10.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/31


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ottubru 2009

dwar l-użu tal-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/824/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (International Labour Organisation, ILO) irrevediet il-verżjoni ta’ qabel tal-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi li ntużat sa issa (ISCO-88) bil-għan li tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pajjiżi klassifika iżjed effettiva li tkun tista’ tintuża mill-pajjiżi fl-eżerċizzju ta’ ċensimenti tal-popolazzjoni li jmiss, kif ukoll mis-servizzi nazzjonali tal-impjieg u għal applikazzjonijiet oħra li huma orjentati lejn il-klijenti. Sabiex tkun żgurata l-komparabilità bejn id-dejta dwar l-impjiegi fl-Istati Membri tal-UE u fil-bqija tad-dinja, hu importanti li tkun adottata din il-klassifika riveduta (ISCO-08) fl-istħarriġ ewlieni tas-Sistema Statistika Ewropea li jiġbor id-dejta dwar l-impjiegi qabel l-eżerċizzju taċ-ċensiment tal-popolazzjoni li jmiss fl-2011.

(2)

Billi l-klassifikazzjoni ISCO-08 hija aktar dettaljata mill-verżjoni Ewropea ta’ ISCO-88, (ISCO-88 (COM)) f’impjiegi speċifiċi fejn hemm sehem għoli ta’ nisa jaħdmu.

(3)

Billi d-dejta dwar l-impjiegi hija utilizzata għall-ikkalkular tal-indikaturi fuq is-segregazzjoni tas-sessi użati fis-segwitu tal-istrateġija Ewropea għall-Impjiegi (Linjagwida 18: Biex jitmexxa ‘l quddiem metodu għax-xogħol ta’ ċiklu ta’ ħajja u Linjagwida 22: Biex ikunu żgurati żviluppi fl-ispejjeż tax-xogħol u mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi li jkunu favorevoli għall-impjiegi) (1). Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm klassifikazzjoni standard li tippermetti l-produzzjoni ta’ dejta komparabbli dwar l-impjiegi.

(4)

Billi d-dejta dwar l-impjiegi kienet ukoll użata għall-kejl tal-progress fuq il-bilanċ bejn is-sessi fil-pożizzjonijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet billi jiġi kkunsidrat is-sehem tan-nisa u tal-irġiel fost l-impjiegi maniġerjali tal-ISCO-88 (COM).

(5)

Billi fil-qafas tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar il-kompetenzi ġodda għal impjiegi ġodda (2), l-impjieg se jkun importanti fil-valutazzjoni tal-bżonnijiet tal-kompetenzi u tal-lakuni fis-suq tax-xogħol Ewropew u metodoloġija armonizzata fuq l-impjiegi se tkun essenzjali.

(6)

Billi l-klassifikazzjoni ISCO-08 tagħmel aktar enfasi dwar impjiegi relatati mal-informazzjoni u t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni,

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

1.

L-istatistiċi mill-Istati Membri għandhom jiżviluppaw, jipproduċu u jxerrdu statistiċi maqsuma skont l-impjiegi billi jużaw il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi tal-2008 (ISCO-08) jew ta’ klassifika nazzjonali mnissla mill-ISCO-08.

2.

L-Istati Membri għandhom jużaw ISCO-08 għall-Istħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ tal-2010.

3.

L-Istati Membri għandhom jużaw l-ISCO-08 mill-2011 bħala sena ta’ referenza fl-oqsma kollha ta’ statistika li jipprovdu statistiċi maqsuma skont l-impjiegi.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47.

(2)  ĠU C 290, 4.12.2007, p. 1.


ANNESS

KLASSIFIKA ISCO-08

1.   Maniġers:

11.   Kapijiet eżekuttivi, uffiċjali anzjani u leġiżlaturi

111.   Leġiżlaturi u uffiċjali anzjani

1111

Leġiżlaturi

1112

Uffiċjali governattivi anzjani

1113

Kapijiet tradizzjonali u kapijiet tal-villaġġi

1114

Uffiċjali anzjani ta’ organizzazzjonijiet ta’ interess speċjali

112.   Diretturi maniġerjali u kapijiet eżekuttivi

1120

Diretturi maniġerjali u kapijiet eżekuttivi

12.   Maniġers amministrattivi u kummerċjali

121.   Maniġers tas-servizzi ta’ negozju u amministrazzjoni

1211

Maniġers finanzjarji

1212

Maniġers tar-Riżorsi umani

1213

Maniġers tal-politika u l-ippjanar

1219

Maniġers tas-servizzi ta’ negozju u amministrazzjoni mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

