26.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/45 |
DIRETTIVA 2009/54/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2009
dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali
(Tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minjerali naturali (3) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali (4). Peress li għandhom isiru emendi oħra, għal finijiet ta’ ċarezza, din għandha titfassal mill-ġdid. |
(2) |
Il-liġijiet tal-Istati Membri jiddefinixxu l-ilmijiet minerali naturali. Dawn il-liġijiet jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li fuqhom l-ilmijiet minerali naturali huma rikonoxxuti bħala tali u jirregolaw il-kondizzjonijiet għall-isfruttament tan-nixxigħat. Barra minn hekk, huma jippreskrivu regoli speċifiċi għat-tqegħid fis-suq tal-ilmijiet inkwistjoni. |
(3) |
Id-differenzi bejn dawk il-liġijiet ifixklu l-moviment ħieles tal-ilmijiet minerali naturali, billi jikkrejaw sitwazzjonijiet kompetittivi diversi, u konsegwentement jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern. |
(4) |
F’dan il-każ partikolari, l-eliminazzjoni ta’ dawn l-ostakoli tista’ tinkiseb kemm b’obbligu fuq kull Stat Membru li jippermetti t-tqegħid fis-suq fuq it-territorju tiegħu ta’ ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti bħala tali minn kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra u wkoll bl-istabbiliment ta’ regoli komuni li jikkonċernaw b’mod partikolari r-rekwiżiti mikrobijoloġiċi li għandhom jiġu ssodisfati u l-kondizzjonijiet fejn għandhom jintużaw ismijiet speċifiċi għal ċerti ilmijiet minerali. |
(5) |
L-għanijiet primarji ta’ kull regola dwar ilmijiet minerali naturali għandhom ikunu biex iħarsu s-saħħa tal-konsumaturi, biex jevitaw li l-konsumaturi jisfaw mqarrqa u jassiguraw kummerċ ġust. |
(6) |
Sakemm jiġi konkluż il-ftehim dwar ir-rikonnoxximent reċiproku ta’ ilmijiet minerali naturali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, għandhom jiġu stipulati l-kondizzjonijiet li fuqhom, sakemm jiġu implimentati dawk l-istrumenti ta’ ftehim, prodotti simili impurtati minn pajjiżi terzi jistgħu jitħallew jidħlu fil-Komunità bħala ilmijiet minerali naturali. |
(7) |
Wieħed irid jieħu ħsieb li jassigura li l-ilmijiet minerali naturali jżommu fl-istadju tat-tqegħid fis-suq dawk il-karatteristiċi li ppermettewlhom li jiġu rikonoxxuti bħal tali. Għaldaqstant, il-kontenituri użati għall-imballaġġ tagħhom għandhom ikollhom għeluq adattat. |
(8) |
Fir-rigward tal-ittikkettar, l-ilmijiet minerali naturali huma soġġetti għar-regoli ġenerali stabbiliti mid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti tal-ikel (5). Għal din ir-raġuni, din id-Direttiva tista’ tiġi limitata għall-provvediment ta’ żidiet u derogi li għandhom isiru għal dawk ir-regoli ġenerali. |
(9) |
L-inklużjoni tad-dikjarazzjoni tal-kompożizzjoni analitika tal-ilma minerali naturali għandha tkun obbligatorja biex tassigura li l-konsumaturi jkunu informati. |
(10) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6). |
(11) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta limiti għall-konċentrazzjonijiet ta’ konstitwenti ta’ ilmijiet minerali naturali, kwalunkwe dispozzizjoni meħtieġa għall-indikazzjoni fuq it-tikketta ta’ livelli ogħlja ta’ ċerti konstitwenti, il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ arja arrikita bl-ożonu għat-trattamemt ta’ ilma minerali naturali, l-informazzjoni dwar it-trattament ta’ ilma minerali naturali, metodi ta’ analiżi biex tiġi determnata l-assenza ta’ tniġġiż tal-ilmijiet minerali naturali u t-teħid ta’ kampjuni u metodi ta’ analiżi meħtieġa għall-kontroll tal-karatteristiċi mikrobijoloġiċi tal-ilmijiet minerali naturali. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva inter alia, billi jissupplimentawha, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(12) |
Meta, għal raġunijiet ta’ urġenza imperattiva, m’huwiex possibbli li jiġu osservati l-limiti ta’ żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artiolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni tal-emendi għal din id-Direttiva meħtieġa sabiex jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa pubblika. |
(13) |
L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri. |
(14) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva tikkonċerna l-ilmijiet estratti mill-art ta’ Stat Membru u rikonoxxuti mill-awtorità responsabbli ta’ dak l-Istat Membru bħala ilmijiet minerali naturali li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima I.
