18.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/10


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/108/KE

tas-17 ta’ Awwissu 2009

li temenda, bl-iskop li din tiġi adattata għal progress tekniku, id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ vetturi ta’ żewġ jew tliet roti b’mutur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2002 li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi b’żewġ roti jew bi tlieta bil-mutur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ vetturi ta’ żewġ jew tliet roti b’mutur (2) hija waħda mid-Direttivi separati għall-iskopijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, kif stipulata mid-Direttiva 2002/24/KE.

(2)

Sabiex tiġi kkunsidrata l-imġiba speċifika tal-vetturi ibridi, għandha tiġi adattata l-proċedura tat-test tal-approvazzjoni tat-tip użata biex jitkejlu l-gassijiet li jniġġsu li joħorġu minn vetturi b’żewġ roti jew bi tlieta. Għal dan il-għan, huwa xieraq li tiġi adottata proċedura simili għal dik użata fir-Regolament UNECE Nru 83 dwar l-Emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magni.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-vetturi ibridi jikkonformaw mal-limiti tal-istorbju stabbiliti fid-Direttiva 97/24/KE fil-modi kollha ta’ kif jaħdmu huwa neċessarju wkoll li tiġi adattata l-proċedura tat-test tal-approvazzjoni tat-tip li tintuża għall-kejl tal-istorbju kif stipulat fid-Direttiva 97/24/KE.

(4)

Id-Direttiva 97/24/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 97/24/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness II tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Direttiva;

(2)

L-Anness III tal-Kapitolu 9 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-Direttiva;

(3)

L-Anness IV tal-Kapitolu 9 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat skont l-Anness III ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   B’effett mill-1 ta’ Mejju 2010, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati ma’ miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja jew l-emissjonijiet tal-istorbju, jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi b’żewġ roti jew bi tlieta li jkunu konformi mad-Direttiva 97/24/KE kif emendata minn din id-Direttiva.

2.   B’effett mill-1 ta’ Mejju 2010, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma’ miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja jew l-emissjonijiet tal-istorbju, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE lil kwalunkwe tip ġdid ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta li ma tkunx konformi mad-Direttiva 97/24/KE kif emendata minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2010. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1.


ANNESS I

EMENDA GĦALL-ANNESS II TAL-KAPITOLU 5 TAD-DIRETTIVA 97/24/KE

L-Anness II tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 1.10 li ġej huwa miżjud:

“1.10.

‘Vettura elettrika ibrida (HEV)’ tfisser mutur b’żewġ roti, mutur bi tliet roti jew mutur b’erba’ roti li, għall-fini ta’ propulsjoni mekkanika, tieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi ta’ enerġija maħżuna fuq il-vettura li ġejjin:

(a)

fjuwil konsumabbli;

(b)

apparat ta’ ħażna tal-enerġija elettrika.”

(2)

Il-punt 2.2.1.3 li ġej huwa mdaħħal:

“2.2.1.3.

Fil-każ ta’ vettura elettrika Ibrida japplika l-Appendiċi 3”.

(3)

L-Appendiċi 3 li ġej huwa miżjud:

Appendiċi 3

Proċedura ta’ test għall-emissjonijiet għal muturi b’żewġ roti, muturi bi tliet roti u muturi b’erba’ roti elettriċi ibridi

1.   AMBITU

Dan l-anness jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi elettriċi ibridi.

2.   KATEGORIJI TA’ VETTURI ELETTRIĊI IBRIDI

Iċċarġjar tal-vettura

Iċċarġjar Mhux fuq il-Vettura (1)

(OVC)

Iċċarġjar fuq il-Vettura (2)

(NOVC)

Swiċċ operattiv tal-modalitajiet

Mingħajr

Bi

Mingħajr

Bi

3.   METODI TA’ TTESTJAR TAT-TIP I

Għat-test tat-tip I, il-muturi b’żewġ roti jew il-muturi bi tliet roti b’magna elettrika ibrida għandhom jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a) kif preskritta fil-punt 2.2.1.1.5 tal-Anness II. Għal kull kundizzjoni tat-test, ir-riżultat tat-test tal-emissjonijiet għandu jkun konformi mal-limiti speċifikati fil-punt 2.2.1.1.5 tal-Anness II.

3.1.   Vetturi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament (OVC HEV) mingħajr swiċċ operattiv tal-modalitajiet

3.1.1.   Għandhom jitwettqu żewġ testijiet taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Il-Kundizzjoni A: it-test għandu jitwettaq b’apparat ta’ ħżin tal-enerġija elettrika li jkun iċċarġjat kompletament.

 

Il-Kundizzjoni B: it-test għandu jitwettaq b’apparat ta’ ħżin tal-enerġija elettrika fi stat ta’ ċċarġjar minimu (id-disċarġ massimu tal-kapaċità).

Il-profil tal-istat tal-iċċarġjar (SOC) tal-apparat tal-ħżin tal-enerġija elettrika matul stadji differenti tat-test tat-Tip I huwa mogħti fis-Subappendiċi 3.

3.1.2.   Il-Kundizzjoni A

3.1.2.1.   Il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat tal-ħżin tal-enerġija waqt li l-vettura tkun miexja:

(a)

b’veloċità stabbli ta’ 50 km/h sakemm tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil tal-HEV; jew

(b)

jekk vettura ma tistax tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċità għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ tilħaq veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna li tikkonsma l-fjuwil ma tistartjax għal ħin definit/distanza definita (li għandhom jiġu speċifikati bejn is-servizz tekniku u l-manifattur); jew

(ċ)

b’rakkomandazzjoni mill-manifattur.

Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi ħdan 10 sekondi minn meta tiġi startjata b’mod awtomatiku.

