6.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/29


DIRETTIVA 2009/42/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE tat-8 ta’ Diċembru 1995 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (2) ġiet emendata diversi drabi (3) b’mod sostanzjali. Ġaladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, din għandha tiġi mfassla mill-ġdid, fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Biex twettaq ix-xogħlijiet li ġiet fdata bihom fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport marittimu, il-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha data statistika paragunabbli, affidabbli, sinkronizzata u regolari dwar l-iskala u l-iżvilupp tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar lejn u mill-Komunità, bejn l-Istati Membri u għat-trasport domestiku bil-baħar.

(3)

Huwa wkoll importanti għall-Istati Membri u għall-operaturi ekonomiċi li jkollhom tagħrif sod dwar is-suq tat-trasport marittimu.

(4)

Il-ġabra ta’ data statistika Komunitarja fuq bażi paragunabbli jew armonizzata tagħmilha possibbli li tiġi stabbilita sistema integrata li tipprovdi informazzjoni affidabbli, konsistenti u aġġornata.

(5)

Id-data dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar għandu jsir b’mod li jkun paragunabbli bejn l-Istati Membri u bejn modi differenti ta’ trasport.

(6)

Skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, il-ħolqien tal-istandards komuni tal-istatistika li jippermettu li tiġi prodotta informazzjoni armonizzata jista’ jiġi ttrattat biss b’mod effiċjenti f’livell Komunitarju. Id-data tinġabar f’kull Stat Membru taħt l-awtorità tal-korpi u l-istituzzjonijiet inkarigati biex jiġbru statistiki uffiċjali.

(7)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(8)

B’mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(9)

L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri.

(10)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness IX, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Ġbir ta’ data statistika

L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika Komunitarja dwar it-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ bastimenti tal-baħar li jidħlu fil-portijiet tat-territorji tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

“trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar” ifisser il-moviment ta’ merkanzija u passiġġieri bl-użu ta’ bastimenti tal-baħar, fuq vjaġġi magħmula kompletament jew parzjalment fuq il-baħar.

L-iskop ta’ din id-Direttiva għandu jinkludi wkoll merkanzija:

(i)

trasportata bil-baħar lejn stallazzjonijiet barra x-xtut;

(ii)

miġbura minn qiegħ il-baħar u mħatta fil-portijiet.

Bunkers u ħażniet forniti lil bastimenti għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva;

(b)

“bastimenti tal-baħar” ifisser bastimenti ta’ xort’ oħra minn dawk li joperaw esklużivament fl-ilmijiet interni jew fl-ilmijiet ta’ ġewwa, jew li jmissu ma’, ilmijiet imkennija jew żoni fejn japplikaw ir-regolamenti tal-portijiet.

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal bastimenti li fuqhom jinqabad il-ħut, bastimenti li fuqhom jipproċessaw il-ħut, bastimenti għat-tħaffir u l-esplorazzjoni, bastimenti li jirmunkaw, bastimenti li jimbuttaw u bastimenti għar-riċerka jew għall-istħarriġ, dredgers, bastimenti navali jew bastimenti użati biss għal skopijiet mhux kummerċjali;

(c)

“port” ifisser post li għandu faċilitajiet għal vapuri merkantili sabiex jirmiġġaw u jgħabbu jew iħottu t-tagħbija jew sabiex jiżbarkaw jew jimbarkaw passiġġieri fuq jew minn bastimenti;

(d)

“nazzjonalità tal-operatur tat-trasport marittimu” ifisser dik li tikkorrispondi għall-pajjiż li fih jinsab iċ-ċentru effettiv tal-attività kummerċjali tal-operatur tat-trasport;

(e)

“operatur tat-trasport marittimu” ifisser kull persuna li tikkonkludi, jew li f’isimha jiġi konkluż, kuntratt ma’ karigatur jew passiġġier għat-trasport bil-baħar ta’ merkanzija jew persuni.

Artikolu 3

Karatteristiċi tal-ġbir tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru d-data relatata ma’:

(a)

informazzjoni dwar it-tagħbija u l-passiġġieri;

(b)

informazzjoni dwar il-bastiment.

Bastimenti b’tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100 jistgħu jiġu esklużi mill-ġbir tad-data.

2.   Il-karatteristiċi tal-ġbir tad-data, jiġifieri l-varjabbli statistiċi f’kull dominju u n-nomenklaturi għal klassifika tagħhom, kif ukoll il-perjodiċità tagħhom ta’ osservazzjoni, huma stabbiliti fl-Annessi I sa VIII.