2. Din id-Direttiva tikkonċerna wkoll l-ilmijiet estratti mill-art ta’ pajjiż terz, importati fil-Komunità u rikonoxxuti bħala ilmijiet minerali naturali mill-awtorità responsabbli ta’ Stat Membru.
L-ilmijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala tali biss jekk l-awtorità responsabbli fil-pajjiż tal-estrazzjoni tkun iċċertifikat li huma jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima I, u li qed isiru kontrolli regolari fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness II, punt 2.
Il-validità taċ-ċertifikazzjoni msemmija fit-tieni sub-paragrafu ma tistax teċċedi perijodu ta’ ħames snin. M’għandux ikun neċessarju li tittenna l-proċedura tar-rikonoxximent msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk iċ-ċertifikazzjoni tiġġedded qabel l-aħħar ta’ dak il-perijodu.
3. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:
(a) |
ilmijiet li huma prodotti mediċinali fit-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (7); |
(b) |
ilmijiet minerali naturali użati fis-sors għal skopijiet kurattivi fi stabbilimenti termali jew idrominerali. |
4. Ir-raġunijiet li għalihom jiġi mogħti r-rikonoxximent imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ddikjarati fil-forma adegwata mill-awtorità responsabbli tal-Istat Membru u għandhom jiġu ppubblikati uffiċjalment.
5. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-każijiet fejn ir-rikonoxximent imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ikun mogħti jew irtirat. Il-lista ta’ ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti bħala tali għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li huma biss l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li jistgħu ikunu mqiegħda fis-suq bħala ilmijiet minerali naturali.
Artikolu 3
Nixxiegħat ta’ ilma minerali naturali jistgħu jiġu sfruttati u l-ilmijiet tagħhom ibbottiljati biss skont l-Anness II.
Artikolu 4
1. Ilma minerali naturali, fl-istat tiegħu fis-sors, ma jistax ikun is-suġġett ta’ xi trattament ħlief għal:
(a) |
is-separazzjoni tal-elementi tiegħu li m’humiex stabbli, bħall-komposti tal-ħadid u tal-kubrit, b’filtrazzjoni jew dekantazzjoni, possibbilment preċeduta b’ossiġinazzjoni, safejn dan it-trattament ma jbiddilx il-kompożizzjoni tal-ilma fir-rigward tal-kostitwenti essenzjali li jagħtuh il-proprjetajiet tiegħu; |
(b) |
is-separazzjoni ta’ komposti tal-ħadid, tal-magneżju u tal-kubrit u arseniku minn ċerti ilmijiet minerali naturali bi trattament ta’ arja arrikkita bl-ożonu safejn dan it-trattament ma jibdilx il-kompożizzjoni tal-ilma fir-rigward tal-kostitwenti essenzjali li jagħtuh il-proprjetajiet tiegħu, u bil-kondizzjoni li:
|
(ċ) |
is-separazzjoni ta’ kostitwenti li m’humiex mixtieqa ħlief għal dawk speċifikati fil-punti (a) jew (b), safejn dan it-trattament ma jbiddilx il-kompożizzjoni tal-ilma fir-rigward tal-kostitwenti essenzjali li jagħtuh il-propjetajiet tiegħu, u bil-kondizzjoni li:
|
(d) |
l-eliminazzjoni totali jew parzjali tad-dijossidju tal-karbonju ħieles b’metodi esklussivament fiżiċi. |
Il-miżuri msemmija fil-punti (b)(i) u (c)(i) maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).
L-ewwel subparagrafu m’għandux jikkostitwixxi impediment għall-utilizzazzjoni tal-ilmijiet minerali naturali u ilmijiet tan-nixxiegħa fil-fabbrikazzjoni tax-xorb mhux alkoħoliku.
2. Ilma minerali naturali, fil-istat tiegħu fis-sors, ma jistax ikun soġġett għal xi żieda oħra ħlief għall-introduzzjoni jew ir-ri-introduzzjoni tad-diossidu tal-karbonju skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Taqsima III.
3. Kull trattament ta’ disinfettar b’kull mezz u, soġġett għall-paragrafu 2, iż-żieda ta’ elementi batterjostatiċi jew kull trattament ieħor li x’aktarx ibiddel l-għadd ta’ kolonja vijabbli tal-ilma minerali naturali, għandu jkun ipprojbit.
Artikolu 5
1. L-għadd totali li jista’ jerġa’ jitqajjem tal-kolonja ta’ ilma minerali naturali fis-sors għandu jikkonforma mal-għadd vijabbli normali tal-kolonja tiegħu, u jagħti evidenza sodisfaċenti tal-ħarsien tas-sors kontra kull kontaminazzjoni. Dan l-għadd totali tal-kolonja għandu jiġi ddeterminat skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Taqsima II, punt 1.3.3.
