30.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/14 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/46/KE
tal-24 ta’ April 2009
li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-Artikolu 20, paragrafu 1, tagħha,
Billi:
(1) |
Wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/87/KE f’Diċembru 2006 kien hemm qbil dwar l-emendi għar-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni tar-Rhine. Huwa għalhekk neċessarju li d-Direttiva 2006/87/KE tkun emendata skont dan. |
(2) |
Għandu jkun żgurat li ċ-ċertifikat Komunitarju tal-bastiment u ċ-ċertifikat tal-bastiment ikkonsenjat skont ir-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine jinħarġu fuq il-bażi ta’ rekwiżiti tekniċi li jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ sikurezza. |
(3) |
Dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fir-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine għall-installazzjoni u kontroll fl-użu tal-magni li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (2) għandhom ikunu nkorporati. |
(4) |
Sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni kif ukoll il-livelli differenti ta’ sikurezza, l-emendi tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom ikunu implimentati malajr kemm jista’ jkun. |
(5) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (3), |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Fl-Anness I tad-Direttiva 2006/87/KE, il-parti tal-Kapitolu 3 li tirrigwarda r-Repubblika Taljana qed tiġi mibdula b’dan li ġej:
“Repubblika Taljana
Il-passaġġi fuq l-ilma navigabbli kollha.”
Artikolu 2
L-Anness II tad-Direttiva 2006/87/KE għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Anness V tad-Direttiva 2006/87/KE għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
L-Istati Membri li għandhom passaġġi interni fuq l-ilma kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir-referenza għandha tkun magħmula.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lejn l-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE.
Magħmula fi Brussell, 24 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.
ANNESS I
(1) |
Il-werrej għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 1.01 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
Artikolu 2.07(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
(4) |
Artikolu 7.04 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
Il-Kapitolu 8a li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-Kapitolu 8: “KAPITOLU 8a EMISSJONI TA’ INKWINANTI F’FORMA TA’ GASS U PARTIKOLI MINN MAGNI DIESEL Artikolu 8a.01 Definizzjonijiet Definizzjonijiet
Artikolu 8a.02 Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 8a.03 Approvazzjonijiet tat-tip rikonoxxuti
Artikolu 8a.04 Testijiet ta’ installazzjoni u testijiet intermedji u speċjali
Artikolu 8a.05 Servizzi tekniċi
(1) ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1." (2) Approvazzjonijiet tat-tip alternattivi rikonoxxuti skont id-Direttiva 97/68/KE huma mniżżla fl-Anness XII, §.2 tad-Direttiva 97/68/KE.”" |
(6) |
It-titolu tal-Artikolu 10.03a għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
“Sistemi ta’ tifi tan-nar installati b’mod permanenti għall-protezzjoni ta’ spazji ta’ akkomodazzjoni, kmamar tat-tmunier u spazji tal-passiġġiera.” |
(7) |
It-titolu tal-Artikolu 10.03b għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
“Sistemi ta’ tifi tan-nar installati b’mod permanenti għall-protezzjoni ta’ kmamar tal-magni, kmamar tal-bojlers, u kmamar tal-pompi” |
(8) |
L-Artikolu 15.06(5)(a) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
(9) |
L-Artikolu 15.06(8) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(10) |
L-Artikolu 15.08(6) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
(11) |
It-tabella għall-Artikolu 24.02(2) tiġi emendata kif ġej:
|
(12) |
It-tabella tal-Artikolu 24.06(5) tiġi emendata kif ġej:
|
(13) |
Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej wara l-Artikolu 24.07: “Artikolu 24.08 Dispożizzjoni tranżizzjonali għall-Artikolu 2.18 Meta jinħareġ ċertifikat Komunitarju għal bastiment li wara l-31 ta’ Marzu 2007 kellu ċertifikat validu tal-bastimenti skont ir-Regolament ta’ Spezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine, in-Numru Uniku Ewropew ta’ Identifikazzjoni tal-Bastiment diġà assenjat għandu jkun użat, u fejn xieraq kompletat billi jkun iggradat l-ewwel in-numru ‘0’.” |