3.1.2.2.   Il-kundizzjonament tal-vettura

3.1.2.2.1.   Qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn il-293 u t-303 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kundizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu ta’ tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra, u l-apparat għall-ħażna tal-enerġija elettrika jiġi ċċarġjat għal kollox bħala riżultat tal-iċċarġjar li ssir referenza għalih fil-punt 3.1.2.2.2.

3.1.2.2.2.   Waqt it-tixriba, l-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat, billi tintuża l-proċedura għall-iċċarġjar normali mal-lejl kif ġiet deskritta fil-punt 4.1.2 tas-Subappendiċi 2.

3.1.2.3.   Il-proċedura tat-test

3.1.2.3.1.   Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali lis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura.

3.1.2.3.2.   Jistgħu jintużaw il-proċeduri tat-test definiti fil-punt 3.1.2.3.2.1 jew inkella fil-punt 3.1.2.3.2.2.

3.1.2.3.2.1.   It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jintemm kif definit fil-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a) (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)).

3.1.2.3.2.2.   It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jkompli fuq numru ta’ ċikli tat-test ripetuti. Huwa għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali tal-idling fejn l-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika jkun laħaq l-istat ta’ ċċarġjar minimu skont il-kriterju definit hawn taħt (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)).

Il-bilanċ tal-elettriku Q [Ah], imkejjel permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fis-Subappendiċi 1, jintuża biex jiddetermina meta jkun intlaħaq l-istat ta’ ċċarġjar minimu tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika.

L-istat ta’ ċċarġjar minimu tal-ħażna tal-enerġija jitqies li ntlaħaq fiċ-ċiklu tat-test N jekk il-bilanċ tal-elettriku matul iċ-ċiklu tat-test N + 1 ma jkollux disċarġ ta’ aktar minn 3 %, espress bħala perċentwal tal-kapaċità nominali tal-ħażna tal-enerġija (f’Ah) fl-istat ta’ ċċarġjar massimu tagħha.

Fuq talba tal-manifattur, jistgħu jitwettqu ċikli tat-test addizzjonali u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu inklużi fil-kalkoli deskritti fil-punti 3.1.2.3.5 u 3.1.2.3.6 dment li l-bilanċ tal-elettriku għal kull ċiklu ta’ test addizzjonali juri inqas disċarġ tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija milli kien hemm matul iċ-ċiklu preċedenti.

Bejn kull wieħed miċ-ċikli huwa permess li jkun hemm perjodu ta’ tixriba sħuna li jista’ jdum sa 10 minuti.

3.1.2.3.3.   Il-vettura għandha tinstaq skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a).

3.1.2.3.4.   Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a).

3.1.2.3.5.   Ir-riżultati fuq iċ-ċiklu għall-Kundizzjoni A għandhom jiġu rreġistrati fl-m1. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 3.1.2.3.2.1, m1 huwa sempliċement ir-riżultati fi grammi taċ-ċiklu waħdieni. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 3.1.2.3.2.2, m1 huwa s-somma fi grammi tar-riżultati taċ-ċikli N.

Formula

3.1.2.3.6.   L-emissjoni tal-massa medja fi g/km ta’ kull sustanza li tniġġes għall-Kundizzjoni A għandha tiġi kkalkulata (M1),

M1 = m1/Dtest1

bid-Dtest1, id-distanzi misjuqa attwali totali fit-test huma mwettqa taħt il-Kundizzjoni A.

3.1.3.   Il-Kundizzjoni B

3.1.3.1.   Il-kundizzjonament tal-vettura

3.1.3.1.1.   L-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika tal-vettura għandu jiġi ddisċarġjat skont il-punt 3.1.2.1.

3.1.3.1.2.   Qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn il-293 u t-303 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kundizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu ta’ tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra.

3.1.3.2.   Il-proċedura tat-test

3.1.3.2.1.   Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali lis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura.

3.1.3.2.2.   It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jintemm kif ġie definit fil-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a) (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)).

3.1.3.2.3.   Il-vettura għandha tinstaq skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a).

3.1.3.2.4.   Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a).

3.1.3.2.5.   Ir-riżultati fuq iċ-ċiklu kkombinat għall-Kundizzjoni B għandhom jiġu rreġistrati fl-m2.

3.1.3.2.6.   L-emissjoni medja fi g/km ta’ kull sustanza li tniġġes għall-Kundizzjoni B għandha tiġi kkalkulata (M2)

M2 = m2/Dtest2

bid-Dtest2, id-distanzi misjuqa attwali totali fit-test huma mwettqa taħt il-Kundizzjoni B.

3.1.4.   Ir-riżultati tat-test

3.1.4.1.   Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 3.1.2.3.2.1. il-valuri mgħobbija għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

M = (De · M1 + Dav · M2)/(De + Dav)

Fejn:

M

=

l-emissjoni tal-massa tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru

M1

=

l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru b’apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox

M2

=

l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru b’apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċarġ (id-disċarġ massimu tal-kapaċità)

De

=

il-medda elettrika tal-vettura skont il-proċedura deskritta fis-Subappendiċi 2

Dav

=

id-distanza medja preżunta tal-vettura li tintuża fil-Kundizzjoni B fil-perjodu ta’ żmien bejn żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija:

4 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 1 (Kapaċità tal-magna < 150cc),

6 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 2 (Kapaċità tal-magna (150cc, Vmax< 130 km/h),

10 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 3 (Kapaċità tal-magna (150cc, Vmax> 130 km/h).