Wara l-ibbottiljar, l-għadd totali tal-kolonja fis-sors ma jistax jaqbeż 100 għal kull millilitru f’20 sa 22 °C f’72 siegħa fuq taħlita agar-agar jew agar-ġelatina u 20 għal kull millilitru f’37 °C f’24 siegħa fuq agar-agar. L-għadd totali tal-kolonja għandu jiġi mkejjel fi 12-il siegħa wara l-ibbottiljar, fejn l-ilma jinżamm f’4 °C ± 1 °C matul dan il-perijodu ta’ 12-il siegħa.
Fis-sors, jeħtieġ li dawn il-valuri normalment ma jaqbżux l-20 għal kull millilitru f’20 sa 22 °C fi 72 siegħa u 5 għal kull millilitru f’37 °C f’24 siegħa rispettivament, fuq il-fehim li dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala figuri gwida u mhux bħala l-konċentrazzjonijiet massimi permessi.
2. Fis-sors u matul it-tqegħid fis-suq tiegħu, ilma minerali naturali għandu jkun ħieles minn:
(a) |
parassiti u mikro-organiżmi patoġeniċi; |
(b) |
Escherichia coli u coliforms oħrajn u faecal streptococci fi kwalunkwe kampjun ta’ 250 ml eżaminat; |
(ċ) |
anerobi sporulati li jnaqqsu s-sulfat fi kwalunkwe kampjun ta’ 50 ml eżaminat; |
(d) |
Pseudomanas aeruginosa fi kwalunkwe kampjun ta’ 250 ml eżaminat. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 u għall-kondizzjonijiet ta’ sfruttament stabbiliti fl-Anness II, fil-fażi ta’ tqegħid fis-suq:
(a) |
l-għadd totali li jista’ jerġa jitqajjem tal-kolonja tal-ilma minerali naturali jista’ jkun biss dak li jirriżulta miż-żieda normali fl-għadd tal-batterji li jkollu fis-sors; |
(b) |
l-ilma minerali naturali ma jistax ikollu xi difetti organolettiċi. |
Artikolu 6
Il-kontenituri kollha użati għall-imballaġġ ta’ ilmijiet minerali naturali għandu jitwaħħlilhom għeluq iddisinjat biex tiġi evitata kull possibbiltà ta’ adulterazzjoni jew kontaminazzjoni.
Artikolu 7
1. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ ilmijiet minerali naturali għandha tkun “ilma minerali naturali” jew, fil-każ ta’ ilma minerali naturali effervexxenti kif definit fl-Anness I, it-Taqsima III, skont il-każ, “ilma minerali naturali kkarbonizzat b’mod naturali”, “ilma minerali naturali ffortifikat bil-gass min-nixxiegħa”, jew “ilma minerali naturali kkarbonizzat”.
Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ ilmijiet minerali naturali li jkunu għaddew minn xi wieħed mit-trattamenti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) għandu jkollha miżjud magħha, skont il-każ, l-indikazzjoni “iddekarbonizzat kompletament” jew “iddekarbonizzat parzjalment”.
2. It-tikketti fuq ilmijiet minerali naturali għandhom jagħtu wkoll l-informazzjoni obbligatorja li ġejja:
(a) |
dikjarazzjoni tal-kompożizzjoni analitika, li tagħti l-kostitwenti karatteristiċi tagħha; |
(b) |
il-post fejn in-nixxiegħa hi sfruttata u l-isem tan-nixxiegħa; |
(ċ) |
informazzjoni dwar kull trattament imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1). |
3. Fl-assenza tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar informazzjoni dwar kull trattament msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu iżommu id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom.
Artikolu 8
1. L-isem ta’ lokalità, raħal żgħir jew post jistgħu jidhru fit-test tad-deskrizzjoni kummerċjali bil-kondizzjoni li din tirreferi għal ilma minerali naturali li n-nixxiegħa tiegħu hija sfruttata fil-post indikat b’dik id-deskrizzjoni u bil-kondizzjoni li din mhix qarrieqa fir-rigward tal-post tal-isfruttament tan-nixxiegħa.
2. Għandu jkun ipprojbit li wieħed iqiegħed fis-suq ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija taħt iktar minn deskrizzjoni kummerċjali waħda.
