22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/7


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 47/2009

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2183/2004 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 123(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2183/2004 (2) estenda l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 (3) għall-Istati Membri li mhumiex l-Istati Membri parteċipanti elenkati fir-Regolament (KE) Nru 974/98 tat-3 Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro (4).

(2)

Ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2182/2004 ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 46/2009 (5). Jeħtieġ li r-regoli dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro li jkollhom disinn simili għall-muniti tal-euro jkunu uniformi fil-Komunità kollha u huwa kunsiljabbli li jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għal dan il-għan.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2183/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2183/2004 huwa b’dan sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 1

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 46/2009 (*1) hija b’dan estiża għall-Istati Membri li mhumiex l-Istati Membri parteċipanti elenkati fl-Artikolu 1(a) r-Regolament (KE) Nru 974/98.

(*1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5).” "

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)   ĠU C 283, 7.11.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 373, 21.12.2004, p. 7.

(3)   ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1 (L-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap 10, Vol 1, p. 111).

(5)  Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.