|
10.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/51 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/118/KE
tad-9 ta’ Settembru 2009
li temenda l-Annessi minn II sa V għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,
Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2009/29/KE tipprevedi li ċerti żoni għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti. |
|
(2) |
Ċerti reġjuni u partijiet ta’ reġjuni fl-Awstrija ġew rikonoxxuti għal żmien limitat bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 (2). L-Awstrija ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa ġiet stabbilita fit-territorju tagħha. Għalhekk dawk ir-reġjuni u dawk il-partijiet mir-reġjuni ma għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti. |
|
(3) |
Fil-Greċja, Kreta u Lesvos ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Il-Greċja ressqet informazzjoni li turi li l-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. issa hija stabbilita f’dawk ir-reġjuni. Għalhekk Kreta u Lesvos ma għandhomx jibqgħu jiġu rrikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara. |
|
(4) |
B’riżultat ta’ emendi preċedenti wħud mill-annotazzjonijiet u referenza għal żona protetta fl-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE ma għadhomx jgħoddu u għandhom jitħassru. |
|
(5) |
Ċerti kodiċi tal-injam u ta’ artikoli tal-injam tan-Nomenklatura Magħquda ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 (3). Jeħtieġ li d-Direttiva 2000/29/KE tiġi adattata għal dawk l-iżviluppi tekniċi. |
|
(6) |
L-Annessi minn II sa V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi minn II sa V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2009.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Annessi minn II sa V tad-Direttiva 2000/29/KE qed jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti B tal-Anness II qed tiġi emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti B tal-Anness III qed tiġi emendata kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|