3. Meta t-tikketti jew l-iskrizzjonijiet tal-kontenituri li fihom l-ilmijiet minerali naturali huma offruti għall-bejgħ jinkludu deskrizzjoni kummerċjali differenti mill-isem tan-nixxiegħa jew il-post tal-isfruttament tagħha, dak il-post tal-isfruttament jew l-isem tan-nixxiegħa għandhom jiġu indikati f’ittri li għandhom ikunu tal-anqas darba u nofs tat-tul u l-wisa’ tal-akbar ittra użata għal dik id-deskrizzjoni kummerċjali.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika, mutatis mutandis u bl-istess intenzjoni fir-rigward tal-importanza mogħtija għall-isem tan-nixxiegħa jew il-post tal-isfruttament tagħha, fir-rigward tad-deskrizzjoni kummerċjali użata fir-riklamar, fi kwalunkwe forma, relatata mal-ilmijiet minerali naturali.
Artikolu 9
1. Għandu jkun ipprojbit, kemm fuq l-imballaġġ jew fuq it-tikketti u fir-reklamar fi kwalunkwe forma, li jintużaw indikazzjonijiet, denominazzjonijiet, marki kummerċjali, ismijiet tal-marka, stampi jew sinjali oħrajn, kemm jekk dawn ikunu figurattivi u kemm jekk le, li:
(a) |
fil-każ ta’ ilma minerali naturali, jissuġġerixxu karatteristika li l-ilma m’għandux, b’mod partikolari fir-rigward tal-oriġini tiegħu, id-data tal-awtorizzazzjoni biex dan jiġi sfruttat, ir-riżultati ta’ analiżi jew referenzi simili għall-garanzija ta’ awtentiċità; |
(b) |
fil-każ ta’ ilma tax-xorb imballat f’kontenituri, li ma jissodisfax id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima I, għandhom tendenza li joħolqu konfużjoni ma’ ilma minerali naturali, b’mod partikolari d-deskrizzjoni “ilma minerali”. |
2. L-indikazzjonijiet kollha li jattribwixxu lill-ilma minerali naturali karatteristiċi relatati mal-prevenzjoni, it-trattament jew il-kura ta’ xi marda umana għandhom ikunu pprojbiti.
Madankollu, l-indikazzjonijiet elenkati fl-Anness III għandhom ikunu awtorizzati jekk dawn jissodisfaw il-kriterji rilevanti stabbiliti f’dak l-Anness jew, fin-nuqqas ta’ dawn, kriterji stabbiliti f’dispożizzjonijiet nazzjonali u sakemm dawn ikunu ġew imfassla fuq il-bażi ta’ analiżi fiżiko-kimika u, fejn neċessarju, eżamijiet farmakoloġiċi, fiżjoloġiċi u kliniċi mwettqa skont il-metodi xjentifiċi rikonoxxuti, skont l-Anness I, Taqsima I, punt 2.
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-indikazzjonijiet “jistimula d-diġestjoni”, “jista’ jiffaċilita l-funzjonijiet epato-biljari” jew indikazzjonijiet simili. Huma jistgħu jawtorizzaw ukoll l-inklużjoni ta’ indikazzjonijiet oħrajn, bil-kondizzjoni li dawn tal-aħħar ma jmorrux kontra l-prinċipji previsti fl-ewwel subparagrafu u huma kompatibbli ma’ dawk previsti fit-tieni subparagrafu.
3. L-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ indikazzjonijiet – kemm dwar l-imballaġġ jew it-tikketti u fir-reklamar – li tikkonċerna kemm l-ilma minerali naturali huwa adattat għall-ikel tat-tfal żgħar. Dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jikkonċernaw ukoll il-karatteristiċi tal-ilma li jiddeterminaw l-użu ta’ dawk l-indikazzjonijiet.
L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jieħdu miżuri bħal dawn għandhom jinformaw minn qabel lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
4. It-terminu “ilma tan-nixxiegħa” għandu jkun riservat għal ilma li hu maħsub għall-konsum tal-bniedem fl-istat naturali tiegħu, u bbottiljat fis-sors, li:
(a) |
jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-isfruttar stabbiliti fl-Annessi II, punt 2 u 3, li għandhom ikunu kompletament applikabbli għall-ilmijiet tan-nixxiegħa; |
(b) |
jissodisfa r-rekwiżiti mikrobijoloġiċi stabbiliti fl-Artikolu 5; |
(ċ) |
jissodisfa r-rekwiżiti tal-ittikkettar tal-Artikolu 7(2), punti (b) u (c), u l-Artikolu 8; |
(d) |
ma jkunx sarlu xi trattament ħlief għal dak imsemmi fl-Artikolu 4. Trattamenti oħrajn jistgħu jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni. |
Il-miżuri msemmija fil-punt (d) maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).
Barra minn dan, l-ilmijiet tan-nixxiegħa għandhom iħarsu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (9).
5. Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar it-trattament tal-ilmijiet tan-nixxiegħa msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fuq it-trattamenti.