3.   Il-ġbir tad-data għandu jkun ibbażat, sa kemm huwa possibbli, fuq sorsi disponibbli, sabiex jiġi llimitat il-piż fuq dawk li jwieġbu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadatta l-karatteristiċi tal-ġbir tad-data u tal-kontenut tal-Annessi I sa VIII għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi sakemm tali adattament ma jinvolvix żieda sostanzjali fin-nefqa għall-Istati Membri u/jew fil-piż li jġorru dawk li jwieġbu.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).

Artikolu 4

Il-Portijiet

1.   Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta’ portijiet, kodifikati u klassifikati skont il-pajjiżi u ż-żoni marittimi kostali.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).

2.   Kull Stat Membru għandhu jagħżel mill-lista imsemmija fil-paragrafu 1 port li minn ġo fih jgħaddu iżjed minn miljun tunnellata merkanzija jew li jirreġistra iżjed minn 200 000 moviment ta’ passiġġieri kull sena.

Għal kull port magħżul, data dettaljata għandha tiġi pprovduta, b’konformità mal-Anness VIII, għad-dominji (merkanzija u passiġġieri) li fihom dak il-port jissodisfa l-kriterji tal-għażla, u b’data sommarja, jekk approprjat, għad-dominju l-ieħor.

3.   Għal portijiet mhux magħżula mil-lista, data sommarja għandha tiġi pprovduta skont l-Annessi VIII, sett ta’ data A3.

Artikolu 5

Preċiżjoni tal-istatistika

Il-metodu tal-ġbir tad-data għandu jkun tali li l-istatistika Komunitarja tat-trasport bil-baħar juru l-preċiżjoni meħtieġa għas-settijiet ta’ data statistika deskritti fl-Annness VIII.

Il-Kummissjoni għandha tfassal standards ta’ preċiżjoni.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).

Artikolu 6

L-ipproċessar tar-riżultati tal-ġbir tad-data

L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-informazzjoni statistika miġbura skont l-Artikolu 3, sabiex tinkiseb statistika paragunabbli, bl-istandard ta’ preċiżjoni previst fl-Artikolu 5.

Artikolu 7

It-trażmissjoni tar-riżultati tal-ġbir tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu r-riżultati tal-ġbir tad-data msemmija fl-Artikolu 3 lill- Kummissjoni (Eurostat), inkluża d-data ddikjarata kunfidenzjali mill-Istati Membri skont il-leġislazzjoni jew il-prattika domestika li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika, skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (5)

2.   Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi skont l-istruttura tas-settijiet ta’ data statistika definiti fl-Anness VIII. Id-dettalji tekniċi għat-trażmissjoni tar-riżultati għandhom jiġu speċifikati skont il-proċedura tal-immaniġġjar imsemmija fl-Artikolu 10(2).

3.   It-trażmissjoni tar-riżultati għandha ssir fi żmien ħames xhur mill-aħħar tal-perjodu ta’ osservazzjoni għad-data ta’ perjodiċità kull kwart u fi żmien tmien xhur għal data ta’ perjodiċità annwali.

L-ewwel trażmissjoni għandha tkopri l-ewwel kwart tas-sena 1997.

Artikolu 8

Ir-Rapporti

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-informazzjoni relevanti kollha dwar il-metodi użati għall-ġbir tad-data. Għandhom ukoll jgħaddu d-dettalji ta’ bdil sostanzjali fil-metodi użati għall-ġbir tad-data.

Artikolu 9

Id-disseminazzjoni tad-data statistika

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddissemina id-data statistika adatta b’perjodiċità paragunabbli ma’ dik tat-trażmissjoni tar-riżultati.

L-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni tad-data statistika mill-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ ġestjoni imsemmija fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 10

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kont meħud tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 11

Komunikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Tħassir

Id-Direttiva 95/64/KE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness IX, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness IX, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009.

(2)   ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25.

(3)  Ara l-Anness IX, Parti A.

(4)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(5)   ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.


