|
10.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 146/37 |
DIRETTIVA 2009/44/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Mejju 2009
li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu.
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artiklu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbiliet reġim li fih jiġu żgurati l-finalità tal-ordnijiet ta’ trasferiment u l-innettjar, kif ukoll l-infurzabilità tas-sigurtà kollaterali, fir-rigward ta’ parteċipanti domestiċi kif ukoll dawk barranin fis- sistemi tal-ħlas ta’ pagamenti u titoli. |
|
(2) |
Ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2006 dwar id-Direttiva dwar Finalità ta’ Settlement 98/26/KE ikkonkluda li, b’mod ġenerali, li d-Direttiva 98/26/KE qed taħdem sew. Ir-rapport enfasizza li fil-qasam tas-sistemi tal-ħlas ta’ pagamenti u titoli jistgħu jkunu għaddejjin xi bidliet importanti u kkonkluda wkoll li hemm xi ħtieġa li tkun iċċarata u ssimplifikata d-Direttiva 98/26/KE. |
|
(3) |
Il-bidla ewlenija, madankollu, hi l-għadd dejjem akbar ta’ konnessjonijiet bejn is-sistemi, li fiż-żmien meta kienet abbozzata d-Direttiva 98/26/KE, kienu joperaw kważi esklussivament fuq bażi nazzjonali u indipendenti. Din il-bidla hija waħda mir-riżultati tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (5), u l-Kodiċi ta’ kondotta Ewropew għall-clearing u l-ħlas. Bil-għan li jsir adattament għal dawk l-iżviluppi, il-kunċett ta’ sistema interoperabbli u r-responsabbiltà tal-operaturi tas-sistemi għandhom jiġu ċċarati. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ħolqot qafas ġuridiku Komunitarju uniformi għall-użu (transkonfinali) ta’ kollateral finanzjarju u b’hekk abolixxiet il-parti l-kbira tal-ħtiġiet tradizzjonalment imposti fuq l-arranġamenti kollaterali. |
|
(5) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li jintroduċi talbiet għal kreditu bħala tip eliġibbli ta’ kollateral għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema mill-1 ta’ Jannar 2007. Sabiex jimmassimizza l-impatt ekonomiku tal-użu ta’ talbiet ta’ kreditu, il-Bank Ċentrali Ewropew irrakkomanda estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2002/47/KE. Ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar id-Direttiva dwar Arranġamenti Finanzjarji Kollaterali (2002/47/KE) indirizza din il-kwistjoni u ssottoskriva l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew. L-użu ta’ talbiet għal kreditu se jżid il-ġabra ta’ kollateral disponibbli. Barra minn hekk, aktar armonizzazzjoni fil-qasam tas-sistemi ta’ settlment ta’ pagament u titoli tkompli tikkontribwixxi sabiex ikun hemm l-istess kondizzjonijiet għal kulħadd fost l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri kollha. Kieku l-użu tat-talbiet għal kreditu bħala kollateral kellu jkun iffaċilitat aktar, il-konsumaturi u d-debituri jibbenefikaw ukoll minħabba li l-użu tat-talbiet għal kreditu bħala kollateral fl-aħħar jista’ jwassal għal kompetizzjoni aktar intensiva u disponibbiltà aħjar ta’ krediti. |
|
(6) |
Bil-għan li jkun iffaċilitat l-użu tat-talbiet għal kreditu, huwa importanti li tiġi abolita jew ipprojbita kwalunkwe regola amministrattiva, bħall-obbligi ta’ notifika u reġistrazzjoni, li tagħmel l-għotjiet tat-talbiet għal kreditu imprattikabbli. B’mod simili, bil-għan li ma tkunx kompromessal-pożizzjoni tar-riċevituri tal-kollateral, id-debituri għandhom ikunu jistgħu jirrinunzjaw b’mod validu għad-drittijiet ta’ tpaċija tagħhom fil-konfront tal-kredituri. L-istess raġunament għandu japplika wkoll għall-ħtieġa li tkun introdotta l-possibbiltà li d-debitur jirrinunzja r-regoli tas-segretezza bankarja, minħabba li jekk dan ma jkunx il-każ ir-riċevitur tal-kollateral jista’ ma jkollux biżżejjed informazzjoni biex jivvaluta b’mod adatt il-valur tat-talbiet għal kreditu sottostanti. Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi (7) |
|
(7) |
L-Istati Membri m’għamlu l-ebda użu mill-possibbiltà skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2002/47/KE li jagħżlu li ma japplikawx id-dritt ta’ approprjazzjoni tar-riċevitur tal-kollateral. Għaldaqstant, dik id-dispożizzjoni għandha titħassar. |
|
(8) |
Għalhekk, id-Direttivi 98/26/KE u 2002/47/KE għandhom jiġu emendati. |
|
(9) |
Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal- liġijiet (8) l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li jindikaw, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-m iżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 98/26/KE
Id-Direttiva 98/26/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-premessa 8 għandha tiġi mħassra. |
|
(2) |
Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja:
|
|
(3) |
Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja:
|
|
(4) |
L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant jew operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli m’għandux jipprevjeni li fondi jew titoli disponibbli fil-kont tal-ħlas ta’ dak il-parteċipant ikunu użati sabiex iwettqu l-obbligi ta’ dak il-parteċipant fis-sistema (jew f’sistema interoperabbli) fil-jum tan-negozju tal-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li faċilità ta’ kreditu tat-tali parteċipant konnessa mas-sistema tintuża kontra s-sigurtà kollaterali eżistenti disponibbli għat-twettiq tal-obbligi tal-parteċipant fis-sistema jew f’sistema interoperabbli.”. |
|
(8) |
Fl-Artikolu 5, is-subparagrafu għandu jiġi miżjud: “Fil-każ ta’ sistemi interoperabbli, kull sistema għandha tiddetermina fir-regoli tagħha stess il-mument ta’ irrevokabbiltà, b’ tali mod li tiżgura, safejn possibbli, li r-regoli tas-sistemi interoperabbli kkonċernati kollha huma kkoordinati f’dan ir-rigward. Sakemm ma jkunx espressament previst mir-regoli tas-sistemi kollha li huma parteċipanti fis-sistemi interoperabbli, ir-regoli ta’ sistema waħda dwar il-mument ta’ irrevokabbiltà m’għandhom ikunu affettwatti mill-ebda regola tas-sistemi l-oħrajn li magħhom hi tkun interoperabbli.”. |
|
(9) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Proċedimenti ta’ falliment m’għandhomx ikollhom effett retroattiv fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ parteċipant li joriġinaw minn, jew b’konnessjoni mal-parteċipazzjoni tiegħu f’sistema qabel il-mument tal-bidu ta’ tali proċedimenti kif definit fl-Artikolu 6(1). Dan għandu japplika inter alia b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi ta’ parteċipant f’sistema interoperabbli jew ta’ operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli li ma jkunx parteċipant.”. |
|
(10) |
L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 1. Id-drittijiet ta’ operatur tas-sistema jew ta’ parteċipant għas-sigurtà kollaterali pprovduti lilhom b’konnessjoni ma’ sistema jew kwalunkwe sistema interoperabbli, u d-drittijiet tal-banek ċentrali tal-Istati Membri jew tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sigurtà kollaterali pprovduta lilhom, m’għandhomx ikunu affettwati minn proċeduri ta’ falliment kontra::
Tali sigurtà kollaterali tista’ tiġi realizzata sabiex jiġu ssodisfati dawk id-drittijiet. 2. Meta t-titoli li jinkludu drittijiet f’titoli huma provduti bħala sigurtà kollaterali għall-parteċipanti, l-operaturi tas-sistemi u il-banek ċentrali tal-Istati Membri jew il-Bank Ċentrali Ewropew kif deskritt fil-paragrafu 1, u d-dritt tagħhom jew dak ta’ kull kandidat, aġent jew parti terza li j/taġixxi f’isimhom fir-rigward tat-titoli hija/huwa legalment reġistrat f'reġistru, kont jew sistema depositorja ċentralizzata li tinsab fi Stat Membru, id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ tali entitajiet bħala detenturi ta’ sigurtà kollaterali fir-rigward ta’ dawk it-titoli għandha tkun regolata mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.”. |
|
(11) |
L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sistemi, u l-operaturi tas-sistemi rispettivi, li għandhom ikunu inklużi fl-ambitu ta’ din id-Direttiva u għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni u jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet li jkunu għażlu skont l-Artikolu 6(2). L-operatur tas-sistema għandu jindika lill-Istat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli l-parteċipanti fis-sistema, inkluż kwalunkwe parteċipanti indiretti potenzjali, kif ukoll kwalunkwe bidla fihom. Barra mill-indikazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu superviżjoni jew ħtiġiet ta’ awtorizzazzjoni fuq sistemi li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom. L-istituzzjoni għandha, fuq talba, tinforma kwalunkwe persuna bis-sistemi li fihom tipparteċipa u tipprovdi informazzjoni dwar ir-regoli prinċipali li jirregolaw l-operazzjoni ta’ dawk is-sistemi. 2. Is-sistema li tintgħażel qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda id-Direttiva 98/26/KE taldwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollateral rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (*4) għandha tibqa’ tkun dik magħżula għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. L-ordni ta’ trasferiment li tidħol fis-sistema qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2009/44/KE, li madankollu titħallas wara dak iż-żmien għandha titqies li hi ordni ta’ trasferiment għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2002/47/KE
Id-Direttiva 2002/47/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-Premessa 9 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Il-Premessa 20 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja:
|
|
(4) |
L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(8) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud: “6. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal talbiet għal kreditu.”. |
|
(9) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej wara l-Artikolu 9: “Artikolu 9a Direttiva 2008/48/KE Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għad-Direttiva 2008/48/KE.”. |
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta' Diċembru 2010. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih bihom.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-30 ta' Ġunju 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu mehmuża ma’ tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill- Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Dħul fis-Seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strażburgu, is-6 ta' Mejju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. KOHOUT
(1) ĠU C 216, 23.8.2008, p. 1.
(2) L-Opinjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008 (għadha ma mhix ippubblikata fil-ĠU).
(3) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 (għadha ma mhix ippubblikata fil-ĠU) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2009.
(4) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
(5) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.