Artikolu 10
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-kummerċ ta’ ilmijiet minerali naturali li jikkonformaw mad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva ma jistax jiġi mfixkel mill-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw il-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, il-kondizzjonijiet ta’ sfruttament, l-imballaġġ, it-tikkettar jew ir-reklamar ta’ ilmijiet minerali naturali jew ta’ oġġetti tal-ikel b’mod ġenerali.
Artikolu 11
1. Fejn Stat Membru għandu raġunijiet dettaljati biex jikkonsidra li l-ilma minerali naturali ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, jew jipperikola s-saħħa pubblika, għalkemm jiċċirkula ħieles fi Stat Membru wieħed jew iżjed, dak l-Istat Membru jista’ temporanjament jirrestrinġi jew jissospendi l-kummerċ f’dak il-prodott fit-territorju tiegħu. Huwa għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn b’dan u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
2. Fuq talba ta’ kull Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-Istat Membru li rrikonoxxa li l-ilma għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna r-rikonoxximent ta’ dak l-ilma, flimkien mar-riżultati tal-kontrolli regolari.
3. Il-Kummissjoni għandha teżamina malajr kemm jista’ jkun ir-raġunijet imqajma mill-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1 fil-Kumitat Permanenti msemmi fl-Artikolu 14(1), u għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mill-ewwel u jieħu l-miżuri xierqa.
4. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li huma neċessarji emendi għal din id-Direttiva biex tassigura l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, hi għandha tadotta dawk l-emendi.
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2). Għal raġunijiet ta’ urġenża imperattiva, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 14(3).
L-Istat Membru li adotta miżuri ta’ salvagwardji jista’, f’dik l-eventwalità, iżommhom sakemm l-emendi jkunu adottati.
Artikolu 12
Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni:
(a) |
limiti għall-konċentrazzjonijiet tal-kostitwenti tal-ilma minerali naturali; |
(b) |
kull dispożizzjoni meħtieġa għall-indikazzjoni fuq l-ittikkettar ta’ livelli għoljin ta’ ċerti kostitwenti; |
(ċ) |
il-kondizzjonijet għall-użu ta’ arja arrikkita bl-ożonu msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1); |
(d) |
l-informazzjoni dwar it-trattamenti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(2); |
(e) |
metodi ta’ analiżi, inklużi l-limiti ta’ skoperta, biex jivverifikaw l-assenza ta’ tniġġis tal-ilmijiet minerali naturali; |
(f) |
il-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjun u l-metodi ta’ analiżi neċessarji għall-iċċekkjar tal-karatteristiċi mikrobijoloġiċi tal-ilmijiet minerali naturali. |
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 13
Kull deċiżjoni li x’aktarx tħalli effett fuq is-saħħa pubblika għandha tkun adottata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.
Artikolu 14
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1),(2),(4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 15
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ilmijiet minerali naturali għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.
Artikolu 16
Id-Direttiva 80/777/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness IV, Parti A, hija b’dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 17
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 18
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
Š. FÜLE
(1) ĠU C 162, 25.6.2008, p. 87.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Settembru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2009.
(3) ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1.
(4) Ara l-Anness IV, Parti A.
(5) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(7) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(9) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.
ANNESS I
I. DEFINIZZJONI
1. |
“Ilma minerali naturali” tfisser ilma mikrobijoloġikament tajjeb għas-saħħa, fit-tifsira tal-Artikolu 5, li joriġina minn water table ta’ taħt l-art jew minn depożitu ta’ taħt l-art u li joħroġ minn nixxiegħa meħud minn ħruġ naturali wieħed jew aktar jew minn ħruġ imtaqqab. Ilma minerali naturali jista’ jingħaraf faċilment minn ilma tax-xorb ordinarju:
