30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/4


DIRETTIVA 2008/58/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Lulju 2009

dwar il-mekkaniżmu tat-tqabbid u t-treġġiegħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2).

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE tas-17 ta’ Mejju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-mekkaniżmu tat-tqabbid u mat-treġġiegħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Id-Direttiva 79/533/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoli jew għall-foresterija, kif sostitwita bid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati (5), u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward l-apparat tat-tqabbid u treġġiegħ lura. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi huma dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-disposizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati, japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva “trattur” (għall-agrikoltura jew għall-forestrija) tfisser kull vettura bil-mutur mgħammra bir-roti jew tracks mingħajr tarf, li jkollha talanqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun il-qawwa tal-ġibda u li tkun iddisinjata speċifikatament biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti għodda, makkinarju jew karrijiet maħsuba għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Din tista’ tkun mgħammra biex iġġorr tagħbija u passiġġieri.

2.   Din id-Direttiva tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u l- 40 km/siegħa.

Artikolu 2

1.   Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE jew li joħroġ id-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u) tad-Direttiva 2003/37/KE jew li jagħti approvazzjoni tat tip nazzjonali għal trattur minħabba raġunijiet marbuta mal-mekkaniżmu tat-tqabbid jew mat-treġġiegħ lura jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I u II.

2.   L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u), tad-Direttiva 2003/37/KE għal tip ta' trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta' trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul inizjali fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi minħabba raġunijiet li jirrelataw mal-mekkaniżmu tat-tqabbid jew mat-treġġiegħ lura jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I u II.

Artikolu 4

L-emendi neċessarji biex jadattaw ir-rekwiżiti ta’ l-Annessi I u II għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 5

L-Istati Memberi għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 6

Id-Direttiva 79/533/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness III, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010

Artikolu 8

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU C 10, 15.1.2008, p. 21.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 (ĠU C 323E, 18.12.2008, p. 57) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2009.

(3)  ĠU L 145, 13.6.1979, p. 20.

(4)  Ara l-Anness III, Parti A.

(5)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.


ANNESS I

MEKKANIŻMU TA’ TQABBID

1.   Numru

Kull trattur għandu jkollu makkaniżmu speċjali li miegħu jkun possibbli li titqabbad konnessjoni bħal virga ta’ l-irmonk jew ħabel ta’ l-irmonk għall-għanijiet ta’ l-irmunkar.

2.   Pożizzjoni

Il-mekkaniżmu għandu jkun iffittjat fuq quddiem tat-trattur, li għandu jkun mgħammar b’pern tat-tqabbid.

3.   Disinn

Il-mekkaniżmu għandu jkun tat-tip slotted-jaw. Il-ftuħ taċ-ċentru tal-pern tal-qfil għandu jkun ta' 60 mm + 0,5/- 1,5 mm u l-fond tal-qfil imkejjel miċ-ċentru tal-pern għandu jkun ta' 62 mm ± 0,5 mm.

Il-pern tat-tqabbid għandu jkollu dijametru ta’ 30 + 1,5 mm li għandu jiġi ffittjat ma’ mekkaniżmu li jipprevjeni li jinqala’ matul l-użu. Il-mekkaniżmu tat-tqabbid m’għandux ikun jista’ jinqala’.

It-tolleranza ta’ + 1,5 mm msemmija hawn fuq m’għandhiex titqies bħala tolleranza ta’ manifattura iżda bħala varjazzjoni permessa fid-dimensjonijiet nominali għall-pernijiet ta’ disinji differenti.


ANNESS II

TREĠĠIEGĦ LURA

It-tratturi kollha għandhom ikunu mgħammra b’mekkaniżmu għat-treġġiegħ lura li jkun jista’ jitħaddem mill-pożizzjoni tas-sewwieq.


ANNESS III

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE

(ĠU L 145, 13.6.1979, p. 20)

 

Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE

(ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45)

Kif jirrigwarda biss ir-referenzi magħmula f’Artikolu 1(1) tad-Direttiva 79/533/KEE

Direttiva 79/533/KE Tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill

(ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24)

Kif jirrigwarda biss ir-referenzi magħmula fl-ewwel inċiż ta’ Artikolu 1 tad-Direttiva 79/533/KEE

Direttiva tal-Kummissjoni 1999/58/KE

(ĠU L 148, 15.6.1999, p. 37)

 

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

79/533/KEE

21 ta’ Novembru 1980

82/890/KEE

21 ta’ Ġunju 1984

97/54/KE

22 ta’ Settembru 1998

23 ta’ Settembru 1998

1999/58/KE

30 ta’ Ġunju 2000 (1)


(1)  Skont Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/58/KE:

“1.   Mill-1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:

jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE, li joħorġu d-dokument li għalih jipprovdi t-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, dwar xi tip ta’ trattur, jew

iwaqqfu id-dħul fis-servizz ta’ trattur,

jekk it-tratturi in kwistjoni jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 79/533/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2001, l-Istati Membri:

ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li għalih jipprovdi t-tielet indent ta’ Artikolu 10(1) ta’ Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti ta’ d-Direttiva 79/533/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,

jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti tad-Direttivi 79/533/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.”


ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 79/533/KEE

Direttiva 1999/58/ KE

Din id-Direttiva

Artikoli 1

 

Artikoli 1

 

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

 

Artikolu 3

Artikolu 4

 

Artikolu 4

Artikolu 5(1)

 

Artikolu 5(2)

 

Artikolu 5

 

Artikoli 6 u 7

Artikolu 6

 

Artikolu 8

Anness I

 

Anness I

Anness II

 

Anness II

 

Anness III

 

Anness IV