5.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/52


DIRETTIVA 2009/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Lulju 2009

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċdura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 79/532/KEE tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Id-Direttiva 79/532/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoli jew għall-foresterija, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati (5), u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward l-apparat għal tagħmir ta' dawl u ta' sinjaliazzazzjoni bid-dawl. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati, japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

Fid-Direttiva 2009/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 relatati mal-installazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (6), ġew stabbiliti rekwiżiti komuni għall-tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Dak it-tagħmir ta' dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl għandhom l-istess karatteristiċi ta’ dawk li jitwaħħlu mal-karozzi. Għalhekk, apparat li jkun irċieva timbru ta’ approvazzjoni tal-komponenti tat-tip KE skont id-Direttivi diġà adottata dwar dan is-suġġett b’konessjoni mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi KE bil-mutur u l-karrijiet tagħhom jista’ jintuża wkoll fuq tratturi.

(4)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva “trattur” (għall-agrikoltura jew għall-forestrija) tfisser kull vettura bil-mutur, mgħammra b’roti jew b’ċineg mingħajr tarf li għandha tal-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni primarja tagħha hi fil-forza trattiva tagħha u li hija disinjata speċifikament biex tirmonka, timbotta, iġġor jew tipprovdi enerġija għal ċerti għodda makkinarju jew karrijiet maħsuba għall-użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Tista tkun mgħammra sabiex iġġorr tagħbija jew passiġġieri.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skont id-disinn ta’ bejn is-6 u l-40 km/siegħa.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur minħabba raġunijiet relatati ma' lampi jew rifletturi li ġejjin, jekk dawn ikollhom l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent KE kif prevista fl-Anness I skont ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2009/61/KE:

(a)

fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut jew fanali inkandexxenti b’filament elettriku għal dawk il-fanali ta’ dawl;

(b)

fanali end-outline marker;

(c)

fanali ta’ quddiem (tal-ġenb);

(d)

fanali ta’ wara (tal-ġenb);

(e)

fanali tal-waqfien;

(f)

fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni;

(g)

rifletturi tar-refless;

(h)

fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

(i)

fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u fanali tal-filament għal dawk il-fanali;

(j)

fanali taċ-ċpar ta’ wara;

(k)

fanali tat-treġġiegħ lura;

(l)

fanali tal-parkeġġ.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta’ trattur minħabba raġunijiet relatati mal-lampi jew rifletturi li ġejjin, jekk ikollhom il-komponent ta’ approvazzjoni tat-tip KE kif stipulat fl-Anness I skont ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2009/61/KE:

(a)

fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut jew fanali inkandexxenti b’filament elettriku għal dawk il-fanali ta' dawl;

(b)

fanali end-outline marker;

(c)

fanali ta’ quddiem (tal-ġenb);

(d)

fanali ta’ wara (tal-ġenb);

(e)

fanali tal-waqfien;

(f)

fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni;

(g)

rifletturi tar-refless;

(h)

fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

(i)

fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u fanali tal-filament għal dawk il-fanali;

(j)

fanali taċ-ċpar ta’ wara;

(k)

fanali tat-treġġiegħ lura;

(l)

fanali tal-parkeġġ.

Artikolu 4

L-emendi neċessarji sabiex ir-rekwiżiti tal-Anness I jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil- kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

Id-Direttiva 79/532/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)   ĠU C 162, 25.6.2008, p. 40.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2009.

(3)   ĠU L 145, 13.6.1979, p. 16.

(4)  Ara l-Anness II, Parti A.

(5)   ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

(6)  Ata paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

1.   

Fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl sekondarju jew fanali inkandexxenti b’filament elettrikugħal dawk il-fanali ta’ dawl ewlieni:

 

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KE hija dak stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut u ma' sorsi tad-dawl (bozoz bil-filament u oħrajn) għall-użu f'unitajiet ta' fanali approvati ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom i (1).

 

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/761/KEE japplikaw ukoll għall-approvazzjoni ta’ komponent tat-tip ta’ fanali ta’ quddiem speċjali għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija maħsuba li jipprovdu kemm dawl ewlieni kif ukoll dawl sekondarju ta’ inqas minn 160 mm, djametru D, bl-emendi li ġejjin:

(a)

il-valuri minimi ta’ illuminazzjoni stabbiliti f’punt 2.1 tal-Annessi II sa VI, VIII u IX tad-Direttiva 76/761/KEE jitnaqqsu skont il-proporzjon

((D – 45)/(160 – 45))2

soġġetti għal-limiti assoluti aktar baxxi li ġejjin:

3 lux, jew fil-punt 75 R jew fil-punt 75 L,

5 lux, jew fil-punt 50 R jew fil-punt 50 L,

1,5 lux, f’Żona IV.

Nota: Jekk il-wiċċ li jidher tar-riflettur ma jkunx ċirkulari, id-djametru hu dak ta’ ċirku bl-istess wesgħa daqs il-wiċċ li jidher utli tar-riflettur.

(b)

is-simbolu M ġo trianglu maqlub jitwaħħal fuq il-fanal minflok is-simbolu CR li jipprovdi għalih punt 5.2.3.5 tal-Anness I tad-Direttiva 76/761/KEE;

2.   

Fanali end-outline marker, fanali ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri jikkonċernaw il-fanali li jimmarkawit-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u l-fanali li jindikaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (2).

3.   

Fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (3).

4.   

Rifletturi tar-refless:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ir-rifletturi tar-refless tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (4).

5.   

Fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (5).

6.   

Fanali taċ-ċpar ta’ quddiem:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali taċ-ċpar ta’ quddiem għall-vetturi bil-mutur (6).

7.   

Fanali taċ-ċpar ta’ wara:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali taċ-ċpar ta’ wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (7).

8.   

Fanali tat-treġġiegħ lura:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tat-treġġiegħ lura għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (8).

9.   

Fanali tal-parkeġġ:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tal-parkeġġ għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (9).


(1)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 96.

(2)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 54.

(3)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 71.

(4)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 32.

(5)   ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85.

(6)  [ĠU L 262, 27.9.1976, p. 122.

(7)   ĠU L 220, 29.8.1977, p. 60.

(8)   ĠU L 220, 29.8.1977, p. 72.

(9)   ĠU L 220, 29.8.1977, p. 83.


ANNEX II

PART A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva tal-Kunsill 79/532/KEE

(ĠU L 145, 13.6.1979, p. 16)

 

Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE

(ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45)

Rigward ir-referenza għad-Direttiva 79/532/KEE fl-Artikolu 1(1) biss

Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24)

Rigward ir-referenza għad-Direttiva 79/532/KEE fl-Artikolu 1, l-ewwel inċiż biss

PART B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

79/532/KEE

21 ta’ Novembru 1980

82/890/KEE

21 ta’ Ġunju 1984

97/54/KE

22 ta’ Settembru 1998

23 ta’ Settembru 1998


ANNEX III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 79/532/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, sentenza tal-bidu u kliem tal-aħħar

Artikolu 2, sentenza tal-bidu

Artikolu 2, inċiżi

Artikolu 2, (a)–(l)

Artikolu 3, sentenza tal-bidu u kliem tal-aħħar

Artikolu 3, sentenza tal-bidu

Artikolu 3, inċiżi

Artikolu 3, (a)–(l)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Anness

Anness I

Anness II

Anness III