122.   Maniġers ta’ bejgħ, tqegħid fis-suq u żvilupp

1221

Maniġers ta’ bejgħ u tqegħid fis-suq

1222

Maniġers tar-reklamar u relazzjonijiet pubbliċi

1223

Maniġers ta’ riċerka u żvilupp

13.   Maniġers ta’ produzzjoni u servizzi speċjalizzati

131.   Maniġers ta’ produzzjoni fl-agrikoltura, forestrija u sajd

1311

Maniġers tal-produzzjoni fl-agrikoltura u l-forestrija

1312

Maniġers tal-produzzjoni tal-akwakultura u sajd

132.   Maniġers tal-manifattura, industrija tal-minjieri, industrija tal-bini u distribuzzjoni

1321

Maniġers tal-manifattura

1322

Maniġers tal-industrija tal-minjieri

1323

Maniġers tal-industrija tal-kostruzzjoni

1324

Maniġers tal-provvista, distribuzzjoni u ħwejjeġ oħra relatati

133.   Maniġers tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

1330

Maniġers tas-servizzi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni

134.   Maniġers tas-servizzi professjonali

1341

Maniġers tas-servizzi ta’ kura għat-tfal

1342

Maniġers tas-servizzi tas-saħħa

1343

Maniġers tas-servizzi ta’ kura għall-anzjani

1344

Maniġers tal-għajnuna soċjali

1345

Maniġers fl-edukazzjoni

1346

Maniġers tal-fergħat ta’ servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

1349

Maniġers ta’ servizzi professjonali li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

14.   Maniġers ta’ ospitalità, bejgħ bl-imnut u servizzi oħra

141.   Maniġers ta’ lukandi u ristoranti

1411

Maniġers ta’ lukandi

1412

Maniġers ta’ ristoranti

142.   Maniġers tal-kummerċ ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa

1420

Maniġers tal-kummerċ ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa

143.   Maniġers f’servizzi oħra

1431

Maniġers ta’ ċentri ta’ sport, mogħdija ta’ żmien u kultura

1439

Maniġers ta’ servizzi oħra li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

2.   Professjonisti

21.   Professjonisti tax-xjenza u tal-inġinerija

211.   Professjonisti tax-xjenza fiżika u dwar id-dinja

2111

Fiżiċisti u astronomi

2112

Meteoroloġisti

2113

Esperti fil-kimika

2114

Ġeoloġisti u Ġeofiżiċi

212.   Matematiċi, attwari u esperti tal-istatistika

2120

Matematiċi, attwari u esperti tal-istatistika

213.   Professjonisti tax-xjenza dwar il-ħajja

2131

Bijologi, botanisti, żoologi u professjonisti relatati ma’ dan

2132

Konsulenti tal-biedja, forestrija u sajd

2133

Professjonisti tal-protezzjoni tal-ambjent

214.   Professjonisti tal-Inġinerija (eżkluża t-teknoloġija elettrika)

2141

Inġiniera industrijali u tal-produzzjoni

2142

Inġiniera ċivili

2143

Inġiniera ambjentali

2144

Inġiniera mekkaniċi

2145

Inġiniera kimiċi

2146

Inġiniera tal-industrija tal-minjieri, tal-metallurġija u professjonisti relatati ma’ dan

2149

Professjonisti tal-inġinerija li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