3.1.4.2.   Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 3.1.2.3.2.2. il-valuri mgħobbija għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

M = (Dovc · M1 + Dav · M2)/(Dovc + Dav)

Fejn:

M

=

l-emissjoni tal-massa ta’ sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru

M1

=

l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru b’apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox

M2

=

l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru b’apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċarġ (id-disċarġ massimu tal-kapaċità)

Dovc

=

il-medda OVC tal-vettura skont il-proċedura deskritta fis-Subappendiċi 2

Dav

=

id-distanza medja preżunta tal-vettura li tintuża fil-Kundizzjoni B fil-perjodu ta’ żmien bejn żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija:

4 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 1 (Kapaċità tal-magna < 150 cc),

6 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 2 (Kapaċità tal-magna ≥ 150 cc, Vmax < 130 km/h),

10 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 3 (Kapaċità tal-magna ≥ 150 cc, Vmax > 130 km/h).

3.2.   Vetturi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament (OVC) bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet

3.2.1.   Għandhom jitwettqu żewġ testijiet taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

3.2.1.1.   Il-Kundizzjoni A: it-test għandu jitwettaq b’apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox.

3.2.1.2.   Il-Kundizzjoni B: it-test għandu jitwettaq b’apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċarġ (id-disċarġ massimu tal-kapaċità).

3.2.1.3.   Is-swiċċ operattiv tal-modalitajiet għandu jiġi pożizzjonat skont it-tabella li ġejja:

Modalitajiet operattivi disponibbli

Purament elettrika

Ibrida (3)

Purament għall-konsum tal-fjuwil

Ibrida (3)

Purament elettrika

Purament għall-konsum tal-fjuwil

Ibrida (3)

Modalità Ibrida n

Modalità Ibrida m

Il-pożizzjoni tas-swiċċ operattiv tal-modalitajiet fil-Kundizzjoni A (stat massimu ta’ ċarġ)

Ibrida (3)

Ibrida (3)

Ibrida (3)

Il-modalità l-aktar elettrika ibrida (4)

Il-pożizzjoni tas-swiċċ operattiv tal-modalitajiet fil-Kundizzjoni B (stat minimu ta’ ċarġ)

Ibrida (3)

Tikkonsma l-fjuwil

Tikkonsma l-fjuwil

L-aktar modalità ibrida li tikkonsma fjuwil (5)

3.2.2.   Il-Kundizzjoni A

3.2.2.1.   Jekk il-medda purament elettrika tal-vettura hija ogħla minn ċiklu wieħed komplut, fuq talba tal-manifattur, it-test tat-Tip I jista’ jitwettaq f’modalità purament elettrika, wara li jkun intlaħaq qbil mas-servizz tekniku. F’dan il-każ, il-valur ta’ m1 fil-punt 3.2.2.4.5 huwa daqs 0.

3.2.2.2.   Il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika tal-vettura.

3.2.2.2.1.   Jekk il-vettura tkun mgħammra b’modalità purament elettrika, id-disċarġ tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika għandu jinkiseb billi l-vettura tinstaq bis-swiċċ f’pożizzjoni purament elettrika (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.) b’veloċità stabbli li tikkorrespondi għal 70 % ± 5 % tal-veloċità massima indikata mill-manifattur. It-twaqqif tad-disċarġ iseħħ f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-vettura ma tkunx tista’ tinstaq b’65 % tal-veloċità massima;

(b)

meta s-sewwieq tingħatalu indikazzjoni bl-istrumentazzjoni standard ta’ abbord biex iwaqqaf il-vettura;

(ċ)

wara li tkun koperta distanza ta’ 100 kilometru.

3.2.2.2.2.   Jekk il-vettura ma tkunx mgħammra b’modalità purament elettrika, id-disċarġ tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika għandu jinkiseb billi l-vettura tinstaq:

(a)

b’veloċità stabbli ta’ 50 km/h jew bil-veloċità massima għall-vetturi f’modalità purament elettrika tal-vettura sakemm tistartja l-magna tal-HEV li tikkonsma l-fjuwil; jew

(b)

jekk vettura ma tistax tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tiġi startjata l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċita għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ taħdem b’veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna li tikkonsma l-fjuwil ma tistartjax għal ħin definit/distanza definita (li għandhom jiġu speċifikati bi qbil bejn is-servizz tekniku u l-manifattur); jew

(ċ)

b’rakkomandazzjoni tal-manifattur.

Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi żmien 10 sekondi minn meta tiġi startjata b’mod awtomatiku.

3.2.2.3.   Il-kundizzjonament tal-vettura

3.2.2.3.1.   Qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn il-293 u t-303 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kundizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu ta’ tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra, u l-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika jkun iċċarġjat għal kollox bħala riżultat tal-iċċarġjar preskritt fil-punt 3.2.2.3.2.

3.2.2.3.2.   Waqt it-tixriba, l-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat, billi tintuża l-proċedura għall-iċċarġjar normali mal-lejl kif ġiet iddefinita fil-punt 4.1.2 tas-Subappendiċi 2.

3.2.2.4.   Il-proċedura tat-test

3.2.2.4.1.   Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali lis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura.

3.2.2.4.2.   Jistgħu jintużaw il-proċeduri tat-test definiti fil-punt 3.2.2.4.2.1 jew inkella fil-punt 3.2.2.4.2.2.

3.2.2.4.2.1.   It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u jintemm kif definit fil-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)).

3.2.2.4.2.2.   It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u jkompli fuq numru ta’ ċikli tat-test ripetuti. Dan għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali tal-idling fejn l-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika jkun laħaq l-istat ta’ ċċarġjar minimu skont il-kriterju definit hawn taħt (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)).

Il-bilanċ tal-elettriku Q [Ah], imkejjel permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fis-Subappendiċi 1 għal dan l-appendiċi, jintuża biex jiddetermina meta jkun intlaħaq l-istat ta’ ċċarġjar minimu tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika.