fejn iż-żewġ karatteristiċi ġew ikkonservati intatti minħabba l-oriġini minn taħt l-art ta’ ilma bħal dan, li ġie protett minn kull riskju ta’ tniġġis. |
2. |
Il-karatteristiċi msemmija fil-punt 1, li jistgħu jagħtu lill-ilma minerali naturali propjetajiet li huma favorevoli għas-saħħa, għandhom ikunu ġew ivvalutati:
L-analiżi msemmija fil-punt (a)(iv) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu fakultattivi fejn l-ilma jippreżenta l-karatteristiċi ta’ kompożizzjoni li bis-saħħa tagħhom hu jkun ikkunsidrat bħala ilma minerali naturali fl-Istat Membru ta’ oriġini qabel is-17 ta’ Lulju 1980. Dan huwa il-każ, b’mod partikolari meta l-ilma kkonċernat ikun fih, għal kull kg, kemm fis-sors kif ukoll wara li jiġi bbottiljat, minimu ta’ 1 000 mg ta’ solidi totali fit-taħlita jew minimu ta’ 250 mg ta’ diossidu tal-karbonju liberu. |
3. |
Il-kompożizzjoni, it-temperatura u l-karatteristiċi essenzjali l-oħra tal-ilma minerali naturali għandhom jibqgħu stabbli fil-limiti ta’ varjazzjoni naturali; b’mod partikolari, m’għandhomx jiġu affettwati bil-varjazzjonijiet possibbli fir-rata ta’ ċirkolazzjoni. Fit-tifsira tal-Artikolu 5(1), l-għadd vijabbli normali tal-kolonja tal-ilma minerali naturali ifisser l-għadd totali tal-kolonja li hu raġonevolment kostanti fis-sors qabel kull trattament, li l-kompożizzjoni kwalittattiva u kwantitattiva tiegħu ikkunsidrata fir-rikonoxximent ta’ dak l-ilma, hija kkontrollata b’analiżi perijodiċi. |
II. REKWIŻITI U KRITERJI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAD-DEFINIZZJONI
1.1. Rekwiżiti għal stħarriġ ġeoloġiku u idroloġiku
Għandu jkun hemm rekwiżit biex jiġu pprovduti d-dettalji li ġejjin:
1.1.1. |
Is-sit eżatt tal-ġbir tal-ilma b’indikazzjoni tal-altitudni tiegħu, fuq mappa bi skala ta’ mhux aktar minn 1: 1 000; |
1.1.2. |
rapport ġeoloġiku dettaljat dwar l-oriġini u n-natura tat-terren; |
1.1.3. |
l-istratigrafija tal-istrat idroġeoloġiku; |
1.1.4. |
deskrizzjoni tal-operazzjonijiet tal-ġbir tal-ilma; |
1.1.5. |
id-demarkazzjoni tal-arja jew dettalji ta’ miżuri oħra li jipproteġu n-nixxiegħa mit-tniġġis. |
1.2. Rekwiżiti għal stħarriġ fiżiku, is-servej kimiku u dak fisjo-kimiku
Dan l-istħarriġ għandu jistabbilixxi:
1.2.1. |
ir-rata taċ-ċirkolazzjoni tal-ilma tan-nixxiegħa; |
1.2.2. |
it-temperatura tal-ilma fis-sors u t-temperatura tal-post; |
1.2.3. |
ir-relazzjoni bejn in-natura tat-terren u n-natura u t-tip ta’ minerali fl-ilma; |
1.2.4. |
ir-residwi nexfin f’180 °C sa 260 °C; |
1.2.5. |
il-konduttività jew il-forza ta’ reżistenza elettrika, fejn għandha tkun speċifikata t-temperatura tal-kejl; |
1.2.6. |
il-konċentrazzjoni tal-jone idroġenu (pH); |
1.2.7. |
l-anions u l-cations; |
1.2.8. |
l-elementi mhux jonizzati; |
1.2.9. |
l-oligo-elementi; |
1.2.10. |
il-kwalitajiet radjo-attinoloġiċi fis-sors; |
1.2.11. |
fejn jixraq, il-livelli isotopiċi relattivi tal-elementi kostitwenti tal-ilma, ossiġnu (16O – 18O) u idroġenu (protium, deuterium, tritium); |
1.2.12. |
it-tossiċità ta’ ċerti elementi kostitwenti tal-ilma, billi wieħed jikkunsidra l-limiti stabbiliti għal kull wieħed minnhom. |
1.3. Kriterji għall-analiżijiet mikrobijoloġiċi fis-sors
Dawn l-analiżi għandhom jinkludu:
1.3.1. |
wirja tal-assenza ta’ parassiti u mikro-organismi patoġeniċi; |
1.3.2. |
determinazzjoni kwantitattiva tal-għadd li jista’ jerġa jitqajjem tal-kolonja indikattiv tal-kontaminazzjoni fekali:
|
1.3.3. |
determinazzjoni tal-għadd totali li jista’ jerġa jitqajjem tal-kolonja għal kull ml ta’ ilma:
|
1.4. Rekwiżiti għall-analiżi klinika u l-analiżi farmokoloġika
1.4.1. |
Dawn l-analiżi, li għandhom isiru skont il-metodi xjentifikament rikonoxxuti, għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi partikolari tal-ilma minerali naturali u l-effetti tiegħu fuq l-organiżmu uman, bħall-funzjonijiet ta’ djuresi, gastriċi u intestinali, kumpens għal defiċjenzi minerali. |
1.4.2. |