ANNESS I

IL-VARJABBLI U D-DEFINIZZJONIJIET

1.   Il-varjabbli Statistiċi

(a)   L-informazzjoni dwar il-merkanzija u l-passiġġieri

piż gross tal-merkanzija f’tunnellati,

tip ta’ merkanzija, skont in-nomenklatura murija fl-Anness II,

deskrizzjoni tal-merkanzija, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness III,

il-port ta’ rappurtaġġ

direzzjoni ta’ moviment, jekk hux ’il ġewwa jew ’il barra,

għall-merkanzija dieħla ’l ġewwa: il-port tat-tagħbija (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija ġiet mgħobbija fuq il-vapur li fih waslet fil-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

Għall-merkanzija ħierġa ’l barra: il-port tal-ħatt (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija għandha tinħatt mill-vapur li fih telqet mill-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

Numru ta’ passiġġieri li jibdew jew jispiċċaw vjaġġ.

Għall-merkanzija li tinġarr f’kontejners jew unitajiet ro-ro, għandhom jiġu pprovduti dawn id-dettallji addizzjonali partikolari:

Numru ta’ kontejners bil-merkanzija,

Numru ta’ kontejners mingħajr merkanzija,

Numru totali ta’ unitajiet mobbli (ro-ro) bil-merkanzija jew mingħajrha,

Numru totali ta’ unitajiet mobbli (ro-ro) mingħajr merkanzija.

(b)   Informazzjoni dwar il-bastiment

Numru ta’ bastimenti;

il-piż waħdu tal-bastimenti jew tunnellaġġ gross;

pajjiż jew territorju tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness V;

tip ta’ bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VI;

daqs tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VII.

2.   Id-Definizzjonijiet

(a)

“Kontenitur tat-tagħbija” ifisser artikolu ta’ tagħmir tat-trasport:

(1)

ta’ natura permanenti u għalhekk b’saħħtu biżżejjed sabiex ikun tajjeb għal użu ripetittiv;

(2)

diżinjat speċjalment sabiex jiffaċilita t-trasport tal-merkanzija b’mod wieħed jew iktar ta’ trasport, mingħajr tagħbija mill-ġdid intermedja;

(3)

mgħammar b’apparat li jippermetti li jiġi mmaniġġjat faċliment, b’mod partikolari t-trasferiment tiegħu minn mod wieħed ta’ trasport għal ieħor;

(4)

hekk maħsub sabiex ikun faċli biex jimtela u biex jiġi żvujtat;

(5)

ta’ tul ta’ 20 pied jew aktar.

(b)

“Unità ro-ro” ifisser tagħmir bir-roti għat-trasport ta’ merkanzija, bħalma huwa trakk, karru jew semikarru, li jista’ jiġi misjuq jew irmunkat fuq bastiment. Karrijiet tal-port jew tal-vapuri huma inklużi f’din id-definizzjoni. Il-Klassifiki għandhom isegwu r-Rakkomandazzjoni ECE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti “Kodiċi għat-tipi ta’ merkanzija, pakketti u materjali tal-imballaġġ”.

(c)

“Merkanzija tal-kontejners” ifisser kontejners bil-merkanzija jew mingħajrha li jintrefgħu fuq jew mill-bastimenti li jittrasportawhom bil-baħar.

(d)

“Merkanzija ro-ro” tfisser merkanzija, kemm jekk fil-kontejners u kemm jekk le, fuq unitajiet ro-ro, u unitajiet ro-ro li huma rrumblati fuq jew mill-bastimenti li jittrasportawhom bil-baħar.

(e)

“Il-piż gross tal-merkanzija” jfisser it-tunnellaġġ ta’ merkanzija ttrasportata, inkluż l-imballaġġ imma eskluż il-piż waħdu tal-kontejners jew ta’ l-unitiajiet ro-ro.

(f)

“Il-Piż (DWT)” (Deadweight) ifisser id-differenza f’tunnellati metriċi bejn l-ispostar ta’ vapur fuq il-linja tat-tagħbija tas-sajf fl-ilma b’gravitá speċifika ta’ 1,025 u l-piż totali tal-vapur, jiġifieri l-ispostar f’tunnellati metriċi ta’ vapur mingħajr merkanzija, karburant, żejt ta’ lubrifikazzjoni, ilma saborra, ilma frisk u ilma tax-xorb fit-tankijiet, provvisti li jintużaw kif ukoll passiġġieri, ekwipaġġ u l-ħwejjeġ tagħhom.

(g)

“Tunnellaġġ gross” ifisser id-daqs globali ta’ vapur determinat skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Vapuri, 1969.

(h)

“Passiġġier fuq kroċiera” tfisser passiġġier bil-baħar li jagħmel vjaġġ bil-baħar fuq bastiment tal-kroċiera. Il-passiġġieri fuq eskursjonijiet ta’ jum huma esklużi.

(i)

“Vapur tal-kroċiera” tfisser vapur tal-passiġġieri ppjanat li jipprovdi lill-passiġġieri b’esperjenza turistika sħiħa. Il-faċilitajiet għad-divertiment abbord huma inklużi. Il-vapuri li jipprovdu servizzi ta’ ferries normali huma esklużi, ukoll jekk xi passiġġieri jikkunsidraw is-servizz bħala kroċiera. Barra minn dan, il-bastimenti li jġorru l-merkanzija li jistgħu jittrasportaw numru limitat ħafna ta’ passiġġieri bil-kabini tagħhom stess huma esklużi wkoll. Il-bastimenti maħsuba unikament għall-eskursjonijiet ta’ jum huma wkoll esklużi.

(j)

“Eskursjoni tal-passiġġieri fuq kroċiera” tfisser żjara qasira minn passiġġier fuq kroċiera lejn attrazzjoni turistika assoċjata ma’ port filwaqt li jżomm kabina abbord.

ANNESS II

TIP TA’ KLASSIFIKAZZJONI TAL-MERKANZIJA

Kategorija (1)

Kodiċi

ċifra waħda

Kodiċi

żewġ ċifri

Deskrizzjoni

Tunnellaġġ

Numru

Tagħbija Likwida

1

1X

Merkanzija likwida bl-ingross (ebda unità ta’ merkanzija)

X

 

11

Gass likwifikat

X

 

12

Żejt mhux raffinat

X

 

13

Prodotti taż-żejt

X

 

19

Merkanzija likwida oħra bl-ingross

X

 

Tagħbija niexfa

2

2X

Merkanzija niexfa bl-ingrossa (ebda unità ta’ merkanzija)

X

 

21

Minerali

X

 

22

Faħam

X

 

23

Prodotti agrikoli (eż qamħ, soya, tapjoka)

X

 

29

Merkanzija niexfa oħra bl-ingrossa

X

 

Containers

3

3X

Containers kbar

X (2)

X

31

20’ unità ta’ tagħbija

X (2)

X

32

40’ unità ta’ tagħbija

X (2)

X

33

Unitajiet ta’ tagħbija > 20’ u < 40’

X (2)

X

34

Unitajiet ta’ tagħbija > 40’

X (2)

X

Irrumblati ’l fuq irrumblati ’l isfel

(jaħdmu waħedhom)

5

5X

Unitajiet mobbli li jaħdmu waħedhom

X

X

51

Vetturi tal-merkanzija tat-triq u l-karrijiet li jiġu magħhom

X (2)

X

52

Karozzi għall-passiġġieri u l-karrijiet/il-karavannijiet li jiġu magħhom

 

X (3)

53

Karozzi tal-linja għall-passiġġieri

 

X (3)

54

Vetturi tal-kummerċ (inklużi vetturi bil-mutur għall-importazzjoni u esportazzjoni)

X

X (3)

56

Bhejjem ħajjin

X

X (3)

59

Unitajiet mobbli oħrajn li jaħdmu waħedhom

X

X

Irrumblati ’l fuq irrumblati ’l isfel

(mhux li jaħdmu waħedhom)

6

6X

Unitajiet mobbli oħrajn li ma jaħdmux waħedhom

X

X

61

Karrijiet u semikarrijiet tat-triq għat-trasport ta’ merkanzija mhux akkumpanjati

X (2)

X

62

Karavannijiet u karrijiet oħra tat-triq, agrikoli u industrijali mhux akkumpanjati

 

X (3)

63

Vaguni tal-ferrovija, karrijiet ta’ fuq il-bastimenti li jintużaw minn port għall-ieħor u barkuni ta’ fuq il-bastimenti involuti fit-trasport tal-merkanzija

X (2)

X

69

Unitajiet mobbli oħrajn li jaħdmu waħedhom

X

X

Merkanzija ġenerali oħra

9

9X

Merkanzija oħra, mhux speċifkata mkien ieħor

X

 

91

Prodotti forestali

X

 

92

Prodotti tal-ħadid u l-azzar

X

 

99

Merkanzija ġenerali oħra

X

 


(1)  Dawn il-kategoriji huma konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet EKE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  Il-kwantità rreġistrata hija l-piż gross tal-merkanzija inkluż l-imballaġġ imma eskluż il-piż waħdu tal-containers u l-unitajiet ro-ro.

