30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/20


DIRETTIVA 2009/62/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

li għandha x’taqsam mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Mixjin skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE tad-29 ta’ Ottubru 1993 li għandha x’taqsam mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti (3) ġiet emendata (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Id-Direttiva 93/94/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE li kienet stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta kif sostitwita bid-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2002 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (5) u stabbiliet preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE li hemm fid-Direttiva 2002/24/KE tkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2002/24/KE li jirrelataw għas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

L-għan ta’ din id-Direttiva mhuwiex li jiġu armonizzati d-dimensjonijiet tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni użati fl-Istati Membri varji. L-Istati Membri għandhom għalhekk jassiguraw li l-pjanċi tar-reġistrazzjoni li huma sporġuti ‘il- barra ma humiex ta’ periklu għall-utenti, mingħajr, madankollu, ma dan ikun jirrikjedi xi modifika f’dak li għandu x’jaqsam mal-kostruzzjoni tal-vettura.

(4)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara tat-tipi kollha ta’ vetturi bil-mutur kif imfissra fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 2

Il-proċedura għall-għoti tal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent f’dak li għandu x’jaqsam mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ jew tliet roti u l-kondizzjonijiet li jirrregolaw il-moviment liberu ta’ dawn il-vetturi għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad- Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 3

L-emendi meħtieġa biex ir-rekwiżiti tal-Anness I jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara:

—

jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE,

—

jipprojibixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta,

jekk l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jekk ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma jkunux sodisfatti.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal- liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Id-Direttiva 93/94/KEE, kif emendata mid-Direttiva mniżżla fil-Parti A tal- Anness II, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)   ĠU C 324, 30.12.2006, p. 11.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2007 (ĠU C 219E, 28.8.2008, p. 66) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009.

(3)   ĠU L 311, 14.12.1993, p. 83.

(4)  Ara l-Anness II, il-Parti A.

(5)   ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.


ANNESS I

1.   DIMENSJONIJIET

Id-dimensjonijiet għall-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti (1) huma kif ġej:

1.1.   Mopeds u kwadriċikli ħfief mingħajr body

1.1.1.

Wisa’: 100 mm;

1.1.2.

Għoli: 175 mm;

jew

1.1.3.

Wisa’: 145 mm;

1.1.4.

Għoli: 125 mm.

1.2.   Muturi, triċikli sa saħħa massima ta’ 15-il kW u kwadriċikli, ħlief għal kwadriċikli ħfief, mingħajr body:

1.2.1.

Wisa’: 280 mm;

1.2.2.

Għoli: 210 mm.

1.3.   Triċikli b’saħħa massima li teċċedi l-15-il kW, kwadriċikli ħfief armati b’body u kwadriċikli, ħlief għal kwadriċikli ħfief, armati b’body:

1.3.1.

Id-dispożizzjonijiet għall-karrozzi għall-passiġġieri kif stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 70/222/KEE (2) għandhom japplikaw.

2.   IL-POŻIZZJONI ĠENERALI

2.1.

L-immuntar għall-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara ta’ mutur għandu jkun jinstab fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura b’tali mod li:

2.1.1.

il-pjanċa tista’ tiġi mqiegħdha fi ħdan il-pjanijiet lonġitudinali li jgħaddu mill-estremitajiet ta’ barra tal-vettura.

3.   L-INKLINAZZJONI

3.1.

Il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara:

3.1.1.

għandha tkun perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

3.1.2.

tista’ tkun inklinata mill-wieqaf b’mhux iktar minn 30°, bil-vettura mhix mgħobbija, meta l-pjanċa ta’ wara għan-numru tar-reġistrazzjoni tħares ‘il fuq;

3.1.3.

tista’ tkun inklinata b’mhux iktar minn 15° mill-wieqaf, bil-vettura mhix mgħobbija, meta l-pjanċa ta’ wara għan-numru tar-reġistrazzjoni tħares ‘l isfel;

4.   L-GĦOLI MASSIMU

4.1.

Ebda punt fuq l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma jista’ jkun iktar minn 1,5 m ‘l fuq mill-art meta l-vettura mhix mgħobbija.

