintessence Fastener Co., Ltd. |
Yueqing |
|
Zhejiang Jingyi Standard Components Co., Ltd. |
Yueqing |
|
Zhejiang New Oriental Fastener Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Zhejiang Qifeng Hardware Make Co., Ltd. |
Jiaxing |
|
Zhejiang Rising Fasteners Co., Ltd. |
Hangzhou |
|
Zhejiang Yonghua Fasteners Co., Ltd. |
Rui' An |
|
Zhejiang Zhongtong Motorkits Co., Ltd. |
Shamen |
|
Zhongshan City Jinzhong Fastener Co., Ltd. |
Zhongshan |
ANNESS II
Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej, għandha tidher fuq fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):
|
1. |
[L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħarġet il-fattura kummerċjali.] |
|
2. |
Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-[volum] ta’ prodotti ta’ qfieli mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità Ewropea koperti minn din il-fattura kien immanifatturat minn [l-isem u l-indirizz tal-kumpanija] [kodiċi addizzjonali TARIC] fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija kompluta u korretta. [Data u firma]” |