(3)  In-numru totali tal-unitajiet biss.


ANNESS III

NST 2007

Diviżjoni

Deskrizzjoni

01

Prodotti tal-agrikokura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ћut u prodotti oћra tas-sajd

02

Faћam u lignite; żejt mhux u gass naturali

03

Metalli mhux maћduma u prodotti oћra tal-minijieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju

04

Prodotti ta’ l-ikel, xorb u tabakk

05

Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda

06

Injam u prodotti tal-injam u tas-sufra (gћajr gћamara); oġġetti magћmulin mittiben u materjal ta’ l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta: materjal stampat u materjal irrekordjat

07

Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

08

Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magћmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik; fjuwil nukleari

09

Prodotti oћra minerali li m'humiex metallici

10

Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, gћajr makkinarju u tagћmir

11

Makkinarju u tagћmir n.e.c.; makkinarju ta’ l-ufficeji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagћmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti medici, ta’ precizjoni u ottiċi; arloġġi

12

Tagћmir ta’ trasport

13

Gћamara; oġġetti oћra mmanifatturati n.e.c.

14

Materja prima sckondarja; skart municipali u tip schor ta’ skart

15

Posta pakketti postali

16

Tagћmir u materjal utilizzat gћat-transport tal-merkanzija

17

Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċiji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru gћat-tiswija; oġġetti oћra li ma jkunux gћas-suq n.e.c.

18

Merkanzija raggruppata: taћlita ta’ tipi ta’ merkanzija li huma ttrasportati flimkien

19

Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li gћal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u gћalhekk ma tissax tiġi assenjata lill-gruppi 01 – 16

20

Merkanxija oћra n.e.c.


ANNESS IV

IŻ-ŻONI KOSTALI MARITTIMI

In-nomenklatura li għandha tiġi użata fil-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ barrani mill-Komunità u l-istatistici tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, imfassla skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta’ Mejju 1995 dwar l-istatistika dwar il-kummerċ fl-oġġetti mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha ma’ pajjiżi li mhumiex membri (1)) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-data.

Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), ħlief għal pajjiżi li huma maqsuma f’żewġ żoni kostali marittimi jew aktar, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero (minn 1 sa 7), bħal isfel:

Kodiċi

Żona kostali marittima

FR01

Franza: l-Atlantiku u l-Baħar tan-Nord

FR02

Franza: il-Mediterran

FR03

Dipartimenti extra-Ewropej ta’ Franza: Guyana Franċiża

FR04

Dipartimenti extra-Ewropej ta’ Franza: Martinique u Gaudeloupe

FR05

Dipartimenti extra-Ewropej ta’ Franza: Reunion

DE01

Ġermanja: il-Baħar tan-Nord

DE02

Ġermanja: il-Baltiku

DE03

Ġermanja: ir-Rhine

GB01

Renju Unit

GB02

L-Isle of Man

GB03

Iċ-Channel Islands

ES01

Spanja: Atlantiku (it-Tramuntana)

ES02

Spanja: il-Mediterran u l-Atlantiku (in-nofs in-nhar inlużi l-Balerariċi u l-Canary Islands)

SE01

L-Isvezja: il-Baltiku

SE02

L-Isvezja: il-Baħar tan-Nord

TR01

It-Turkija: il-Baħar l-Iswed

TR02

It-Turkija: il-Mediterran

RU01

Russja: il-Baħar l-Iswed

RU02

Russja: il-Baltiku

RU03

Russja: l-Asja

MA01

Il-Marokk: il-Mediterran

MA02

Il-Marokk: l-Afrika tal-Punent

EG01

L-Eġittu: il-Mediterran

EG02

L-Eġittu: il-Baħar l-Aħmar

IL01

L-Iżrael: il-Mediterran

IL02

L-Iżrael: il-Baħar l-Aħmar

SA01

L-Arabja Sawdita: il-Baħar l-Aħmar

SA02

L-Arabja Sawdita: il-Golf

US01

L-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (it-tramuntana)

US02

L-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (in-nofs in-nhar)

US03

L-Istati Uniti tal-Amerika: il-Golf

US04

L-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (in-nofs in-nhar)

US05

L-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (it-tramuntana)

US06

L-Istati Uniti tal-Amerika: Great Lakes

US07

Puerto Rico

CA01

Il-Kanada: L-Atlantiku

CA02

Il-Kanada: Great Lakes, Upper St. Lawrence

CA03

Il-Kanda: il-Kosta tal-Punent

CO01

Kolombja: il-Kosta tat-Tramuntana

CO02

Kolombja: il-Kosta tal-Punent

 

Bil-kodiċi addizzjonali

ZZ01

Installazzjonijiet barra x-xtut

ZZ02

Aggregati u postijiet mhux speċifikati mkien ieħor


(1)   ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10.