215.   Inġiniera tat-teknoloġija elettrika

2151

Inġiniera tal-elettriku

2152

Inġiniera elettroniċi

2153

Inġiniera tat-telekomunikazzjoni

216.   Arkitetti, pjanifikaturi, servejers u disinjaturi

2161

Arkitetti tal-bini

2162

Arkitetti tal-pajsaġġ

2163

Disinjaturi tal-prodotti u tal-ħwejjeġ

2164

Pjanifikaturi tal-ibliet u tat-traffiku

2165

Dawk li jfasslu l-pjanti u servejers

2166

Disinjaturi tal-grafika u tal-multimidja

22.   Professjonisti tas-saħħa

221.   Tobba mediċi

2211

Prattikanti ġeneralisti tal-mediċina

2212

Prattikanti speċjalisti tal-mediċina

222.   Professjonisti tal-infermerija u tal-ostetrija

2221

Professjonisti tal-infermerija

2222

Professjonisti tal-ostetrija

223.   Professjonisti tal-mediċina tradizzjonali u kumplimentari

2230

Professjonisti tal-mediċina tradizzjonali u kumplimentari

224.   Prattikanti paramediċi

2240

Prattikanti paramediċi

225.   Veterinarji

2250

Veterinarji

226.   Professjonisti oħra tas-saħħa

2261

Dentisti

2262

Spiżjara

2263

Professjonisti tas-saħħa tal-ambjent u tal-impjiegi u tas-sanità

2264

Fiżjoterapista

2265

Djetologi u nutrizzjonisti

2266

Terapisti tas-smigħ u tal-kelma

2267

Optometristi u esperti tal-viżta oftalmiċi

2269

Professjonisti tas-saħħa li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

23.   Professjonisti tat-tagħlim

231.   Għalliema tal-università u tal-edukazzjoni ogħla

2310

Għalliema tal-università u tal-edukazzjoni ogħla

232.   Għalliema tal-edukazzjoni vokazzjonali

2320

Għalliema tal-edukazzjoni vokazzjonali

233.   Għalliema tal-edukazzjoni sekondarja

2330

Għalliema tal-edukazzjoni sekondarja

234.   Għalliema tal-iskola primarja u tal-infanzja

2341

Għalliema tal-iskola primarja

2342

Għalliema tal-infanzja

235.   Professjonisti oħra tat-tagħlim

2351

Speċjalisti tal-metodi ta’ edukazzjoni

2352

Għalliema għal dawk bi bżonnijiet speċjali

2353

Għalliema oħra ta’ lingwi

2354

Għalliema oħra tal-mużika

2355

Għalliema oħra tal-arti

2356

Ħarrieġa tat-teknoloġija tal-informatika

2359

Professjonisti tat-tagħlim li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

24.   Professjonisti tan-negozju u tal-amministrazzjoni

241.   Professjonisti tal-finanzi

2411

Kontabilisti

2412

Konsulenti finanzjarji u tal-investiment

2413

Analisti finanzjarji

242.   Professjonisti fl-amministrazzjoni

2421

Analisti tal-maniġment u l-organizzazzjoni

2422

Professjonisti tal-politika tal-amministrazzjoni

2423

Professjonisti tal-persunal u tal-karrieri

2424

Professjonisti tal-iżvilupp tat-taħriġ u tal-persunal

243.   Professjonisti tal-bejgħ, tqegħid fis-suq u relazzjonijiet pubbliċi

2431

Professjonisti tar-Reklami u tat-tqegħid fis-suq

2432

Professjonisti tar-relazzjonijiet pubbliċi

2433

Professjonisti tal-bejgħ tekniku u mediku (esklużi l-ICT)

2434

Professjonisti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet

25.   Professjonisti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet

251.   Analisti u żviluppaturi tas-softwer u applikazzjonijiet

2511

Analisti tas-sistemi

2512

Żviluppaturi tas-sofwer

2513

Żviluppaturi tal-web u multimidja

2514

Programmaturi tal-applikazzjonijiet

2519

Analisti u żviluppaturi tal-applikazzjonijiet u analisti li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

252.   Professjonisti tal-bażi tad-dejta u netwerk

2521

Disinjaturi u amministraturi tal-bażi tad-dejta

2522

Amministraturi tas-sistemi

2523

Professjonisti tan-netwerk tal-kompjuter

2529

Professjonisti tal-bażi tad-dejta u tan-netwerk li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

26.   Professjonisti legali, soċjali u kulturali

261.   Professjonisti legali

2611

Avukati

2612

Imħallfin

2619

Professjonisti legali li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

262.   Librara, arkivisti u kuraturi

2621

Arkivisti u kuraturi

2622

Librara u professjonisti relatati mal-informazzjoni

263.   Professjonisti soċjali u reliġjużi

2631

Ekonomisti

2632

Soċjologi, antropoloġi u professjonisti relatati ma’ dan

2633

Filosofi, storiċi u xjenzati tal-politika

2634

Psikologi

2635

Professjonisti tal-ħidma soċjali u l-għoti tal-pariri

2636

Professjonisti reliġjużi

264.   Awturi, ġurnalisti u lingwisti

2641

Awturi u kittieba relatati ma’ dan

2642

Ġurnalisti

2643

Tradutturi, interpreti u lingwisti oħra

265.   Artisti kreattivi u li jagħtu spettaklu

2651

Artisti Viżivi

2652

Mużiċisti, kantanti u kompożituri

2653

Żeffiena u koreografi

2654

Diretturi u produtturi tal-films, palk u oħrajn li għandhom x’jaqsmu ma’ dan

2655

Atturi

2656

Ħabbara fuq ir-radju, televiżjoni u midja oħra

2659

Artisti kreattivi u li jagħtu spettaklu li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

3.   Professjonisti tekniċi u assoċjati

31.   Professjonisti assoċjati tax-xjenza u tal-inġinerija

311.   Tekniċi tax-xjenza fiżika u dik tal-inġinerija

3111

Tekniċi tax-xjenza kimika u fiżika

3112

Tekniċi tal-inġinerija ċivili

3113

Tekniċi tal-inġinerija elettrika

3114

Tekniċi tal-inġinerija elettronika

3115

Tekniċi tal-inġinerija mekkanika

3116

Tekniċi tal-inġinerija kimika

3117

Tekniċi tal-industrija tal-minjieri u tal-metallurġija

3118

Draftsmen

3119

Tekniċi tax-xjenza fiżika u tal-inġinerija mhux ikklassifikati x’imkien ieħor

312.   Sorveljaturi tal-minjieri, manufattura u kostruzzjoni

3121

Sorveljaturi tal-minjieri

3122

Sorveljaturi tal-manifattura

3123

Sorveljaturi tal-kostruzzjoni

313.   Tekniċi tal-proċess tal-kontroll

3131

Operaturi tal-impjant tal-produzzjoni tal-enerġija

3132

Operaturi tal-impjant tal-inċineratur u tal-ittrattar tal-ilma

3133

Kontrolluri tal-impjant tal-proċess kimiku

3134

Operaturi tal-impjant tal-irfinar taż-żejt u tal-gass naturali

3135

Kontrolluri tal-proċess tal-produzzjoni tal-metall

3139

Tekniċi tal-kontroll tal-proċess li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

314.   Tekniċi tax-xjenza tal-ħajja u professjonisti relatati ma’ dan

3141

Tekniċi tax-xjenza tal-ħajja (eskluża dik medika)

3142

Tekniċi tal-agrikultura

3143

Tekniċi tal-forestrija

315.   Tekniċi u kontrolluri tal-vapuri u tal-ajruplani

3151

Inġiniera navali

3152

Uffiċjali u piloti tal-istiva tal-vapur

3153

Piloti tal-ajruplani u professjonisti relatati ma’ dan

3154

Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

3155

Tekniċi tal-elettronika tas-sigurtà tat-traffiku tal-ajru

32.   Professjonisti assoċjati tas-saħħa

321.   Tekniċi mediċi u tal-farmaċewtika

3211

Tekniċi tat-teħid tax-xbihat elettroniċi għall-użu mediku u tal-apparat terapewtiku

3212

Tekniċi mediċi u tal-laboratorju patoloġiku

3213

Tekniċi u assistenti farmaċewtiċi

3214

Tekniċi prostetiċi mediċi u dentali

322.   Professjonisti assoċjati tal-infermerija u tal-ostetrija

3221

Professjonisti assoċjati tal-infermerija

3222

Professjonisti assoċjati tal-ostetrija

323.   Professjonisti assoċjati tal-mediċina tradizzjonali u kumplimentari

3230

Professjonisti assoċjati tal-mediċina tradizzjonali u kumplimentari

324.   Tekniċi u assistenti veterinarji

3240

Tekniċi u assistenti veterinarji

325.   Professjonisti oħra assoċjati mas-saħħa

3251

Assistenti u terapisti dentali

3252

Tekniċi tar-reġistri (rekords) mediċi u tal-informazzjoni dwar is-saħħa

3253

Ħaddiema tas-saħħa tal-komunità

3254

Bejjiegħ tan-nuċċalijiet (“dispensing opticians”)

3255

Tekniċi u assistenti tal-fiżjoterapija

3256

Assistenti mediċi

3257

Spetturi tas-saħħa tal-ambjent u tal-impjiegi u assoċjati

3258

Ħaddiema tal-ambulanza

3259

Professjonisti assoċjati tas-saħħa li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

33.   Professjonisti assoċjati tan-negozju u tal-amministrazzjoni

331.   Professjonisti assoċjati tal-finanzi u l-matematika

3311

Negozjanti u sensara tat-titoli u l-finanzi

3312

Uffiċjali tal-kreditu u s-self

3313

Professjonisti assoċjati tal-kontabilità

3314

Professjonisti assoċjati tal-istatistika, matematika u ħwejjeġ oħra relatati

3315

Evalutaturi u assessuri tat-telf

332.   Aġenti u sensara tal-bejgħ u x-xiri

3321

Rappreżentati tal-assigurazzjoni

3322

Rappreżentanti kummerċjali tal-bejgħ

3323

Bejjiegħa

3324

Sensara tal-kummerċ

333.   Aġenti ta’ servizzi lin-negozji

3331

Aġenti li jgħaddu u jqassmu x-xogħol

3332

Organizzaturi ta’ konferenzi u attivitajiet

3333

Aġenti tal-impjiegi u kuntratturi

3334

Aġenti tal-bejgħ tal-bini u maniġers ta’ proprjetà

3339

Aġenti ta’ servizzi tan-negozju li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

334.   Segretarji amministattivi u speċjalizzati

3341

Superviżuri tal-uffiċċju

3342

Segretarji legali

3343

Segretarji amministattivi u speċjalizzati

3344

Segretarji mediċi

335.   Professjonisti assoċjati tar-regolatorja tal-gvern

3351

Spetturi tad-dwana u tal-fruntiera

3352

Uffiċjali tat-taxxa u tas-sisa

3353

Uffiċjali tal-benefiċċji soċjali tal-gvern

3354

Uffiċjali tal-għoti tal-liċenzji tal-gvern

3355

Spetturi tal-Pulizija u investigaturi

3359

Professjonisti assoċjati tar-regolatorja tal-gvern li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

34.   Professjonisti assoċjati legali, soċjali, kulturali u ħwejjeġ oħra relatati

341.   Professjonisti assoċjati legali, soċjali u reliġjużi

3411

Professjonisti assoċjati legali u ħwejjeġ oħra relatati

3412

Professjonisti assoċjati tal-ħidma soċjali

3413

Professjonisti assoċjati reliġjużi

342.   Ħaddiema tal-isport u l-fitness

3421

Atleti u dawk li jilagħbu l-isport

3422

Kowċis tal-isport, istrutturi u uffiċjali

3423

Istrutturi tal-fitness u tar-rikreazjoni u mexxejja tal-programmi

343.   Professjonisti assoċjati tal-arti, kultura u kċina

3431

Fotografi

3432

Disinjaturi tal-intern tal-bini u dekoraturi

3433

Tekniċi tal-galleriji tal-arti, mużewijiet u libreriji

3434

Koki

3435

Professjonisti assoċjati oħra fil-qasam tal-arti u l-kultura

35.   Tekniċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

351.   Tekniċi tal-operazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u tekniċi ta’ appoġġ għall-utent

3511

Tekniċi tal-operazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

3512

Tekniċi tat-teknoloġija tal-appoġġ lill-utent fil-qasam tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

3513

Tekniċi tan-netwerk u sistemi tal-kompjuter

3514

Tekniċi tal-Internet (web)

352.   Tekniċi tat-telekomunikazzjonijiet u x-xandir

3521

Tekniċi tax-xandir u tal-qasam awdjoviżiv

3522

Tekniċi tal-inġinerija tat-telekomunikazzjonijiet

4.   Ħaddiema li jagħtu appoġġ klerikali

41.   Skrivani ġenerali u li jaħdmu fuq il-keyboard

411.   Skrivani ġenerali tal-uffiċċju

4110

Skrivani ġenerali tal-uffiċċju

412.   Segretarji (ġenerali)

4120

Segretarji (ġenerali)

413.   Operaturi tal-keyboard

4131

Tajpisti u operaturi tal-ipproċessar tad-dejta

4132

Skrivani tal-ġbir tad-dejta

42.   Skrivani li jaħdmu fis-servizzi tal-konsumatur

421.   Skrivani tal-għadd u l-ġbir tal-flus u ħwejjeġ oħra relatati

4211

Dawk li jgħoddu l-flus fil-banek u skrivani b’ħidma relatata ma’ dan

4212

Dawk li jżommu l-flus tal-logħob tal-azzard (bookmakers), dawk li għandhom x’jaqsmu mal-logħob fil-casino (croupiers) u ħaddiema relatati mal-logħob

