|
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/97 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/27/KE
tas-7 ta’ April 2009
Li temenda ċerti Annessi tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (kif ifformulata mill-ġdid) [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 41 (1)(g) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiżguraw implimentazzjoni u applikazzjoni koerenti tad-Direttiva 2006/49/KE madwar l-UE kollha, fl-2006 l-Kummissjoni u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej waqqfu grupp ta’ ħidma (il-Grupp għat-Traspożizzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali – is-CRDTG) li kien inkarigat jiddiskuti u jsolvi kwistjonijiet li kellhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Skont is-CRDTG, ċerti dispożizzjonijiet tekniċi inklużi fl-Annessi I, II u VII tad-Direttiva 2006/49/KE jeħtieġ li jiġu speċifikati iktar sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konverġenti tagħhom. Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet ma jikkorrispondux ma’ prattiki għaqlin tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk huwa xieraq li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu aġġustati. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2006/49/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Bankarju Ewropej, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/49/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness II, il-punt 11 qed jitbiddel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fil-Parti Ċ tal-Anness VII, il-punt 3 qed jitbiddel b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-31 ta’ Diċembru 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jinkludu din ir-referenza meta jippubblikawhom b’mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni