|
2.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/8 |
DIRETTIVA 2009/100/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni
(verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/135/KEE tal-20 ta’ Jannar 1976, dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (3), ġiet emendata (4) b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata. |
|
(2) |
Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbiltà għal bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandu jinkiseb bil-ħsieb li tiġi mtejjba s-sigurtà tan-navigazzjoni interna fil-Komunità. |
|
(3) |
Huwa neċessarju li jiġi stabbilit taħt liema ċirkostanzi u fuq liema kondizzjonijiet l-Istati Membri jistgħu jitterrompu l-passaġġ ta’ bastiment. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li l-miżuri previsti f’din id-Direttiva japplikaw għal dawk il-bastimenti li m’humiex koperti mid-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (5). |
|
(5) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha, skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2006/87/KE tapplika għal bastimenti użati għat-trasport tal-merkanzija fuq il-kanali tal-ilma navigabbli interni, li jkollhom piż totali ta’ 20 tunnellati metrika jew aktar:
|
(a) |
b’tul ta’ inqas minn 20 metru; jew |
|
(b) |
li l-prodott tat-tul (L) x wisa’ (B) x fond (T) huwa ta’ volum ta’ inqas minn 100 m3. |
Din id-Direttiva m’għandiex tippreġudika d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar l-Ispezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Rhine u fil-Ftehim dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fuq ir-Rhine (ADNR).
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom, sakemm ikun meħtieġ, jistabbilixxu kull proċedura neċessarja għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ navigabbiltà.
Madankollu, Stat Membru jista’ jeżenta minn din id-Direttiva l-bastimenti li ma jħallux il-kanali tal-ilma navigabbli interni tat-territorju tiegħu.
2. Liċenzji ta’ navigabbiltà għandhom jinħarġu mill-Istat Membru li fih ikun irreġistrat il-bastiment jew ikollu l-port ta’ stazzjon jew, fin-nuqqas ta’ hekk, mill-Istat Membru li fih is-sid tal-bastiment jkollu d-domiċilju. Kull Stat Membru jista’ jitlob Stat Membru ieħor biex joħroġ liċenzji ta’ navigabbiltà għall-bastimenti amministrati minn ċittadini ta’ dan tal-ewwel. L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw l-poteri tagħhom lil korpi approvati.
3. Liċenzji ta’ navigabbiltà għandhom isiru f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; għandhom jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni u jużaw is-sistema ta’ numerazzjoni speċifikata fl-Anness I.
Artikolu 3
1. Bla ħsara għall-paragrafi 3 sa 6, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi għan-navigazzjoni fuq il-kanali tal-ilma ta’ navigazzjoni nazzjonali tiegħu l-liċenzji ta’ navigabbiltà maħruġin minn Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 2 fuq l-istess bażi daqs li kieku jkun ħareġ dawk il-liċenzji huwa stess.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss jekk il-liċenzja kienet maħruġa jew kienet estiża l-aħħar mhux iżjed minn ħames snin qabel u ma skadietx.
Ċertifikat maħruġ skont ir-Regolament dwar l-Ispezzjoni ta’ Bastimenti fuq ir-Rhine għandu jkun aċċettat bħala evidenza, fis-sens tal-paragrafi 3 u 5, għad-dewmien kollu tiegħu.
3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu illi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fir-Regolament dwar l-Ispezzjoni ta’ Bastimenti fuq ir-Rhine jkunu mħarsa. Jistgħu jeħtieġu ċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 bħala evidenza ta’ dan.
4. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-bastimenti li jġorru oġġetti perikolużi kif imfisser fl-ADNR biex iħarsu r-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Ftehim. Bħala evidenza ta’ dan, jistgħu jeħtieġu illi l-awtorizzazzjoni prevista għalhekk f’dan il-Ftehim tiġi prodotta.
5. Bastimenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament dwar l-Ispezzjoni ta’ Bastimenti fuq ir-Rhine għandhom jkunu ammessi fil-kanali tal-ilma navigabbli interni kollha fil-Komunità. Evidenza ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti tista’ tkun ipprovduta miċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragarafu 2.
Kondizzjonijiet speċjali għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi għandhom jkunu kkunsidrati mwettqa fil-kanali tal-ilma navigabbli tal-Komunità kollha jekk il-bastimenti jħarsu r-rekwiżiti tal-ADNR. L-evidenza rilevanti tista’ tkun provduta bl-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu twettiq fil-kanali tal-ilma ta’ navigazzjoni marittimi ta’ kondizzjonijiet addizzjonali ekwivalenti għal dawk meħtieġa għall-bastimenti tagħhom stess. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kanali tal-ilma ta’ navigazzjoni marittimi tagħhom, liema listi għandhom ikunu mħejjija mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta lilha mill-Istati Membri.