L-istabbiliment tal-konsistenza u l-konkordanza ta’ numru sostanzjali ta’ osservazzjonijiet kliniċi jista’, jekk xieraq, jieħu l-post tal-analiżi msemmija fil-punt 1.4.1. L-analiżi kliniċi jistgħu, f’każijiet adatti, jieħdu l-post tal-analiżi msemmija fil-punt 1.4.1 bil-kondizzjoni li l-konsistenza u l-konkordanza ta’ numru sostanzjali ta’ osservazzjonijiet jippermettu li jinkisbu l-istess riżultati. |
III. KWALIFIKAZZJONIJIET SUPPLIMENTARI RELATATI mal-ILMIJIET MINERALI NATURALI EFFERVEXXENTI
Fis-sors u wara l-ibbottiljar, l-ilmijiet minerali naturali effervexxenti jerħu diossidu tal-karbonju spontanjament u b’mod viżibbli b’mod ċar f’kondizzjonijiet normali ta’ temperatura u pressjoni. Dawn jaqgħu fi tliet kategoriji li għalihom id-denominazzjonijiet riżervati li ġejjin għandhom japplikaw rispettivament:
(a) |
“ilma minerali naturali kkarbonizzat b’mod naturali” tfisser ilma li l-kontenut ta’ diossidu tal-karbonju tiegħu min-nixxiegħa wara d-dekantazzjoni, jekk dan isir, u wara l-ibbottiljar huwa l-istess bħal fis-sors, meta wieħed jikkonsidra, fejn jixraq, li terġa’ tiġi introdotta kwantità ta’ diossidu tal-karbonju mill-istess water table jew minn depożitu ekwivalenti għal dak rilaxxat matul dawk l-operazzjonijiet u soġġett għat-tolleranzi tekniċi tas-soltu; |
(b) |
“ilma minerali naturali bil-gass min-nixxiegħa” tfisser ilma li l-kontenut tiegħu ta’ diossidu tal-karboniku mill-istess water table jew mill-istess depożitu wara li dan jitferra’, jekk dan isir, u l-ibbottiljar huwa aktar minn dak stabbilit fis-sors; |
(ċ) |
“ilma minerali naturali karbonizzat” tfisser ilma li żdiedlu d-diossidu tal-karbonju li ma joriġinax mill-water table jew mid-depożitu minn fejn ikun ġej l-ilma. |
ANNESS II
KONDIZZJONIJIET GĦALL-ISFRUTTAMENT U T-TQEGĦID FIS-SUQ TA’ ILMA MINERALI NATURALI
1. |
L-isfruttament ta’ nixxiegħa ta’ ilma minerali naturali għandha tkun soġġetta għall-permess mill-awtorità responsabbli tal-pajjiż minn fejn l-ilma jkun ġie estratt, wara li jkun ġie stabbilit li l-ilma kkonċernat jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Taqsima I. |
2. |
It-tagħmir għall-isfruttament tal-ilma għandu jkun installat b’tali mod li jevita kull possibbiltà ta’ kontaminazzjoni u li jippreżerva l-kwalitajiet, skont dawk attribwiti lilu, li jkollu l-ilma fis-sors. Għal dak il-għan, b’mod partikolari:
Madankollu, il-punt (d) jista’ ma jiġix applikat għall-ilmijiet minerali estratti, sfruttati u mqiegħda fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru jekk, f’dak l-Istat Membru fis-17 ta’ Lulju 1980, it-trasport tal-ilma minerali naturali ġo tankijiet min-nixxiegħa għall-fabbrika tal-ibbottiljar kien awtorizzat. B’mod simili, il-punt (d) jista’ ma jiġix applikat għall-ilmijiet minn nixxiegħat estratti, sfruttati u mqiegħda fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru, jekk f’dak l-Istat Membru fit-13 ta’ Diċembru 1996, it-trasport tal-ilma minerali naturali ġo tankijiet min-nixxiegħa għall-fabbrika tal-ibbottiljar kien awtorizzat. |
3. |
Fejn jinsab matul l-isfruttament, li l-ilma minerali naturali huwa kkontaminat u ma jibqax jippreżenta l-karatteristiċi mikrobijoloġiċi stabbiliti fl-Artikolu 5, il-persuna li tkun qed tisfrutta n-nixxiegħa għandha minn dak il-mument ‘il quddiem tissospendi kull sfruttament, b’mod partikolari l-proċess tal-ibbottiljar, sakemm tinqered il-kawża tat-tniġġis u sakemm l-ilma jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5. |
4. |
L-awtorità responsabbli fil-pajjiż tal-oriġni għandha tagħmel kontrolli perjodiċi biex tara jekk:
|
ANNESS III
INDIKAZZJONIJIET U KRITERJI STABBILITI FL-ARTIKOLU 9(2)
Indikazzjonijiet |
Kriterji |
Kontenut minerali baxx |
Kontenut ta’ melħ minerali, kkalkulat bħala residwu fiss mhux akbar minn 500 mg/l |
Kontenut minerali baxx ħafna |
Kontenut ta’ melħ minerali, kkalkulat bħala residwu fiss mhux akbar minn 50 mg/l |
Li għandu ħafna melħ minerali |
Kontenut ta’ melħ minerali, kkalkulat bħala residwu fiss akbar minn 1 500 mg/l |
Fih il-bikarbonat |
Kontenut ta’ bikarbonat akbar minn 600 mg/l |
Fih is-sulfat |
Kontenut ta’ sulfat akbar minn 200 mg/l |
Fih il-klorur |
Kontenut ta’ klorur akbar minn 200 mg/l |
Fih il-kalċju |
Kontenut ta’ kalċju akbar minn 150 mg/l |
Fih il-manjesju |
Kontenut ta’ manjesju akbar minn 50 mg/l |
Fih il-fluworidu |
Kontenut ta’ floworidu akbar minn 1 mg/l |
Fih il-ħadid |