ANNESS V

NAZZJONALITÀ TAR-REĠISTRAZZJONI TAL-BASIMENTI

In-nomenklatura li għandha tiġi użata hija l-Ġeo-nomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ barrani mill-Komunità u l-istatistici tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, imfassla skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1172/95) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-data.

Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija hawn fuq, segwita minn żewġ żerijiet (eż., il-kodiċi GR00 għall-Greċja), ħlief pajjiżi li huma mqassma f’żewġ żoni kostali marittimi jew aktar, li huma identifikati mir-raba’ ċifra li ma tkunx żero (mill-1 sa 7), bħal hawn taħt: Fejn jeżisti aktar minn reġistru wieħed, il-pajjiżi jridu jkunu kodifikati kif ġej:

FR01

Franza

FR02

It-Territorju Antartiku Franċiż (li jinkludi il-Gżejjer Kerguelen)

IT01

L-Italja — l-ewwel reġistru

IT02

L-Italja — ir-reġistru internazzjonali

GB01

Ir-Renju Unit

GB02

L-Isle of Man

GB03

Iċ-Channel Islands

GB04

Ġibiltà

DK01

Id-Danimarka

DK02

Id-Danimarka (DIS)

PT01

Il-Portugall

PT02

Il-Portugall (MAR)

ES01

Spanja

ES02

Spanja (Rebeca)

NO01

In-Norveġja

NO02

In-Norveġja (NIS)

US01

L-Istati Uniti tal-Amerika

US02

Puerto Rico


ANNESS VI

TIP TA’ KLASSIFIKA TAL-BASTIMENT (ICST-COM)

 

Tip

Il-kategoriji ta’ bastiment inklużi

10

Tagħbija Likwida

Tanker taż-żejt

Tanker tal-Kimiċi

Tanker LG

Tanker barkun

Tanker ieħor

20

Tagħbija niexfa

Trasportatur ta’ tagħbija bl-ingrossa/taż-żejt

Trasportatur ta’ tagħbija bl-ingrossa

31

Kontejner

Kontejner mimli

32

Speċjalizzati

Trasportatur tal-barkuni

Trasportatur tal-kimiċi

Karburanti irradjati

Trasportatur ta’ bhejjem

Trasportatur tal-vetturi

Speċjalizzati oħrajn

33

Merkanzija ġenerali, mhux speċjalizzata

Reefer

Ro-ro tal-passiġġieri

Kontejner ro-ro

Merkanzija ro-ro oħra

Trasportatur ikkumbinat ta’ merkanzija ġenerali/passiġġieri

Trasportatur ikkumbinat ta’ merkanzija ġenerali/kontejner

Basitmenti bi gverta singola

Bastimenti bi gverti multipli

34

Barkun ta’ merkanzija niexfa

Barkun Gverta (deck barge)

Barkun Hopper

Barkun lash-seabee

Barkun ta’ merkanzija niexfa miftuħ

Barkun ta’ merkanzija niexfa mgħotti

Barkuni oħrajn ta’ merkanzija niexfa nes

35

Tal-Passiġġieri

Tal-Passiġġieri (esklużi l-passiġieri tal-kroċieri)

36

Kroċiera Ta’ passiġġieri

Bastimenti tal-kroċieri biss

41

Tas-Sajd

Għall-qabda tal-ħut (*1)

Għall-ipproċessar tal-ħut (*1)

42

Attivitajiet barra x-xtut

Tħaffir u esplorazzjoni (*1)

Appoġġ barra x-xtut (*1)

43

Bastimenti li jirmunkaw

Bastimenti li jirmunkaw (*1)

Bastimenti li jimbuttaw (*1)

49

Mixxellanji

Dredgers (*1)

Riċerka/inkjesta (*1)

Bastimenti oħrajn nes (*1)

XX

Mhux magħruf

Tip ta’ bastiment mhux magħruf


(*1)  Mhux kopert minn din id-Direttiva.