Artikolu 4
1. Kull Stat Membru jista’ jirtira liċenzja ta’ navigabbiltà li jkun ħareġ.
2. Kull Stat Membru jista’ jitterrompi l-passaġġ ta’ bastiment, fejn il-bastiment jinsab fl-ispezzjoni li jkun f’kondizzjoni li tikkostitwixxi ċarament perikolu lill-inħawi, sakemm id-difetti jiġu kkoreġuti. Dak l-Istat Membru jista’ jagħmel hekk ukoll fejn il-bastiment jew it-tagħmir tiegħu jinstabu fl-ispezzjoni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liċenzja ta’ navigabbiltà jew fid-dokumenti l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 3 skont il-każ.
3. Stat Membru li jkun itterrompa l-passaġġ ta’ bastiment, jew li jkun indika l-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk jekk id-difetti ma jiġux ikkoreġuti, għandu jinforma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-liċenzja ta’ navigabbiltà jew id-dokumenti l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 3 inħarġu għal raġunijiet għad-deċiżjoni li jkun ħa jew li maħsub li jieħu.
4. Id-deċiżjonijiet kollha biex jitterrompu l-passaġġ ta’ bastiment meħuda skont il-miżuri adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom iniżżlu fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. It-tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi infurmata dwar ir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u dwar il-limiti ta’ żmien permessi għall-ksib ta’ tali rimedji.
Artikolu 5
Id-Direttiva 76/135/KEE, kif emendata mid-Direttiva elenkata fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 6
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
C. MALMSTRÖM
(1) ĠU C 204, 9.8.2008, p. 47.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009.
(3) ĠU L 21, 29.1.1976, p. 10.
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
ANNESS I
INFORMAZZJONI MINIMA LI TIDHER FUQ IL-LIĊENZJI
(imsemmija fl-Artikolu 2(3))
L-informazzjoni hija maqsuma fi tliet kategoriji:
|
I. |
obbligatorju |
: |
l-ebda sinjal speċjali |
|
II. |
meħtieġ jekk applikabbli |
: |
(×) |
|
III. |
bżonnjuż imma mhux obbligatorju |
: |
(+) |
|
1. |
Isem tal-awtorità jew tal-korp approvat li joħroġ id-dokument |
|
2. |
|
|
3. |
Stat ta’ ħruġ |
|
4. |
Isem u domiċilju tas-sid tal-bastiment |
|
5. |
Isem tal-bastiment |
|
6. |
(×) Post u numru ta’ reġistrazzjoni |
|
7. |
(×) Port ta’ stazzjon |
|
8. |
(+) Tip ta’ kostruzzjoni |
|
9. |
(+) Utilizzazzjoni |
|
10. |
Karatteristiċi prinċipali
|
|
11. |
(×) Piż(ijiet) totali f’tunnellati metriċi jew spostament(i) f’metri kubi f’fundar(i) tal-baħar massimu |
|
12. |
(×) Indikazzjoni ta’ marki f’fundari tal-baħar |
|
13. |
(×) Numru massimu awtorizzat ta’ passiġġieri |
|
14. |
(×) Poter totali ta’ magni li jsuqu f’HP jew KW |
|
15. |
Minimu tas-soprastruttura(i) u l-linja tal-ilma f’ċentimetri |
|
16. |
|
|
17. |
|
|
18. |
Timbru u firma tal-awtorità jew tal-korp approvat li joħroġ il-liċenzja |
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 5)
|
Direttiva tal-Kunsill 76/135/KEE |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 78/1016/KEE |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 5)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
|
76/135/KEE |
fid-19 ta’ Jannar 1977. |
|
78/1016/KEE |
— |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Direttiva 76/135/KEE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1, kliem tal-bidu u punt (a) |
Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu |
|
Artikolu 1, punt (b) |
— |
|
— |
Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (a) u (b) |
|
Artikolu 1, l-aħħar sentenza |
Artikolu 1, it-tieni paragrafu |
|
Artikoli 2–4 |
Artikoli 2–4 |
|
Artikolu 5 |
— |
|
Artikolu 6 |
— |
|
Artikolu 7 |
— |
|
— |
Artikolu 5 |
|
— |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
|
Anness |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |