4.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/16


DIRETTIVA 2009/80/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar l-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2).

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/29/KE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar l-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi għal karozzi b’żewġ jew bi tliet roti (3) ġiet emendata b’mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kodifikata.

(2)

Id-Direttiva 93/29/KE hija waħda mid-Direttivi separati dwar is-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, kif sostitwita permezz tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2002 li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (5) u tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu li l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2002/24/KE, fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2002/24/KE dwar sistemi tal-vetturi, komponenti u l-elementi tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi non-Komunitarji għandha teżisti ekwivalenza bejn ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u dawk tar-Regolament Nru 60 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (6) (UNECE).

(4)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għall-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi għat-tipi kollha ta’ vetturi kif imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 2

Il-proċedura għall-għoti tal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu ta’ dawn il-vetturi għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 3

1.   Skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/24/KE, l-ekwivalenza bejn ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u dawk stabbiliti fir-Regolament UNECE Nru 60 hi b’din rikonoxxuta.

2.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament UNECE imsemmi fil-paragrafu 1 kif ukoll il-marki tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent bħala alternattiva għall-approvazzjonijiet korrispondenti mogħtija skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva tista’ tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2002/24/KE sabiex:

(a)

tieħu kont ta’ xi emendi għar-Regolament UNECE imsemmi fl-Artikolu 3;

(b)

l-Annessi I u II jiġu addattati għall-progress tekniku.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet relatati mal-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi:

jirrifjutaw li jagtħu approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti, jew

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti,

jekk l-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE għal kwalunkwe tip ġdid ta’ vettura bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti għal raġunijiet relatati mal-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi jekk ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma jiġux sodisfatti.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 6

Id-Direttiva 93/29/KEE, kif emendata mid-Direttiva elenkata fl-Anness III, Parti A hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi fl-Anness III, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU C 325, 30.12.2006, p. 28.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2007 (ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 72) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 188, 29.7.1993, p. 1.

(4)  Ara l-Anness III, Parti A.

(5)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.

(6)  E/ECE/TRANS/505 – Add. 59.


ANNESS I

REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ KOMPONENT TA’ VETTURI BIL-MUTUR B’ŻEWĠ JEW TLIET ROTI FIR-RIGWARD TAL-IDENTIFIKAZZJONI TAL-KONTROLLI, IT-TELL-TALES U L-INDIKATURI TAGĦHOM

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.1.

“kontroll” ifisser kull parti tal-vettura jew komponent direttament attivata mis-sewwieq li tikkawża bidla fl-istat jew fl-operazzjoni tal-vettura jew ta’ waħda mill-partijiet tagħha;

1.2.

“tell-tale” tfisser sinjal li jindika l-bidu ta’ operazzjoni ta’ apparat, operazzjoni jew stat suspettuż jew difettuż jew in-nuqqas ta’ operazzjoni;

1.3.

“indikatur” ifisser apparat li jagħti informazzjoni dwar il-funzjonament jew l-istat tajjeb ta’ sistema jew parti ta’ sistema bħall-livell ta’ fluwidu;

1.4.

“simbolu” ifisser kontorn li jgħin fl-identifikazzjoni ta’ kontroll, tell-tale jew indikatur.

2.   IR-REKWIŻITI

2.1.   L-Identifikazzjoni

Il-kontrolli, it-tell-tales u l-indikaturi msemmija fil-punt 2.1.5 għandhom jiġu identifikati skont ir-rekwiżiti li gejjin meta jitwaħħlu ma’ vettura.

2.1.1.

Is-simboli jridu jidhru b’mod ċar fuq l-isfond.

2.1.2.

Is-simboli għandhom jitqiegħdu fuq il-kontroll jew fuq it-tell-tale ta’ kontroll li għandhom jiġu identifikati jew viċin ħafna ta’ dawn. Meta dan m’huwiex possibbli s-simbolu u l-kontroll, jew it-tell-tale, għandhom jingħaqdu b’linja kontinwa li għandha tkun qasira kemm jista’ jkun.

2.1.3.

Fanali ta’ dawl ewlieni għandhom jiġu rrappreżentati b’raġġi paralleli orizzontali u fanali ta’ dawl baxx b’raġġi ta’ dawl paralleli angolati ‘l isfel.

2.1.4.