L-istat ta’ ċċarġjar minimu tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika jitqies li ntlaħaq fiċ-ċiklu tat-test N jekk il-bilanċ tal-elettriku matul iċ-ċiklu tat-test N + 1 ma jkollux disċarġ ta’ aktar minn 3 %, espress bħala perċentwal tal-kapaċità nominali tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika (f’Ah) fl-istat ta’ ċċarġjar massimu tagħha.

Fuq talba tal-manifattur, jistgħu jitwettqu ċikli tat-test addizzjonali u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu inklużi fil-kalkoli stabbiliti skont il-punti 3.2.2.4.5 u 3.2.2.4.6 dment li l-bilanċ tal-elettriku għal kull ċiklu ta’ test addizzjonali juri inqas disċarġ tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika milli kien hemm matul iċ-ċiklu preċedenti.

Bejn kull wieħed miċ-ċikli huwa permess li jkun hemm perjodu ta’ tixriba sħuna li jista’ jdum sa 10 minuti.

3.2.2.4.3.   Il-vettura għandha tinstaq skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a).

3.2.2.4.4.   Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a).

3.2.2.4.5.   Ir-riżultati fuq iċ-ċiklu kkombinat għall-Kundizzjoni A għandhom jiġu rreġistrati fl-m1. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 3.2.2.4.2.1, m1 huwa sempliċement ir-riżultati fi grammi taċ-ċiklu waħdieni. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 3.2.2.4.2.2, m1 hija s-somma fi grammi tar-riżultati taċ-ċikli N.

Formula

3.2.2.4.6.   L-emissjoni tal-massa medja fi g/km ta’ kull sustanza li tniġġes għall-Kundizzjoni A għandha tiġi kkalkulata (M1),

M1 = m1/Dtest1

bid-Dtest1, id-distanzi misjuqa attwali totali fit-test huma mwettqa taħt il-Kundizzjoni A.

3.2.3.   Il-Kundizzjoni B

3.2.3.1.   F’każ li l-vettura jkollha l-possibilità li taħdem fuq modalitajiet ibridi differenti (Pereżempju: sport, ekonomika, urbana, extra-urbana, eċċ.), is-swiċċ għandu jiġi ssettjat b’tali mod li l-vettura tibda taħdem fuq modalità ibrida li tikkonsma l-aktar fjuwil (ara l-punt 3.2.1.3 ta’ fuq, in-nota 3).

3.2.3.2.   Il-kundizzjonament tal-vettura

3.2.3.2.1.   L-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika tal-vettura għandu jiġi ddisċarġjat skont il-punt 3.2.2.2.

3.2.3.2.2.   Qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn il-293 u t-303 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kundizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu ta’ tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra.

3.2.3.3.   Il-proċedura tat-test

3.2.3.3.1.   Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali lis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura.

3.2.3.3.2.   It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u jintemm kif definit fil-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a) (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)).

3.2.3.3.3.   Il-vettura għandha tinstaq skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a).

3.2.3.3.4.   Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a).

3.2.3.3.5.   Ir-riżultati fuq iċ-ċiklu kkombinat għall-Kundizzjoni B għandhom jiġu rreġistrati f’m2.

3.2.3.3.6.   L-emissjoni medja fi g/km ta’ kull sustanza li tniġġes għall-Kundizzjoni B għandha tiġi kkalkulata (M2)

M2 = m2/Dtest2

bid-Dtest2, id-distanzi misjuqa attwali totali fit-test huma mwettqa taħt il-Kundizzjoni B.

3.2.4.   Ir-riżultati tat-test

3.2.4.1.   Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 3.2.2.4.2.1, il-valuri mgħobbija għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

M = (De · M1 + Dav · M2)/(De + Dav)

Fejn:

M

=

l-emissjoni tal-massa tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru

M1

=

l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru b’apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox

M2

=

l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru b’apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċarġ (id-disċarġ massimu tal-kapaċità)

De

=

il-medda elettrika tal-vettura skont il-proċedura deskritta fis-Subappendiċi 2

Dav

=

id-distanza medja preżunta tal-vettura li tintuża fil-Kundizzjoni B fil-perjodu ta’ żmien bejn żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija:

4 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 1 (Kapaċità tal-magna < 150 cc),

6 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 2 (Kapaċità tal-magna ≥ 150 cc, Vmax < 130 km/h),

10 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 3 (Kapaċità tal-magna ≥ 150cc, Vmax > 130 km/h).

3.2.4.2.   Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 3.2.2.4.2.2, il-valuri mgħobbija għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

M = (Dovc · M1 + Dav · M2)/(Dovc + Dav)

Fejn:

M

=

l-emissjoni tal-massa tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru

M1

=

l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru b’apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox ikkalkulata fil-punt 3.1.2.3.6.

M2

=

l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes fi grammi għal kull kilometru b’apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċarġ (id-disċarġ massimu tal-kapaċità) ikkalkulata fil-punt 3.2.3.3.6.

Dovc

=

il-medda OVC tal-vettura skont il-proċedura deskritta fis-Subappendiċi 2

Dav

=

id-distanza medja preżunta tal-vettura li tintuża fil-Kundizzjoni B fil-perjodu ta’ żmien bejn żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija:

4 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 1 (Kapaċità tal-magna < 150cc),

6 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 2 (Kapaċità tal-magna ≥ 150cc, Vmax< 130 km/h),

10 km għal muturi b’żewġ roti tal-Kategorija 3 (Kapaċità tal-magna ≥ 150cc, Vmax > 130 km/h).

3.3.   Vetturi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC HEV) mingħajr swiċċ operattiv tal-modalitajiet

3.3.1.   Il-vetturi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC HEV) mingħajr swiċċ operattiv tal-modalitajiet, f’modalità ibrida, għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness I tal-Kapitolu 5.

3.3.2.   Il-vettura għandha tinstaq skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a).

3.4.   Vetturi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC HEV) bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet

3.4.1.   Il-vetturi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC HEV) bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet, f’modalità ibrida, jiġu ttestjati skont l-Anness I tal-Kapitolu 5. Jekk ikun hemm diversi modalitajiet ibridi disponibbli, it-test għandu jitwettaq fil-modalità li tiġi ssettjata awtomatikament hekk kif tiddawwar iċ-ċavetta tal-ignition (modalità normali). Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur, is-Servizz Tekniku se jagħmel ċert li l-valuri tal-limitu jintlaħqu fil-modalitajiet ibridi kollha.

3.4.2.   Il-vettura għandha tinstaq skont il-proċedura tat-test applikabbli (l-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a).

4.   METODI TA’ TTESTJAR TAT-TIP II

4.1.   Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test deskritta fl-Appendiċi 2.

Subappendiċi 1

Metodu għall-kejl tal-bilanċ tal-elettriku tal-batterija tal-ovc u l-novc hevs

1.   Għan

1.1.   L-għan ta’ dan is-subappendiċi huwa li jiddeskrivi l-metodu u l-istrumentazzjoni meħtieġa biex jitkejjel il-bilanċ tal-elettriku tal-Vetturi Elettriċi Ibridi bi Ċċarġjar Mhux fuq il-Vettura (OVC HEV) u tal-Vetturi Elettriċi Ibridi bi Ċċarġjar Fuq il-Vettura (NOVC HEV).

2.   It-tagħmir u l-istrumentazzjoni tal-kejl

2.1.   Matul it-testijiet, kif deskritti fil-punti 3.1 sa 3.4, il-kurrent tal-batterija għandu jitkejjel billi jintuża transducer tal-kurrent tat-tip li jikklempja jew tat-tip magħluq. It-transducer tal-kurrent (jiġifieri s-senser tal-kurrent mingħajr it-tagħmir tal-akkwist tad-data) għandu jkollu preċiżjoni minima ta’ 0,5 % tal-valur imkejjel jew ta’ 0,1 % tal-valur massimu tal-iskala.

It-testers dijanjostiċi OEM m’għandhomx jintużaw għall-fini ta’ dan it-test.

2.1.1.   It-transducer tal-kurrent għandu jitwaħħal fuq wieħed mill-wajers direttament konnessi mal-batterija. Sabiex ikun imkejjel faċilment il-kurrent tal-batterija billi jintuża tagħmir ta’ kejl estern, preferibbilment il-manifatturi għandhom jintegraw punti ta’ konnessjoni xierqa, sikuri u aċċessibbli fil-vettura. Jekk dak ma jkunx fattibbli, il-manifattur huwa obbligat li jappoġġja lis-Servizz Tekniku billi jipprovdi l-mezzi biex issir konnessjoni bejn transducer tal-kurrent u l-wajers konnessi mal-batterija bil-mod li ġie deskritt hawn fuq.

2.1.2.   Għandhom jittieħdu kampjuni tal-output tat-transducer kurrenti bi frekwenza minima tal-kampjuni ta’ 5 Hz. Il-kurrent imkejjel għandu jiġi integrat maż-żmien, fejn jagħti l-valur imkejjel ta’ Q, espress f’sigħat Ampere (Ah).

2.1.3.   It-temperatura fil-post fejn jinsab is-senser għandha titkejjel u jittieħdu kampjuni tagħha bl-istess frekwenza tal-kampjuni bħall-kurrent, biex b’hekk dan il-valur ikun jista’ jintuża għall-ikkumpensar possibbli tal-moviment tat-transducers tal-kurrent u, jekk ikun applikabbli, tat-transducer tal-vultaġġ li ntuża biex jikkonverti l-output tat-transducer tal-kurrent.

2.2.   Lista tal-istrumentazzjoni (il-manifattur, in-numru tal-mudell, in-numru tas-serje) li ntużat mill-manifattur biex jiddetermina meta ntlaħaq l-istat minimu ta’ ċċarġjar tal-batterija matul il-proċedura tat-test definita fil-punti 3.1 u 3.2 u d-dati tal-aħħar kalibrazzjoni tal-istrumenti (fejn ikun applikabbli) għandhom jiġu pprovduti lis-Servizz Tekniku.

3.   Il-proċedura tal-kejl

3.1.   Il-kejl tal-kurrent tal-batterija għandu jibda fl-istess ħin hekk kif jibda t-test u għandu jintemm immedjatament wara li l-vettura tkun saqet iċ-ċiklu tas-sewqan komplut.

Subappendiċi 2

Il-metodu għall-kejl tal-medda elettrika ta’ vetturi li jaħdmu b’power train elettrika ibrida u l-medda OVC ta’ vetturi li jaħdmu b’powertrain elettrika ibrida

1.   IL-KEJL TAL-MEDDA ELETTRIKA

Il-metodu ta’ ttestjar deskritt f’dan is-subappendiċi jippermetti l-kejl tal-medda elettrika, espressa f’km, ta’ vetturi li jaħdmu b’power train elettrika ibrida bi ċċarġjar mhux fuq il-vettura (OVC-HEV).

2.   IL-PARAMETRI, L-UNITAJIET U L-PREĊIŻJONI TAL-QISIEN

Il-parametri, l-unitajiet u l-preċiżjoni tal-qisien għandhom ikunu kif indikat hawn taħt:

Parametru

Unità

Preċiżjoni

Riżoluzzjoni

Ħin

s

+/– 0,1 s

0,1  s

Distanza

m

+/– 0,1 %

1 m

Temperatura

°C

+/– 1 °C

1  °C

Veloċità

km/h

+/– 1 %

0,2  km/h

Massa

kg

+/– 0,5 %

1 kg

Bilanċ tal-elettriku

Ah

+/– 0,5 %

0,3  %

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

3.1.   Il-kundizzjoni tal-vettura

3.1.1.

It-tajers tal-vettura għandhom jintefħu għall-pressjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura meta t-tajers ikunu f’temperatura ambjentali.

3.1.2.

Il-viskożità taż-żjut għall-partijiet mekkaniċi li jiċċaqilqu għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura.

3.1.3.

L-apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl u dawk awżiljarji għandhom ikunu mitfija, għajr għal dawk meħtieġa għall-ittestjar u għat-tħaddim tas-soltu ta’ matul il-jum tal-vettura.

3.1.4.

Is-sistemi kollha tal-ħżin tal-enerġija disponibbli għal finijiet li mhumiex ta’ trazzjoni għandhom jiġu ċċarġjati sal-livell massimu tagħhom li ġie speċifikat mill-manifattur.

3.1.5.

Jekk il-batteriji jitħaddmu f’temperatura ‘l fuq minn dik ambjentali, l-operatur għandu jsegwi l-proċedura rakkomandata mill-manifattur tal-vettura sabiex iżomm it-temperatura tal-batterija fil-medda operattiva normali.

L-aġent tal-manifattur għandu jkun f’pożizzjoni li jafferma li s-sistema tal-ġestjoni termali tal-batterija la għandha xi ħsara u lanqas ma hija mnaqqsa.

3.1.6.

Il-vettura trid tkun għamlet mill-inqas 300 km matul is-sebat ijiem ta’ qabel it-test b’dawk il-batteriji li jiġu installati fil-vettura tat-test.

3.2.   Il-kundizzjonijiet klimatiċi

Għal ittestjar li jitwettaq barra, it-temperatura ambjentali għandha tkun bejn il-5 °C u t-32 °C. L-ittestjar fuq ġewwa għandu jitwettaq f’temperatura bejn l-20 °C u t-30 °C.

4.   IL-MODALITAJIET OPERATTIVI

Il-metodu tat-test jinkludi l-passi li ġejjin:

(a)

Iċ-ċarġ inizjali tal-batterija;

(b)

L-applikazzjoni taċ-ċiklu u l-kejl tal-medda elettrika.

Bejn il-passi, jekk il-vettura tiċċaqlaq, din tiġi imbuttata lejn iż-żona tat-test li ġejja (mingħajr iċċarġjar mill-ġdid riġenerattiv).

4.1.   Iċ-ċarġ inizjali tal-batterija

L-iċċarġjar tal-batterija jikkonsisti mill-proċeduri li ġejjin:

Nota: “Iċ-ċarġ inizjali tal-batterija” tapplika għall-ewwel ċarġ tal-batterija, hekk kif tasal il-vettura.

F’każ ta’ diversi testijiet jew kejl ikkomninati, imwettqa wara xulxin, l-ewwel ċarġ li titwettaq għandha tkun “ċarġ inizjali tal-batterija” u dan li ġej jista’ jsir skont il-proċedura ta’ “ċarġ normali mal-lejl” (deskritta fil-punt 4.1.2.1.).

4.1.1.   Id-disċarġ tal-batterija

4.1.1.1.

Għal vettura elettrika ibrida li tista’ tiġi ċċarġjata esternament (OVC HEV) mingħajr swiċċ operattiv tal-modalitajiet, il-manifattur għandu jipprovdi l-mezzi biex iwettaq il-kejl bil-vettura tkun qiegħda taħdem fi stat operattiv purament elettriku. Il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika waqt is-sewqan:

(a)

b’veloċità stabbli ta’ 50 km/h sakemm tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil tal-HEV;

(b)

jew, jekk vettura ma tkunx tista’ tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċità għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ taħdem b’veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna li tikkonsma l-fjuwil sempliċement ma tistartjax għal ħin definit/distanza definita (li għandhom jiġu speċifikati bejn is-servizz tekniku u l-manifattur);

(ċ)

jew b’rakkomandazzjoni mill-manifattur.

Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi żmien 10 sekondi minn meta tiġi startjata b’mod awtomatiku.

4.1.1.2.

Għal vettura elettrika ibrida li tista’ tiġi ċċarġjata esternament (OVC HEV) bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet:

4.1.1.2.1.

Jekk il-vettura tkun qiegħda taħdem fi stat operattiv purament elettriku, il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika tal-vettura waqt is-sewqan bis-swiċċ f’pożizzjoni purament elettrika b’veloċità stabbli ta’ 70 % +/– 5 % tal-veloċità massima tal-vettura għal tletin minuta. It-twaqqif tad-disċarġ iseħħ fi kwalunkwe waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

(a)

meta l-vettura ma tkunx tista’ tinstaq b’65 % tal-veloċità massima għal tletin minuta; jew

(b)

meta s-sewwieq tingħatalu indikazzjoni bl-istrumentazzjoni standard ta’ abbord biex iwaqqaf il-vettura; jew

(ċ)

wara li tkun koperta d-distanza ta’ 100 km.

4.1.1.2.2.

Jekk il-vettura ma tkunx qiegħda taħdem fi stat operattiv purament elettriku, il-manifattur għandu jipprovdi l-mezzi għat-twettiq tal-kejl bil-vettura tkun qiegħda taħdem fi stat operattiv purament elettriku. Id-disċarġ tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika għandu jinkiseb billi l-vettura tinstaq:

(a)

b’veloċità stabbli ta’ 50 km/h sakemm tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil tal-HEV; jew

(b)

jekk vettura ma tkunx tista’ tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċità għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ taħdem b’veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna li tikkonsma l-fjuwil sempliċement ma tistartjax għal ħin definit/distanza definita (li għandhom jiġu speċifikati bejn is-servizz tekniku u l-manifattur); jew

(ċ)

b’rakkomandazzjoni mill-manifattur.

Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi żmien 10 sekondi minn meta tiġi startjata b’mod awtomatiku.

4.1.2.   L-applikazzjoni ta’ ċarġ normali mal-lejl

Għal OVC HEV, l-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika għandu jkun iċċarġjat skont il-proċedura li ġejja.

4.1.2.1.   Il-proċedura ta’ ċarġ normali mal-lejl

L-iċċarġjar jitwettaq:

(a)

biċ-ċarġer ta’ abbord jekk ikun imwaħħal; jew

(b)

b’ċarġer estern irrakkomandat mill-manifattur billi tintuża x-xejra tal-iċċarġjar preskritta għal iċċarġjar normali;

(ċ)

f’temperatura ambjentali inkluża bejn l-20 °C u t-30 °C.

Din il-proċedura teskludi t-tipi kollha ta’ ċarġijiet speċjali li jistgħu jinbdew b’mod awtomatiku jew manwali bħal, pereżempju, iċ-ċarġijiet ta’ ekwalizzazzjoni jew iċ-ċarġijiet fl-għoti ta’ servis. Il-manifattur għandu jiddikjara li matul it-test, ma kienx hemm proċedura ta’ ċarġ speċjali.

4.1.2.2.   Il-kriterji ta’ tmiem iċ-ċarġ

Il-kriterji ta’ tmiem iċ-ċarġ jikkorrespondu għal ħin ta’ ċċarġjar ta’ 12-il siegħa, ħlief jekk tingħata indikazzjoni ċara lis-sewwieq permezz tal-istrumentazzjoni standard li l-apparat ta’ ħażna tal-enerġija elettrika jkun għadu mhux iċċarġjat għal kollox.

F’dan il-każ, il-ħin massimu huwa = 3 kapaċità tal-batterija ddikjarata (Wh)/il-provvista ta’ enerġija mill-mejn (W).

4.2.   L-applikazzjoni taċ-ċiklu u l-kejl tal-medda

4.2.1.   Sabiex tiddetermina l-medda elettrika ta’ vettura elettrika ibrida:

4.2.1.1.

Is-sekwenza applikabbli tat-test kif definita fil-punt 2 tal-Anness II tal-Kapitolu 5, u l-preskrizzjoni tal-bidla fil-gerijiet li takkumpanjaha jiġu applikati fuq dinamometru tax-xażi aġġustat kif deskritt fl-Appendiċi 1 tal-Anness II għall-Kapitolu 5, sakemm jintlaħqu l-kriterji ta’ tmiem it-test.

4.2.1.2.

B’veloċità ta’ 50 km/h jew bil-veloċità massima f’modalità purament elettrika, kif iddikjarata mill-manifattur, meta l-vettura ma tilħaqx l-aċċellerazzjoni jew il-veloċità meħtieġa taċ-ċiklu tat-test, il-pedala tal-aċċelleratur għandha tibqa’ miżmuma fil-pożizzjoni WOT sakemm terġa’ tintlaħaq il-kurva ta’ referenza.

4.2.1.3.

Sabiex titkejjel il-medda elettrika tas-sewqan, il-kriterji ta’ tmiem it-test jintlaħqu meta l-vettura ma tkunx tista’ tilħaq il-kurva fil-mira, sa 50 km/h, jew il-veloċità massima f’modalità purament elettrika, kif iddikjarata mill-manifattur, jew meta s-sewwieq tingħatalu indikazzjoni bl-istrumentazzjoni standard ta’ abbord biex iwaqqaf il-vettura jew meta s-sistema tal-ħażna tal-enerġija tkun laħqet l-istat ta’ ċarġ minimu tagħha. Imbagħad, il-veloċità tal-vettura għandha titnaqqas għal 5 km/h billi s-sewwieq jitlaq il-pedala tal-aċċeleratur, mingħajr ma jmiss il-pedala tal-brejk u mbagħad titwaqqaf għal kollox billi jagħfas il-brejk.

4.2.1.4.

Sabiex jiġu rispettati l-ħtiġijiet umani, huma permessi sa tliet interruzzjonijiet bejn is-sekwenzi tat-test, ta’ mhux aktar minn 15-il minuta b’kollox.

4.2.1.5.

Fl-aħħar, il-qies De tad-distanza koperta permezz tal-mutur elettriku f’km biss huwa l-medda elettrika tal-vettura elettrika ibrida. Dan għandu jiġi aġġustat għall-eqreb numru sħiħ.

Fejn il-vettura taħdem kemm f’modalità elettrika kif ukoll f’modalità ibrida matul it-test, il-perjodi ta’ operat f’modalità elettrika biss għandhom jiġu ddeterminati billi jitkejjel il-kurrent fl-injetturi jew l-ignition.

4.2.2.   Sabiex tiġi ddeterminata l-medda OVC ta’ vettura elettrika ibrida:

4.2.2.1.

Is-sekwenza applikabbli tat-test kif definita fil-punt 2 tal-Anness II tal-Kapitolu 5, u l-preskrizzjoni tal-bidla fil-gerijiet li takkumpanjaha jiġu applikati fuq dinamometru tax-xażi aġġustat kif deskritt fl-Appendiċi 1 jew l-Appendiċi 1a tal-Anness II tal-Kapitolu 5, sakemm jintlaħqu l-kriterji ta’ tmiem it-test.

4.2.2.2.

Sabiex titkejjel il-medda OVC, il-kriterji ta’ tmiem it-test jintlaħqu meta l-batterija tkun laħqet l-istat ta’ ċarġ minimu tagħha skont il-kriterji stipulati fis-Subappendiċi 1. Is-sewqan jitkompla sakemm jintlaħaq il-perjodu finali ta’ idling.

4.2.2.3.

Sabiex jiġu rispettati l-ħtiġijiet umani, huma permessi sa tliet interruzzjonijiet bejn is-sekwenzi tat-test, ta’ mhux aktar minn 15-il minuta b’kollox.