ANNESS VII

IL-KLASSIJIET TAD-DAQS TAL-BASTIMENTI

il-ħlas tan-nol skont il-piż (P) jew f’tunnellaġġ gross (TG)

Din il-klassifika tappika biss għal bastimenti b’tunnellaġġ gross ta’ 100 jew iżjed.

Il-klassi

Il-limitu ta’ isfel

Il-Limitu ta’ fuq

P

TG

P

TG

01

100

sa 499

sa 499

02

500

500

999

999

03

1 000

1 000

1 999

1 999

04

2 000

2 000

2 999

2 999

05

3 000

3 000

3 999

3 999

06

4 000

4 000

4 999

4 999

07

5 000

5 000

5 999

5 999

08

6 000

6 000

6 999

6 999

09

7 000

7 000

7 999

7 999

10

8 000

8 000

8 999

8 999

11

9 000

9 000

9 999

9 999

12

10 000

10 000

19 999

19 999

13

20 000

20 000

29 999

29 999

14

30 000

30 000

39 999

39 999

15

40 000

40 000

49 999

49 999

16

50 000

50 000

79 999

79 999

17

80 000

80 000

99 999

99 999

18

100 000

100 000

149 999

149 999

19

150 000

150 000

199 999

199 999

20

200 000

200 000

249 999

249 999

21

250 000

250 000

299 999

299 999

22

≥ 300 000

≥ 300 000

NB: Jekk bastimenti b’tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100 kellhom jiġu inklużi skont din id-Direttiva, kienu jiġu allokati kodiċi tal-klassi “99”.


ANNESS VIII

L-ISTRUTTURA GĦAL SETTIJIET TA’ DATA STATISTIKA

Is-settijiet ta’ data speċifikati f’dan l-Anness jiddefinixxu l-perjodiċità għall-istatistiċi tat-trasport marittimu meħtieġa mill-Komunitá. Kull sett ta’ data jidefinixxi klassifika inkroċjata ta’ sett limitat ta’ qisien fuq livelli differenti tan-nomenklaturi, aggregati tul il-qisien l-oħrajn kollha, li għalihom ikunu meħtieġa statistiċi ta’ kwalità tajba.

Il-kondizzjonijiet għal ġbir tas-sett ta’ data B1 għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni fid-dawl tar-riżultati tal-istudji pilota mwettqatul perjodu ta’ tliet snin skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/64/KE u dwar il-possibilità u l-ispiża lil Stati Membri u lil dawk li jirrispondu għal ġbir ta’ dawn il-punti ta’ informazzjoni.

STATISTIĊI FIL-QOSOR U DETTALJATI

Is-settijiet ta’ data li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija u l-passiġġieri huma A1, A2, B1, C1, D1, E1, F1 u/jew F2.

Is-settijiet ta’ data li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għal-merkanzija imma mhux għall-passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, E1, F1 u/jew F2.

Is-settijiet ta’ data li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-passiġġieri imma mhux għall-merkanzija huma A3, D1, F1 u/jew F2.

Is-sett ta’ data li għandu jiġi pprovdut għal portijiet magħżula u għal portijiet mhux magħżula (għall-merkanzija jew għall-passiġġieri) huwa A3.

Sett ta’ dejta A1

:

Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin bil-port, tip ta’ merkanzija u relazzjoni

Perjodiċità

:

ta’ kull kwart tas-sena


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

A1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’l ġewwa, ’l barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Ittra waħda alfanumerika

Tip ta’ merkanzija, Anness II

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati


Sett ta’ dejta A2

:

Trasport bil-baħar b’tagħbija bla unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip ta’ merkanzija u r-relazzjoni

Perjodiċità

:

ta’ kull kwart ta’ sena


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

A2

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ ittri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija (tagħbija bla unitajiet biss), Anness II (subkategoriji 1X, 11, 12, 13, 19, 2X, 21, 22, 23, 29, 9X, 91, 92 u 99)

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati


Sett ta’ dejta A3

:

Dejta meħtieġa kemm għal portijiet magħżula u dawk li għalihom statistiċi dettaljati mhumiex meħtieġa (Ara l-Artikolu 4(3))

Perjodiċità

:

annwali


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

A3

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(0)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Il-Portijiet kollha fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Dejta

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.

Numru ta’ passiġġieri (ħlief passiġġieri fuq kroċieri).

