|
7.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/10 |
DIRETTIVA 2009/3/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2009
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 80/181/KE (3) teħtieġ lir-Renju Unit u l-Irlanda li jistabbilixxu data għat-tmiem tal-eżenzjonijiet, fejn għadhom qed jiġu applikati, fir-rigward tal-unitajiet ta' kejl magħrufa bħala “pinta” għall-ħalib fi fliexken li jistgħu jingħataw lura u birra u sidru mill-bittija, “mil” għas-sinjali tat-toroq u l-indikazzjonijiet tal-veloċità, u “troy ounce” għal transazzjonijiet fil-metalli prezzjużi. Madankollu, l-esperjenza wriet, fid-dawl tal-karattru lokali ta' dawk l-eżenzjonijiet u n-numru limitat ta' prodotti kkonċernati, iż-żamma tal-eżenzjonijiet ma tirriżultax f'ostaklu non-tariffarju għall-kummerċ u, bħala konsegwenza, m'għadx hemm il-ħtieġa li dawk l-eżenzjonijiet jintemmu. |
|
(2) |
Huwa kunsiljabbli li jiġi ċċarat li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 80/181/KE huwa konsistenti mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 95 tat-Trattat u li m'huwiex limitat għall-ebda qasam ta' azzjoni Komunitarju speċifiku. |
|
(3) |
Id-Direttiva 80/181/KEE tawtorizza l-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari flimkien mal-unitajiet legali stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness ta' dik id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2009. Madankollu, sabiex jiġi evitat li jinħolqu l-ostakli għal impriżi Komunitarji li jesportaw għal ċerti pajjiżi terzi li jeħtieġu li l-prodotti jiġu mmarkati f'unitajiet oħrajn li mhumiex dawk stabbiliti fil-Kapitolu I, huwa kunsiljabbli li tinżamm l-awtorizzazzjoni sabiex jintużaw indikazzjonijiet supplimentari. |
|
(4) |
Id-Direttiva 80/181/KEE tappoġġa l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern permezz tal-livell ta' armonizzazzjoni ta' unitajiet ta' kejl li hija tippreskrivi. F'dan il-kuntest, huwa xieraq li l-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi tas-suq fir-rigward ta' dik id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha, notevolment fir-rigward tal-possibbiltà ta' ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u armonizzazzjoni oħra meħtieġa sabiex jintegħlbu dawk l-ostakli. |
|
(5) |
Huwa xieraq li l-Kummissjoni tkompli ssegwi bil-qawwa, fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma' pajjiżi terzi inkluż il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, l-aċċettazzjoni, fis-swieq ta' pajjiżi terzi, ta' prodotti ttikettati biss b'unitajiet tas-Sistema Internazzjonali ta' Unitajiet (SI). |
|
(6) |
L-indikazzjonijiet supplimentari jistgħu jippermettu wkoll l-introduzzjoni gradwali u bla xkiel ta' unitajiet metriċi ġodda li jistgħu jiġu żviluppati fil-livell internazzjonali. |
|
(7) |
Fl-1995, il-Konferenza Ġenerali dwar l-Piżijiet u l-Kejl iddeċidiet li telimina l-klassi ta' unitajiet SI supplimentari bħala klassi separata fl-SI u tinterpreta l-unitajiet “radian” u “steradian” bħala unitajiet mingħajr dimensjoni dderivati mill-SI, li l-ismijiet u s-simboli tagħhom jistgħu, iżda mhux bilfors, jintużaw f'espressjonijiet għal unitajiet oħrajn derivati mill-SI, skond il-konvenjenza. |
|
(8) |
Fl-1999 il-Konferenza Ġenerali dwar l-Piżijiet u l-Kejl adottat, fil-qafas tal-SI, il-“katal”, li s-simbolu tiegħu huwa l-“kat”, bħala l-unità SI għal attività ta' kataliżi. Din l-unità SI ġdida armonizzata kienet intiża sabiex tiżgura indikazzjoni koerenti u uniformi ta' unitajiet ta' kejl fl-oqsma tal-mediċina u l-bijokimika u, sabiex bħala konsegwenza, telimina kwalunkwe riskju ta' miżinterpretazzjoni li jista' jirriżulta mill-użu ta' unitajiet li m'humiex armonizzati. |
|
(9) |
Fl-2007, sabiex jiġi eliminat wieħed mis-sorsi prinċipali tal-varjabbiltà osservata bejn realizzazzjonijiet differenti tal-punt triplu tal-ilma, il-Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Kejl adottat nota għad-definizzjoni tal-“kelvin”. Il-“kelvin” hu definit bħala frazzjoni tat-temperatura termodinamika tal-punt triplu tal-ilma. In-nota tirriferi għall-ilma ta' kompożizzjoni isotopika speċifikata. |
|
(10) |
Ladarba t-tomna m'għadhiex tintuza aktar għall-finijiet ta' reġistrazzjoni tal-art fir-Renju Unit u l-Irlanda, ma hemm l-ebda ħtieġa li tingħata eżenzjoni f'dak ir-rigward. |
|
(11) |
Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġislazzjoni aħjar (4), l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, safejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u sabiex jagħmluhom pubbliċi. |
|
(12) |
Id-Direttiva 80/181/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 80/181/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1(b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 2(a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “2. L-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari għandu jkun awtorizzat.”; |
|
(4) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6b Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi tas-suq relatati ma' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha fir-rigward tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tal-kummerċ internazzjonali u għandha tippreżenta rapport dwar dawk l-iżviluppi, akkumpanjat minn proposti fejn ikun il-każ, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2019.”; |
|
(5) |
l-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2010.
Meta l-Istati Membri jadottawhom, dawk il-miżuri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strażburgu, 11 ta’ Marzu 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(1) ĠU C 120, 16.5.2008, p. 14.
(2) Ir-Reżoluzzjoni Leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 (ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 105), il-Pożizzjoni Konġunta tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2008 (ĠU C 330 E, 30.12.2008, p. 1) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.
(4) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(5) Ismijiet speċjali għal unità ta' power; l-isem volt-ampere (simbolu ‘VA’) meta użat sabiex ifisser s-saħħa apparenti ta' kurrent tal-elettriku li jalterna, u var (simbolu ‘var’) meta huwa użat sabiex ifisser is-saħħa elettrika reattiva. Il-‘var’ mhuwiex inkluż fir-riżoluzzjonijiet tal-CPGM.