Meta użati għal tell-tales ottiċi, il-kuluri li ġejjin elenkati hawn isfel ikollhom it-tifsiriet indikati:

—   aħmar: perikolu,

—   ambra: twissija,

—   aħdar: sigurtà.

Il-blu jiġi rriservat esklussivament għat-tell-tales tal-fanali tad-dawl ewlieni:

2.1.5.

L-Ismijiet u l-identifikazzjoni ta’ simboli:

Il-Figura 1

Kontroll tal-fanal – Fanal ta’ dawl ewlieni

Il-kulur tell-tale: blu

Image

Il-Figura 2

Il-kontroll tal-fanal – Fanal ta’ dawl baxx

Il-Kulur tell-tale: aħdar

Image

Il-Figura 3

Indikatur ta’ Direzzjoni

Nota: jekk ikun hemm tell-tales separati għall-indikaturi tad-direzzjoni tax-xellug u tal-lemin, iż-żewġ vleġeġ jistgħu jintużaw ukoll separatament.

Il-kulur tell-tale: aħdar

Image

Il-Figura 4

Apparat ta’ twissija ta’ perikolu

Żewġ possibiltajiet:

l-identifikazzjoni tas-sinjal imqiegħed ħdejn il-perikolu

Il-Kulur tell-tale: aħmar

Jew

l-operazzjoni simultanea tal-indikaturi ta’ direzzjoni (Iż-żewġ vleġeġ fil-Figura 3)

Image

Il-Figura 5

Iċ-choke manwali

Kulur tell-tale: ambra

Image

Il-Figura 6

Apparat li jinstama’ (il-ħorn)

Image

Il-Figura 7

Il-livell tal-karburant

Kulur tell-tale: ambra

Image

Il-Figura 8

Temperatura tal-likwidu li jkessaħ il-magna

Kulur tell-tale: aħmar

Image

Il-Figura 9

Il-Karika tal-batterija

Kulur tell-tale: aħmar

Image

Il-Figura 10

Iż-żejt tal-magna

Kulur tell-tale: aħmar

Image

Il-Figura 11

Il-fanal ta’ quddiem għaċ-ċpar (3)

Kulur tell-tale: aħdar

Image

Il-Figura 12

Fanal ta’ wara taċ-ċpar (3)

Kulur tell-tale: ambra

Image

Il-Figura 13

Engine ignition jew cut-off control fil-pożizzjoni “mhux qed jintuża”

Image

Il-Figura 14

Engine ignition jew cut-off control fil-pożizzjoni “qed jintuża”

Image

Il-Figura 15

Swiċċ tad-dawl

Kulur “tell-tale”: aħdar

Image

Il-Figura 16

Fanali ta’ pożizzjoni (tal-ġenb)

Nota: jekk il-kontroll ma jkunx separat, jista’ jiġi identifikat mis-simbolu muri fil-figura 15.

Kulur tell-tale: aħdar

Image

Il-Figura 17

Indikatur “gear box fin-newtral”

Kulur tell-tale: aħdar

Image

Il-Figura 18

Starter elettriku

Image

(1)

Il-partijiet inkwadrati jistgħu jkunu solidi.

(2)

Il-parti l-iskura ta’ dan is-simbolu tista’ tiġi sostitwita bis-silwett tagħha; imbagħad il-parti l-bajda f’din l-istampa għandha tkun kompletament ta’ kulur skur.

(3)

Jekk huwa użat kontroll wieħed għall-fanali ta’ quddiem u ta’ wara għaċ-ċpar is-simbolu użat għandu jkun dak għal “fanal ta’ quddiem għaċ-ċpar”.

L-Appendiċi

L-istruttura tal-bażi tal-mudell għas-simboli msemmija fil-punt 2.1.5

Il-Figura 1

Il-bażi tal-mudell

Image

Il-bażi tal-mudell jikkonsisti f’

(1)

bażi ta’ 50 mm kwadri, u din id-dimensjoni tkun ekwivalenti għad-dimensjoni nominali “a” fl-oriġinal;

(2)

ċirku bażi ta’ 56 mm fid-djametru li jkollu bejn wieħed u ieħor l-istess żona bħall-kwadru bażi (1);

(3)

ċirku ieħor ta’ 50 mm djametru jitpenġa fil-kwadru bażi (1);

(4)

kwadru ieħor li l-ponot tiegħu jistrieħu fuq iċ-ċirku ta’ bażi (2) u li l-ġnub tiegħu huma paralleli għal dawk tal-kwadru bażi (1);