(14) |
It-tabella tal-Artikolu 24a.02(2) tiġi emendata kif ġej:
|
(15) |
Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej wara l-Artikolu 24a.04: “Artikolu 24a.05 Disposizzjoni tranżizzjonali għall-Artikolu 2.18 L-Artikolu 24.08 għandu japplika mutatis mutandis.” |
(16) |
Fl-Appendiċi II, l-Istruzzjoni amministrativa Nru 23 għandha tiġi mibdula b’dan li ġej: “Struzzjoni amministrativa Nru 23 Applikazzjoni tal-magna koperta mill-approvazzjoni tat-tip xierqa (Artikolu 8a.03(1) tal-Anness II) 1. Introduzzjoni Skont l-Artikolu 8a.03(1), approvazzjonijiet tat-tip skont id-Direttiva 97/68/KE u approvazzjonijiet tat-tip, li skont id-Direttiva 97/68/KE huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti, huma rikonoxxuti, sakemm l-applikazzjoni tal-magna hija koperta mill-approvazzjoni tat-tip xierqa. Barra minn hekk, huwa possibbli li magni abbord bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandhom iservu iktar minn applikazzjoni waħda. Taqsima 2 ta’ din l-Istruzzjoni Amministrattiva tispjega meta l-applikazzjonijiet tal-magna jistgħu jkunu kkunsidrati bħala li huma koperti mill-approvazzjoni tat-tip xierqa. F’Taqsima 3 tingħata kjarifika rigward id-domanda dwar kif ikunu trattati magni li matul operazzjonijiet abbord ikollhom jiġu allokati għal iktar minn applikazzjoni tal-magna waħda. 2. Approvazzjoni tat-tip xierqa Applikazzjonijiet tal-magni huma kkunsidrati li huma koperti mill-approvazzjoni tat-tip xierqa jekk il-magna kienet allokata għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-bażi tat-tabella li ġejja. Il-kategoriji tal-magni, l-istadji tal-valuri ta’ limitu u ċ-ċikli ta’ ttestjar huma indikati skont id-denominazzjonijiet tan-numru ta’ approvazzjoni tat-tip.
3. Applikazzjonijiet speċjali tal-magni
|
17. |
L-Appendiċi V li ġej jiġi miżjud: “Appendiċi V Protokoll tal-parametri tal-magna Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(*) Skont l-Anness I, taqsima 1 A(ii) tad-Direttiva 2004/26/KE, li temenda d-Direttiva 97/68/KE, il-limiti għal dawn il-magni awżiljari ta’ veloċità kostanti japplikaw biss minn din id-data.”
(3) L-applikazzjoni ‘propulsjoni ta’ bastiment b’karatteristiċi ta’ skrun’ jew ‘propulsjoni ta’ bastiment b’veloċità kostanti’ għandha tkun speċifikata fid-dokument ta’ approvazzjoni tat-tip.
(4) Il-valuri ta’ limitu tal-istadju II stabbiliti fil-RVIR japplikaw b’effett mill-1 ta’ Lulju 2007.
(5) Tapplika biss għal magni b’output nominali ta’ enerġija ta’ iktar minn 560 kW.
ANNESS II
Anness V Parti 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
It-tielet paragrafu tal-kumment fuq il-paġna 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “Is-sid tal-bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe tibdil fl-isem jew sjieda tal-bastiment, kwalunkwe teħid ta’ kejl mill-ġdid u kwalunkwe tibdil fin-numru ta’ reġistrazzjoni jew port tar-reġistrazzjoni, u jibgħat iċ-Ċertifikat Komunitarju lil dik l-awtorità għall-emenda.” |
(2) |
Fil-kaxxa 12 tal-mudell il-fażi introduttorja għandha tiġi mibdula b’dan li ġej: “In-numru taċ-ċertifikat (1), in-numru Ewropew uniku ta’ identifikazzjoni tal-bastiment (2), in-numru ta’ reġistrazzjoni (3) u n-numru tal-kejl (4) huma indikati bis-sinjali korrispondenti fil-lokazzjonijiet li ġejjin fuq il-bastiment” |
(3) |
Fil-kaxxa 15 tal-mudell, punt 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
(4) |
Kaxxa 19 tal-mudell għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:
|
(5) |
Kaxxa 35 tal-mudell għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:
|
(6) |
Kaxxa 42 tal-mudell għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:
|
(7) |
Kaxxa 43 tal-mudell għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:
|
(8) |
Kaxxa 44 tal-mudell għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:
|
(9) |
Fil-kaxxa 52 tal-mudell, l-aħħar ringiela għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:
|