5.   L-GĦOLI MINIMU

5.1.

Ebda punt fuq l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma għandu jkun inqas minn 0,20 m ‘l fuq mill-art, jew inqas mir-raġġ tar-rota ‘l fuq mill-art jekk dak hu inqas minn 0,20 m, meta l-vettura mhix mgħobbija.

6.   VISIBILITÀ ĠEOMETRIKA

6.1.

L-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa għandu jkun viżibbli fi ħdan spazju li jkun ikkwadrat b’żewġ diħedrali: wieħed b’tarf oriżżontali definit minn żewġ pjanijiet li jgħaddu mit-trufijiet oriżżontali ta’ fuq u t’isfel tal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa, li l-angoli tagħha vis-à-vis l-oriżżontali jidhru fil-Figura 1; l-ieħor b’tarf wieqaf li jidher definit minn żewġ pjanijiet li jgħaddu minn kull naħa tal-pjanċa, li l-angoli tagħha vis-à-vis il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura jidhru fil-Figura 2.

Figura 1

Image 1
Figura 1 dihedral

Figura 2

Image 2
Figura 2

(1)  Fil-każ ta’ mopeds, din hija kwalunkwe pjanċa tar-reġistrazzjoni u/jew l-identifikazzjoni.

(2)   ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 25.

Appendiċi 1

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ta’ tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta

(li għandu jiġi mehmuż mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent meta din hi sottomessa separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura)

In-Nru tal-Ordni (mogħti mill-applikant):

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta għandu jkollha l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE, il-Parti 1, it-taqsima A, il-punti:

—

0.1,

—

0.2,

—

0.4. sa 0.6,

—

2.2,

—

2.2.1,

—

9.6,

—

9.6.1.

Appendiċi 2

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent meta għandu x’jaqsam mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ta’ tip ta’ vettura bil-mutur b’żewg jew tliet roti

MUDELL

In-Nru. tar-Rapport … mis-servizz tekniku … id-data …

In-Nru tal-approvazzjoni ta’ tip KE ta’ komponent … Nru tal-Estensjoni …

(1)

Il-marka tad-ditta jew l-isem tal-vettura …

(2)

it-tip ta’vettura …

(3)

L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant …

…

(4)

L-isem u l-indirizz tar-rapprezentant tal-fabbrikant (jekk hemm) …

…

(5)

Id-data li fiha l-vettura tkun ippreżentatha għat-test …

(6)

L-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent kienet approvata/miċħuda (1).

(7)

Il-Post: …

(8)

Id-Data …

(9)

Il-Firma …

(1)  Ħassar kif meħtieg.


ANNESS II

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emenda tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 5)

Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE

(ĠU L 311, l-14.12.1993, p. 83).

Direttiva tal-Kummissjoni 1999/26/KE

(ĠU L 118, tas-6.5.1999, p. 32).

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmi fl-Artikolu 5)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

93/94/KEE

30 ta’ April 1995

1 ta’ Novembru 1995 (1)

1999/26/KE

31 ta’ Diċembru 1999

1 ta’ Jannar 2000 (2)


(1)  Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 93/94/KEE:

“Mill-[1 ta’ Mejju 1995], l-Istati Membru ma jistgħux, għal raġunijiet konnessi mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara, jipprojibixxu d-dħul inizjali fis-servizz tal- vetturi li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva.”

(2)  Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/26/KE:

“1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2000, l-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara:

—

jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE,

—

jipprojibixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta,

jekk l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jkun konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 93/94/KEE, kif emendata b’ din id-Direttiva.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jekk il-ħtiġijiet tad-Direttiva 93/94/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.”.


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 93/98/EEK

Direttiva 1999/26/EK

Din id-Direttiva

Artikoli 1, 2 u 3

 

Artikoli 1, 2 u 3

 

Artikoli 2(1)

Artikoli 4(1)

 

Artikoli 2(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(1)

 

—

Artikolu 4(2)

 

Artikolu 4(3)

—

 

Artikolu 5

—

 

Artikolu 6

Artikolu 5

 

Artikolu 7

L-Anness

 

Anness I

—

 

Anness II

—

 

Anness III