20.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 14/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 39/2009

tad-19 ta’ Jannar 2009

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tal-faqqiegħ ippreservat fis-sena 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), (titolu mhux uffiċjali) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji min-naħa ta' l-importaturi tradizzjonali u/jew importaturi ġodda bejn it-2 u t-8 ta’ Jannar 2009 skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għall-faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi (3) jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li ġejjin miċ-Ċina u minn pajjiżi oћra.

(2)

Għaldaqstant, jaqbel li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-15 ta’ Jannar 2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqa skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006 bejn it-2 u t-8 ta’ Jannar 2009 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar 2009, għandhom jintlaqgħu b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegћu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 368, 23.12.2006, p. 91.


ANNESS I

L-oriġini tal-prodotti

Il-perċentwali tal-assenjazzjoni

Iċ-Ċina

Pajjiżi terzi oħrajn barra ċ-Ċina

importaturi tradizzjonali

[Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006]

57,547896  %

importaturi ġodda

[Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006]

5,656152  %

100  %

“—”

:

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.