1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/66


ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/152/KE

tat-30 ta' Novembru 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tad-data ta' skadenza għall-inklużjoni fl-Anness I tas-sustanza attiva carbendazim

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/135/KE (2), il-carbendazim kien inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik l-inklużjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2009.

(2)

Fuq talba l-inklużjoni ta' sustanza attiva tista' tiġi mġedda għal perjodu li ma jaqbiżx l-għaxar snin. Fis-6 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet tali talba mingħand in-notifikant dwar it-tiġdid tal-inklużjoni għal din is-sustanza.

(3)

Fl-10 ta' Jannar 2008, in-notifikatur issottometta dossier tekniku lill-Istat Membru relatur, il-Ġermanja, b'sostenn tat-talba tiegħu. Il-Ġermanja tat l-abbozz tagħha tar-rapport tal-evalwazzjoni mill-ġdid fis-27 ta' Lulju 2009. Huwa meħtieġ li l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari twettaq reviżjoni esperta.

(4)

Minħabba li huwa impossibbli li titlesta l-proċedura tat-tiġdid qabel id-data meta l-inklużjoni tal-carbendazim se tiskadi u peress li t-talba għat-tiġdid saret fi żmien suffiċjenti, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 91/414/KEE, it-tiġdid għandu jingħata għall-perjodu neċessarju sabiex titlesta dik il-proċedura.

(5)

Għalhekk, huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fir-ringiela Nru 149 (il-carbendazim (l-istereochemistry mhux dikjarata) Nru CAS 10605-21-7 CIPAC Nru 263), fis-sitt kolonna (l-iskadenza tal-inklużjoni), il-kliem “31 ta' Diċembru 2009” huwa sostitwiti bil-kliem “31 ta' Diċembru 2010”.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza tali fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 12.12.2006, p. 37.