Numru ta’ passiġġieri fuq kroċieri li jibdew u jtemmu kroċiera.

Numru ta’ passiġġieri fuq eskursjoni tal-passiġġieri fuq kroċieri: Direzzjoni: ’l ġewwa (1) biss — (mhux obbligatorju).


Sett ta’ dejta B1

:

Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip ta’ merkanzija, l-oġġetti u r-relazzjoni

Perjodiċità

:

annwali


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

B1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(0)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Ittra waħda alfanumerika

Tip ta’ merkanzija, Anness II

Kommodità

Żewġ ittri alfanumeriċi

Nomenklatura tal-merkanzija, l-Anness

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati


Sett ta’ dejta C1

:

Trasport bil-baħar b’tagħbija b’ unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip ta’ merkanzija, ir-relazzjoni u l-istat tat-tagħbija

Perjodiċità

:

ta’ kull kwart tas-sena


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

C1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiett

Relazzjoni

Erba’ ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ ittri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija (kontejner, ro-ro biss), l-Anness II (subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69)

Dejta:

Il-piż gross tal-oġġetti f’tunnellati (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69).

Numru ta’ unitajiet (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69).

Numru ta’ unitajiet mingħajr merkanzija (tip ta’ merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 59, 6X, 61, 63 u 69).


Sett ta’ dejta D1

:

Trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin, skond ir-relazzjoni u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Perjodiċità

:

ta’ kull kwart tas-sena


 

Varjabbli

Dettal tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

D1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Erba’ ittri alfanumeriċi

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, l-Anness V

Dejta: Numru ta’ passiġġieri esklużi passiġġieri fuq kroċieri li jibdew u jtemmu kroċiera u passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni


Sett ta’ dejta E1

:

Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip ta’ merkanzija, ir-relazzjoni u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti

Perjodiċità

:

annwali


 

Varjabbli

Dettal tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

E1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(0)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Ittra waħda alfanumerika

Tip ta’ merkanzija, Anness II

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Erba’ ittri alfanumeriċi

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti l-Anness V

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Sett ta’ dejta F1

:

Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej, fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni tal-passiġġieri fuq kroċieri)

Perjodiċità

:

ta’ kull kwart tas-sena


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

F1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Tip ta’ bastiment

Żewġ ittri alfanumeriċi

Tip ta’ bastiment, l-Anness VI

Daqs tal-bastiment DWT

Żewġ ittri alfanumeriċi

Klassijiet tad-daqs f’tunnellaġġ gross jew deadweight l-Anness VII

Dejta:

Numru ta’ bastimenti;

Deadweight tal-bastimenti f’tunnellati


Sett ta’ dejta F2

:

Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej, fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni tal-passiġġieri fuq kroċieri)

Perjodiċità

:

ta’ kull kwart tas-sena


 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

F2

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2

Tip ta’ bastiment

Żewġ ittri alfanumeriċi

Tip ta’ bastiment, l-Anness VI

Daqs tal-bastiment GT

Żewġ ittri alfanumeriċi

Klassijiet tad-daqs f’tunnellaġġ gross, l-Anness VII

Dejta:

Numru ta’ bastimenti; Tunnellaġġ gross tal-bastimenti

Tunnellaġġ gross tal-bastimenti.


ANNESS IX

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 12)

Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE

(ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/385/KE

(ĠU L 174, 18.6.1998, p. 1)

Artikolu 3 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/363/KE

(ĠU L 132, 5.6.2000, p. 1)

Artikolu 1 biss

Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Anness II, punt 20 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/366/KE

(ĠU L 123, 17.5.2005, p. 1)

Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummisssjoni (KE) Nru. 1304/2007

(ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14)

Artikolu 1 biss

PARTI B

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 12)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

95/64/KE

fil-31 ta’ Diċembru 1996.


ANNESS X

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 95/64/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2, punt (a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b)

Artikolu 2, punt (a), it-tieni subparagrafu, punti (i) u (ii)

Artikolu 2(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 2, punt (a), it-tielet subparagrafu

Artikolu 2(2) sa (5)

Artikolu 2, punti (b) sa (e)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 5, 6 u 7

Artikolu 5, 6 u 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8

Artikolu 8(2)

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13 (1) u (2)

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 14(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 15

Artikolu 13

Artikolu 16

Artikolu 14

Anness I sa VIII

Anness I sa VIII

Anness IX

Anness X