Kontenut ta’ ħadid bivalenti akbar minn 1 mg/l |
Aċiduż |
Kontenut ta’ diossidu karboniku liberu akbar minn 250 mg/l |
Fih is-sodju |
Kontenut ta’ sodju akbar minn 200 mg/l |
Adatt għall-preparazzjoni tal-ikel tat-tfal żgħar |
— |
Adatt għall-dieta baxxa fis-sodju |
Kontenut ta’ sodju inqas minn 20 mg/l |
Jista’ jkun purganti |
— |
Jista’ jkun dijuretiku |
— |
ANNESS IV
PARTI A
Direttiva Mħassra b’lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 16)
Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 80/1276/KEE |
Artikolu 1, it-tielet inċiż biss |
Direttiva tal-Kunsill 85/7/KEE |
Artikolu 1, punt 10 biss |
Punt B.1.(o) tal-Anness I għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1985 |
|
Direttiva 96/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Anness III, punt 4 biss |
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 16)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Permess għall-kummerċ fil-prodotti li huma konformi ma’ din id-Direttiva |
Projbizzjoni għall-kummerċ fil-prodotti li m’humiex konformi ma’ din id-Direttiva |
80/777/KEE |
— |
fit-18 ta’ Lulju 1982. |
fit-18 ta’ Lulju 1984. |
80/1276/KEE |
— |
— |
— |
85/7/KEE |
— |
— |
— |
96/70/KE |
— |
fit-28 ta’ Ottubru 1997. |
28 ta’ Ottubru 1998 (1) |
(1) Madankollu, il-kummerċ fi prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettati qabel din id-data u li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva jistgħu jkomplu sa kemm il-ħażniet jispiċċaw.
ANNESS V
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 80/777/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 1(3)(a) u (b) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 1(5) |
Artikolu 1(5) |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4(1)(a) |
Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (a) |
Artikolu 4(1)(b), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (b)(i) u (ii) |
Artikolu 4(1)(c), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (c)(i) u (ii) |
Artikolu 4(1)(d) |
Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (d) |
— |
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 4(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(3), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 5(3)(a) u (b) |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 7(2a) |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 9(2)(a), (b) u (c) |
Artikolu 9(2), l-ewwel, it-tieni u it-tielet subparagrafi |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 9(4) |
— |
Artikolu 9(4a), l-ewwel subparagrafu,l-ewwel sar-raba’ inċiż |
Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, (a) sa (d) |
Artikolu 9(4a), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(4b) |
Artikolu 9(5) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 10 |
Artikolu 10a |
Artikolu 11 |
Artikolu 11(1), l-ewwel sar-raba’ inċiż |
Artikolu 12(a) sa (d) |
Artikolu 11(2), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 12(e) u (f) |
Artikolu 11a |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 (1) |
Artikolu 14 (1) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 14(2) u (3) |
Artikolu 12(3) |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16 |
— |
— |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Anness I(I)(1) |
Anness I(I)(1) |
Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (a)(1) sa (4) |
Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (a)(i) sa (iv) |
Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (b) |
Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (b) |
Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (c) |
Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (c) |
Anness I(I)(2), it-tieni subparagrafu |
Anness I(I)(2), it-tieni subparagrafu |
Anness I(I)(3) |
Anness I(I)(3) |
Anness I(II), 1.1 |
Anness I(II), 1.1 |
Anness I(II), 1.2 |
Anness I(II), 1.2 |
Anness I(II), 1.3 |
Anness I(II), 1.3 |
Anness I(II), 1.3.1 |
Anness I(II), 1.3.1 |
Anness I(II), 1.3.2 |
Anness I(II), 1.3.2 |
Anness I(II), 1.3.3, (i) u (ii) |
Anness I(II), 1.3.3, (a) u (b) |
Anness I(II), 1.4 |
Anness I(II), 1.4 |
Anness I(III) |
Anness I(III) |
Anness II |
Anness II |
Anness III |
Anness III |
— |
Anness IV |
— |
Anness V |