1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/29 |
DIRETTIVA 2009/79/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar imqabad tal-idejn għall-passiġġieri għal vetturi bil-mutur b’żewġ roti
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993, fuq imqabad tal-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b’żewġ roti (3) ġiet emendata b’mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Id-Direttiva 93/32/KEE hija waħda mid-Direttivi separati li ghandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 92/61KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, kif sostitwita permezz tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/24/KE tat-18 ta’ Marzu 2002 li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (5) u tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti fir-rigward tal-istands tagħhom. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu li l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2002/24/KE, fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/24/KE dwar is-sistemi tal-vetturi, il-komponenti u l-elementi tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva. |
(3) |
Peress illi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent fir-rigward ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġieri għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effett tal-miżura, jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex ikun jista’ jinkiseb dan l-għan. |
(4) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Anness II, Parti B għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha tapplika għal imqabad tal-idejn għall-passiġġieri ta’ kull tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti kif imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE.
Artikolu 2
Il-proċedura għall-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent fir-rigward ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-moviment ħieles ta’ tali vetturi għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2002/24/KE.
Artikolu 3
L-emendi neċessarji sabiex ir-rekwiżiti tal-Anness I jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2002/24/KE.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet relatati ma’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri:
— |
jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura b’żewġ roti jew tip ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri, milli jagħtu approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent, |
— |
jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri, |
jekk l-imqabad tal-idejn għall-passiġġieri jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent għal kwalunkwe tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew ta’ kwalunkwe tip ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri, jekk ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma jiġux sodisfatti.
3. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Id-Direttiva 93/32/KEE, kif emendata mid-Direttiva elenkata fl-Anness II, Parti A, hija b’dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 6
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) ĠU C 234, 30.9.2003, p. 19.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2007 (ĠU C 219E, 28.8.2008, p. 65) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009.
(3) ĠU L 188, 29.7.1993, p. 28.
(4) Ara l-Anness I, Parti A.
ANNESS I
1. REKWIŻITI ĠENERALI
Fejn issir dispożizzjoni għall-ġarr ta’ passiġġier, il-vettura għandha jkollha sistema ta’ maqbad għall-idejn tal-passiġġier. Din għandha tieħu l-forma ta’ ċinga jew maqbad tal-idejn jew imqabad tal-idejn.
1.1. Iċ-ċinga
Iċ-ċinga għandha titwaħħal mal-magħqad jew ma’ partijiet oħra mqabbda mal-istruttura b’tali mod li tkun tista’ tintuża faċilment mill-passiġġier. Iċ-ċinga u kif tkun imwaħħla jridu jkunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jifilħu, mingħajr ma jitqaċċtu, forza ta’ ġbid vertikali ta’ 2 000 N applikata statikament fiċ-ċentru tal-wiċċ taċ-ċinga bi pressjoni massima ta’ 2 MPa.
1.2. Maqbad tal-idejn
Jekk jintuża maqbad tal-idejn għandu jkun qrib il-magħqad u simetriku għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.
Il-maqbad tal-idejn għandu jkun disinjat b’mod li jkun jiflaħ, mingħajr ma jinqata’, forza vertikali ta’ ġbid ta’ 2 000 N applikata statikament fiċ-ċentru tal-wiċċ tal-maqbad tal-idejn bi pressjoni massima ta’ 2 MPa.
Jekk żewġ imqabad tal-idejn ikunu użati, huma jridu jitwaħħlu wieħed kull naħa b’mod simmetriku
Dawn l-imqabad tal-idejn iridu jkunu ddisinjati b’mod li jkunu jifilħu, mingħajr ma jinqatgħu, forza vertikali ta’ ġbid ta’ 1 000 N, applikata waqt li (l-vettura) tkun wieqfa fiċ-ċentru tal-wiċċ tal-maqbad tal-idejn bi pressjoni massima ta’ 1 MPa.
L-Appendiċi 1
Dokument ta’ informazzjoni dwar imqabad tal-idejn għall-passiġġieri għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti
(biex titwaħħal mal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent jekk din tintbagħat separatament mill-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura)
Nru tal-ordni (mogħti mill-applikant): …
L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent dwar imqabad tal-idejn għall-passiġġieri fuq vettura bil-mutur b’żewġ roti jrid ikun fiha l-informazzjoni mniżżla taħt il-punti li ġejjin fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE:
— |
Il-Parti 1, Taqsima A, punti:
|
— |
Il-Parti 1, Taqsima A, punti:
|
Appendiċi II
Isem tal-Amministrazzjoni |
Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent fir-rigward ta’ apparati ta’ sigurtà għall-passiġġieri għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti
MUDELL
Rapport Nru … Skond is-servizz tekniku … data …
Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent: … Numru tal-estensjoni: …
1. |
Trade mark jew isem tal-vettura: … |
2. |
Tip ta’ vettura: … |
3. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: … … |
4. |
L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): … … |
5. |
Id-data meta l-vettura ddaħħlet għat-test: … |
6. |
Approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent mogħtija/rifjutata (1) |
7. |
Post: … |
8. |
Data: … |
9. |
Firma: … |
(1) Ħassar skont kif addattat.
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-emendament tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 5)
Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 1999/24/KE |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmi fl-Artikolu 5)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
93/32/KEE |
L-14 ta’ Diċembru 1994 |
L-14 ta’ Ġunju 1995 (*) |
1999/24/KE |
Il-31 ta’ Diċembru 1999 |
L-1 ta’ Jannar 2000 (**) |
(*) Konformement mat-tielet sub-paragrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/32/KEE:
“Mid-data msemmija fl-ewwel sub-paragrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet marbuta mal-imqabad tal-idejn għall-passiġġieri, jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ vetturi li huma konformi ma’ din id-Direttiva.”
Id-data msemmija hija l-14 ta’ Diċembru 1994; ara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/32/KEE.
(**) Konformement mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/24/KE:
“1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2000, l-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet relatati ma’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri:
— |
jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura b’żewġ roti jew ta’ tip ta’ maqbad tal-idejn għall-passiġġieri, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE, |
— |
jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri, |
jekk l-imqabad tal-idejn għall-passiġġieri jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.
2. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2000 l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE għal kull tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti għal raġunijiet relatati mal-imqabad tal-idejn għall-passiġġieri jew kull tip ta’ mqabad tal-idejn għall-passiġġieri, jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 93/32/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.”
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 93/32/KEE |
Direttiva 1999/24/KE |
Din id-Direttiva |
Artikoli 1, 2 u 3 |
|
Artikoli 1, 2 u 3 |
Artikolu 4(1) |
|
— |
|
Artikolu 2(1) |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 2(2) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(2) |
|
Artikolu 4(3) |
— |
|
Artikolu 5 |
— |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 7 |
Anness |
|
Anness I |
Appendiċi 1 |
|
Appendiċi 1 |
Appendiċi 2 |
|
Appendiċi 2 |
— |
|
Anness II |
— |
|
Anness III |