4.2.2.4.

Fl-aħħar, id-distanza totali misjuqa f’km, aġġustata għall-eqreb numru sħiħ, hija l-medda OVC (Dovc) tal-vettura elettrika ibrida.

Subappendiċi 3

Il-profil tal-Istat taċ-Ċarġ (SOC) tal-apparat tal-ħażna tal-enerġija elettrika għat-test tat-Tip I tal-OVC HEV

Il-Kundizzjoni A tat-test tat-Tip I

Image

Il-Kundizzjoni B tat-test tat-Tip I

Image


(1)  magħrufa wkoll bħala “li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament”

(2)  magħrufa wkoll bħala “li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament”

(3)  F’każ li jkun hemm aktar minn “modalità ibrida” waħda disponibbli, għandha tintuża l-proċedura tal-aħħar kolonna fuq il-lemin

(4)  Il-modalità l-aktar elettrika ibrida:

Il-modalità ibrida li jista’ jkun ippruvat li għandha l-ogħla konsum ta’ elettriku mill-modalitajiet ibridi kollha li jistgħu jintgħażlu meta jiġu ttestjati skont il-Kundizzjoni A, li għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku.

(5)  L-aktar modalità ibrida li tikkonsma fjuwil:

Il-modalità ibrida li jista’ jiġi ppruvat li għandha l-akbar konsum tal-fjuwil mill-modalitajiet ibridi kollha li jistgħu jintgħażlu meta jiġu ttestjati skont il-Kundizzjoni B, li għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku.


ANNESS II

EMENDA GĦALL-ANNESS III TAL-KAPITOLU 9 TAD-DIRETTIVA 97/24/KE

L-Anness III tal-Kapitolu 9 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 1.5 li ġej huwa miżjud:

1.5.   ‘Vettura elettrika ibrida (HEV)’ tfisser vettura li, għall-fini ta’ propulsjoni mekkanika, tieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi ta’ enerġija maħżuna fuq il-vettura li ġejjin:

(a)

fjuwil konsumabbli;

(g)

apparat ta’ ħażna tal-enerġija elettrika (eż.: batterija, kapaċitatur, flywheel/ġeneratur eċċ.) ….”

(2)

Il-punt 2.1.4.4 li ġej huwa mdaħħal:

2.1.4.4.   F’każ ta’ vettura Ibrida, it-testijiet għandhom jitwettqu darbtejn:

(a)

Il-Kundizzjoni A: Il-batteriji għandhom ikunu fl-istat ta’ ċarġ massimu tagħhom; jekk ikun hemm aktar minn ‘modalità ibrida’ waħda disponibbli, għandha tintgħażel għat-test l-aktar modalità ibrida elettrika;

(b)

Il-Kundizzjoni B: Il-batteriji għandhom ikunu fl-istat ta’ ċarġ minimu tagħhom; jekk ikun hemm aktar minn ‘modalità ibrida’ waħda disponibbli, għandha tintgħażel għat-test il-modalità ibrida li tikkonsma l-aktar fjuwil”

(3)

Il-punt 2.1.5.5 li ġej huwa mdaħħal:

2.1.5.5.   F’każ ta’ vetturi Ibridi, jekk il-medja tal-erba’ riżultati tal-Kundizzjoni A u jekk il-medja tal-erba’ riżultati tal-Kundizzjoni B ma jaqbżux il-livell massimu permessibbli għall-kategorija li l-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata tappartjeni lilha, il-limiti stipulati fil-punt 2.1.1 għandhom jitqiesu bħala konformi.

L-ogħla valur medju għandu jikkostitwixxi r-riżultat tat-test.”


ANNESS III

EMENDA GĦALL-ANNESS IV TAL-KAPITOLU 9 TAD-DIRETTIVA 97/24/KE

L-Anness IV tal-Kapitolu 9 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 1.5 li ġej huwa miżjud:

1.5.   “Vettura elettrika ibrida (HEV)” tfisser vettura li, għall-fini ta’ propulsjoni mekkanika, tieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi ta’ enerġija maħżuna fuq il-vettura li ġejjin:

(a)

fjuwil konsumabbli;

(h)

apparat ta’ ħażna tal-enerġija elettrika (eż.: batterija, kapaċitatur, flywheel/ġeneratur eċċ.) …”

(2)

Il-punt 2.2.4.5 li ġej huwa mdaħħal:

2.2.4.5.   F’każ ta’ vettura Ibrida, it-testijiet għandhom jitwettqu darbtejn:

(a)

Il-Kundizzjoni A: Il-batteriji għandhom ikunu fl-istat ta’ ċarġ massimu tagħhom; jekk ikun hemm aktar minn “modalità ibrida” waħda disponibbli, għandha tintgħażel għat-test l-aktar modalità ibrida elettrika;

(b)

Il-Kundizzjoni B: Il-batteriji għandhom ikunu fl-istat ta’ ċarġ minimu tagħhom; jekk ikun hemm aktar minn “modalità ibrida” waħda disponibbli, għandha tintgħażel għat-test il-modalità ibrida li tikkonsma l-aktar fjuwil”

(3)

Il-punt 2.2.5.5 li ġej huwa mdaħħal:

2.2.5.5.   F’każ ta’ vetturi Ibridi, jekk il-medja tal-erba’ riżultati tal-Kundizzjoni A u jekk il-medja tal-erba’ riżultati tal-Kundizzjoni B ma jaqbżux il-livell massimu permessibbli għall-kategorija li għaliha tappartjeni l-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata, il-limiti stipulati fil-punt 2.2.1 għandhom jitqiesu bħala konformi.

L-ogħla valur medju għandu jikkostitwixxi r-riżultat tat-test.”