(5) u (6)

żewġ rettangoli li jkollhom l-istess arja bħall-kwadru bażi (1) li l-ġnub tagħhom huma f’angoli ta’ disgħin grad ma’ xulxin u kull wieħed minnhom mahsub sabiex jaqsam il-ġnub opposti tal-kwadru bażi f’punti simmetriċi;

(7)

kwadru ieħor li l-ġnub tiegħu jgħaddu mill-punti tal-intersezzjoni tal-kwadru bażi (1) u ċ-ċirku bażi (2) u li huma inklinati b’angolu ta’ 45°, b’hekk jagħtu l-akbar dimensjonijiet orizzonatali u vertikali tal-bażi tal-mudell;

(8)

ottagonu irregolari iffurmat bil-linji inklinati b’angolu ta’ 30° mal-ġnub tal-kwadru (7).

Il-bażi tal-mudell jitqiegħed fuq grid li n-naħa t’isfel tiegħu hi ta’ 12,5-il mm u li tmiss mal-kwadru bazi (1).


ANNESS II

L-Appendiċi 1

Dokument tal-informazzjoni fejn għandha x’taqsam l-identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewg roti jew bi tlieta

(li għandha tigi annessa mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent jekk din hi sottomessa separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip KE ta’ vettura)

In-Numru tal-ordni (mogħti mill-applikant):

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent fejn għandha x’taqsam l-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewg roti jew bi tlieta għandu jkollha l-informazzjoni stabbilita mill-punti li gejjin fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE, Parti 1, Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE:

0.1,

0.2,

0,4 sa 0.6,

9.2.1.

L-Appendiċi 2

Isem ta’ l-amministrazzjoni

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales indikaturi għal tip ta’ vettura bil-mutur b’ żewġ roti jew bi tliet roti

MUDELL

Nru. ta’ Rapport … skont id-data … ta’ servizz tekniku …

Nru ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent : … Ntu ta’ estenjoni …

1.

id-ditta tal-vettura: …

2.

It-Tip ta’ vettura u kull verżjoni u varjanti: …

3.

L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant: …

4.

L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-fabbrikant (jekk ikun hemm): …

5.

Id-data ta’ meta l-vettura kienet sottomessa għat-test: …

6.

Approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent mogħtija/micħuda (1)

7.

Il-Post: …

8.

Id-Data: …

9.

Il-Firma: …


(1)  Ħassar kif approprjat.


ANNESS III

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emendi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva tal-Kunsill 93/29 KEE

(ĠU L 188, 29.7.1993, p. 1)

Direttiva tal-Kummissjoni 2000/74/KE

(ĠU L 300, 29.11.2000, p. 24)

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

93/29/KEE

fl-14 ta’ Diċembru 1994.

14 ta’ Ġunju 1995 (*)

2000/74/KE

fil-31 ta’ Diċembru 2001.

1 ta’ Jannar 2002 (**)


(*)  Konformement mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 93/29/KEE:

“Mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet konnessi mal-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi, jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ vetturi li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.”

Id-data hi l-14 ta’ Diċembru 1994; ara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 93/29/KEE.

(**)  Konfermement mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/74/KE:

“1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2002, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi:

jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE għal vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, jew

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-muture b’żewġ roti jew bi tlieta;

jekk l-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi tħares ir-rekwiżiti tad-Direttiva 93/29/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2002, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE għal kull tip ġdid ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, għal raġunijiet relatati mal-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 93/29/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, ma jkunux issodisfati.”


ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 93/29 KEE

Direttiva 2000/74/KE

Din id-Direttiva

Artikoli 1 u 2

 

Artikoli 1 u 2

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 3(1)

Artikolu 3, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 3(2)

Artikolu 4, formulazzjoni introduttorja

 

Artikolu 4, formulazzjoni introduttorja

Artikolu 4, l-ewwel inċiż

 

Artikolu 4 punt (a)

Artikolu 4, it-tieni inċiż

 

Artikolu 4 punt (b)

Artikolu 5(1)

 

 

Artikolu 2(1)

Artikolu 5(1)

 

Artikolu 2(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2)

 

Artikolu 5(3)

 

Artikoli 6 u 7

Artikolu 6

 

Artikolu 8

Anness I u II

 

Anness I u II

 

Anness III

 

Anness IV