4213

Sensara tar-rahan u dawk li jsellfu l-flus

4214

Dawk li jiġbru l-flus tad-djun u ħaddiema relatati ma’ dan

422.   Ħaddiema li jagħtu informazzjoni lill-klijent

4221

Konsulenti tal-vjaġġi u skrivani

4222

Skrivani li jaħdmu fiċ-ċentri ta’ kuntatt għall-għoti ta’ informazzjoni

4223

Operaturi li jaħdmu fuq l-iswitchboard tat-telefown

4224

Dawk li jaħdmu fir-reception tal-lukandi

4225

Skrivani li jagħtu l-informazzjoni

4226

Dawk li jaħdmu fir-reception (ġenerali)

4227

Intervistaturi dwar istħarriġ u riċerka tas-suq

4229

Ħaddiema li jwasslu informazzjoni lill-klijent li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

43.   Skrivani fil-qasam numeriku u l-irreġistrar tal-materjal

431.   Skrivani fil-qasam numeriku

4311

Skrivani fil-qasam tal-kontabilità u l-irreġistrar tal-kotba

4312

Skrivani fil-qasam tal-istatistika, finanzi u assigurazzjoni

4313

Skrivani fil-qasam tal-istipendji

432.   Skrivani fil-qasam tal-irreġistrar u t-trasport tal-materjal

4321

Skrivani fil-qasam tal-istokk

4322

Skrivani fil-qasam tal-produzzjoni

4323

Skrivani fil-qasam tat-trasport

44.   Ħaddiema li jagħtu appoġġ klerikali ieħor

441.   Ħaddiema li jagħtu appoġġ klerikali ieħor

4411

Skrivani li jaħdmu fil-libreriji

4412

Skrivani li jaħdmu fit-tqassim u l-organizzazzjoni tal-posta

4413

Skrivani li jaħdmu fil-qasam tal-kodifikazzjoni u tal-qari tal-provi

4414

Ħaddiema involuti fil-qasam tal-kitba u oħrajn relatati ma’ dan il-qasam

4415

Skrivani involuti fl-iffajlar u l-ikkoppjar

4416

Skrivani involuti fil-qasam tal-persunal

4419

Ħaddiema li jagħtu appoġġ klerikali li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

5.   Ħaddiema involuti fil-qasam tas-servizzi u tal-bejgħ

51.   Ħaddiema li jagħtu servizz personali

511.   Assistenti tal-ivvjaġġar, kondutturi u gwidi

5111

Assistenti tal-ivvjaġġar u stewards tal-ivvjaġġar

5112

Kundutturi tat-trasport

5113

Gwidi tal-ivvjaġġar

512.   Koki

5120

Koki

513.   Wejters u dawk li jservu x-xorb fil-bars

5131

Wejters

5132

Dawk li jservu x-xorb fil-bars

514.   Parrukkiera, dawk li jaħdmu fil-qasam tas-sbuħija (“beauticians”) u ħaddiema oħra f’oqsma relatati ma’ dan

5141

Parrukkiera

5142

Ħaddiema involuti fil-qasam tas-sbuħija (“beauticians”) u ħaddiema oħra f’oqsma relatati ma’ dan

515.   Superviżuri fil-qasam tal-bini u ż-żamma tad-djar

5151

Superviżuri tal-indafa u ż-żamma tad-djar li jaħdmu f’lukandi, uffiċini u stabbilimenti oħra

5152

Ħaddiema involuti fiż-żamma domestika tad-dar

5153

Ħaddiema li jieħdu ħsieb il-bini

516.   Ħaddiema involuti f’servizzi personali oħra

5161

Astrologi, dawk li jħabbru l-futur u ħaddiema oħra relatati ma’ dan

5162

Ħaddiema nvoluti fl-akkompanjament ta’ oħrajn (“companions”) u ħaddiema li jagħtu servizz billi jieħdu ħsieb l-oħrajn (“valets”)

5163

Ħaddiema involuti fil-qasam tal-funerali u fit-tkeffin tal-katavri

5164

Ħaddiema involuti fid-dehra tal-annimali tad-dar u ħaddiema involuti fil-kura tagħhom

5165

Istrutturi tas-sewqan

5169

Ħaddiema tas-servizzi tal-persunal li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

52.   Ħaddiema involuti fil-bejgħ

521.   Ħaddiema li jbiegħu fit-toroq u fis-swieq

5211

Ħaddiema li jbiegħu fil-gabbani u fis-swieq

5212

Ħaddiema li jbiegħu l-ikel fit-toroq

522.   Ħaddiema li jbiegħu mill-ħwienet

5221

Ħaddiema li jieħdu ħsieb il-ħwienet

5222

Superviżuri tal-ħwienet

5223

Assistenti għall-bejgħ mill-ħwienet

523.   Kaxxiera u skrivani li jbiegħu l-biljetti

5230

Kaxxiera u skrivani li jbiegħu l-biljetti

524.   Ħaddiema oħra involuti fil-bejgħ

5241

Ħaddiema li huma mudelli tal-moda u oħrajn li għandhom x’jaqsmu ma’ dan

5242

Dimostraturi tal-bejgħ

5243

Ħaddiema li jbiegħu minn bieb għal bieb

5244

Ħaddiema li jbiegħu fiċ-ċentri ta’ kuntatt

5245

Assistenti li jaħdmu ma’ tal-pompa

5246

Assistenti li jaħdmu mal-bank fis-servizzi tal-ikel

5249

Ħaddiema oħra li jbiegħu li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

53.   Ħaddiema involuti fil-kura personali

531.   Ħaddiema involuti fil-kura tat-tfal u fl-għajnuna lill-għalliema

5311

Ħaddiema involuti fil-kura tat-tfal

5312

Ħaddiema involuti fl-għajnuna lill-għalliema

532.   Ħaddiema involuti fil-kura personali fis-servizzi tas-saħħa

5321

Assistenti għall-kura tas-saħħa

5322

Ħaddiema involuti fil-kura personali li jaħdmu mid-dar

5329

Ħaddiema involuti fil-kura personali li mhumiex imsemmija x’imkien ieħor

54.   Ħaddiema tas-servizzi ta’ protezzjoni

541.   Ħaddiema tas-servizzi ta’ protezzjoni

5411

Pompiera

5412

Uffiċjali tal-pulizija

5413

Gwardjani tal-ħabs

5414

Gwardjani ta’ sigurtà

5419

Ħaddiema tas-servizzi tal-protezzjoni li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

6.   Ħaddiema tas-sengħa fl-agrikoltura, forestrija u sajd

61.   Ħaddiema tas-sengħa fl-agrikoltura b’ħidma orjentata lejn is-suq

611.   Ġardinara tas-suq u ħaddiema involuti fit-tkabbir taż-żriegħ

6111

Ħaddiema involuti fit-tkabbir tal-prodotti tar-raba’ u tal-ħaxix

6112

Ħaddiema involuti fit-tkabbir tas-siġar u tal-arbuxelli

6113

Ġardinara u ħaddiema involuti fl-ortikultura u fit-trawwim u tkabbir tal-pjanti

6114

Ħaddiema involuti fit-tkabbir tal-prodotti tar-raba’ mħallta

612.   Produtturi tal-annimali

6121

Produtturi tal-annimali ħajjin u annimali tal-ħalib

6122

Produtturi tat-tjur

6123

Ħaddiema involuti fit-trawwim tan-naħal u tad-dud tal-ħarir

6129

Produtturi tal-annimali li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

613.   Produtturi tal-prodotti tar-raba’ mħallta u tal-annimali

6130

Produtturi tal-prodotti tar-raba’ mħallta u annimali

62.   Ħaddiema tas-sengħa orjentati għas-suq fl-oqsma tal-forestrija, sajd u kaċċa

621.   Ħaddiema tal-forestrija u dawk relatati ma’ dan

6210

Ħaddiema tal-forestrija u dawk relatati ma’ dan

622.   Ħaddiema involuti fil-sajd, kaċċaturi u nassaba

6221

Ħaddiema fl-akwakultura

6222

Ħaddiema involuti fis-sajd minn fuq l-art u fl-ibħra madwar il-kosta

6223

Ħaddiema fis-sajd fl-ibħra fondi

6224

Kaċċaturi u nassaba

63.   bdiewa, sajjieda, kaċċaturi u ġabbara ta’ sussistenza

631.   Bdiewa li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq il-prodotti tar-raba’li jkabbru

6310

Bdiewa sustanzjali li jkabbru l-prodotti tar-raba’

632.   Bdiewa sustanzjali li jkabbru l-annimali ħajjin

6320

Bdiewa sustanzjali li jkabbru l-annimali ħajjin

633.   Bdiewa sustanzjali li jkabbru l-prodotti tar-raba’ mħallta u l-annimali ħajjin

6330

Bdiewa sustanzjali li jkabbru l-prodotti tar-raba’ mħallta u l-annimali ħajjin

634.   Bdiewa, sajjieda, kaċċaturi u ġabbara sustanzjali

6340

Bdiewa, sajjieda, kaċċaturi u ġabbara sustanzjali

7.   Ħaddiema tas-sengħa u dawk involuti f’snajja’ relatati

71.   Ħaddiema tal-bini u dawk relatati ma’ dan, esklużi l-elettriċisti

711.   Ħaddiema involuti fil-bini tal-oqfsa tad-djar u dawk involuti fi snajja’ relatata

7111

Bennejja tad-djar

7112

Ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-brikks u oħrajn relatati ma’ dan il-qasam

7113

Bennejja, ħaddiema involuti fil-qtugħ, tkissir u tinqix fil-ġebel

7114

Ħaddiema li jqiegħdu l-konkrit, ħaddiema li jirfinaw ix-xogħol tal-konkrit u dawk relatati ma’ dawn

7115

Mastrudaxxi u ħaddiema li jgħaqqdu l-għamara

7119

Ħaddiema involuti fil-bini tal-oqfsa tad-djar u dawk involuti fi snajja’ relatati

712.   Ħaddiema involuti fl-irfinar tal-bini u dawk involuti fi snajja’ relatati

7121

Ħaddiema involuti fit-tqegħid tas-soqfa

7122

Ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-art u dawk li jqiegħdu l-madum

7123

Bajjada

7124

Ħaddiema involuti fix-xogħol tal-insulazzjoni

7125

Ħaddiema involuti fl-għoti tal-lostru

7126

Plamers u ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-pajpijiet

7127

Mekkaniċi tal-arja kundizzjonata u l-friġis

713.   Żebbiegħa, ħaddiema involuti fit-tindif ta’ strutturi ta’ bini u ħaddiema tas-sengħa relatati ma’ dawn

7131

Żebbiegħa u ħaddiema relatati ma’ dawn

7132

Żebbiegħa li jużaw l-ispray u ħaddiema li jagħtu l-verniċ

7133

Ħaddiema involuti fit-tindif ta’ strutturi ta’ bini

72.   Ħaddiema involuti fil-qasam tal-metall, tal-makkinarju u snajja’ relatati ma’ dawn

721.   Ħaddiema li jaħdmu bil-pjanċi u l-istrutturi tal-metall, li jaħdmu fil-forom u jiwweldjaw u ħaddiema involti f’oqsma relatati ma’ dawn

7211

Ħaddiema li jagħmlu l-forom u l-kormakers

7212

Ħaddiema li jiwweldjaw u jaqtgħu bl-użu tan-nar

7213

Ħaddiema li jużaw il-pjanċi tal-metall

7214

Ħaddiema involuti fil-preparazzjoni tal-istrutturi tal-metall u dawk li jwaqqfu dawn l-istrutturi

7215

Riggers u dawk li jwaħħlu l-kejbil

722.   Ħaddieda, dawk li jagħmlu l-għodda u ħaddiema relatati ma’ dawn

7221

Ħaddieda, dawk li jagħmlu l-imrietel, dawk li jħaddmu l-pressa tal-forġa

7222

Ħaddiema li jagħmlu l-għodda u dawk relatati ma’ dan

7223

Ħaddiema li jissettjaw u operaturi tal-magni tax-xogħol tal-metall

7224

Ħaddiema li jillostraw il-metall, li jdawwru r-rota tal-mola u li jsinnu l-għodda

723.   Mekkaniċi u dawk li jsewwu l-magni

7231

Mekkaniċi u dawk li jsewwu vetturi bil-mutur

7232

Mekkaniċi u dawk li jsewwu l-magni tal-ajruplani

7233

Mekkaniċi u dawk li jsewwu magni agrikoli u industrijali

7234

Dawk li jsewwu r-roti u oħrajn relatati ma’ dan

73.   Ħaddiema li jaħdmu affarijiet magħmula bl-idejn u dawk involuti fl-istampar

731.   Ħaddiema li jahdmu affarijiet magħmula bl-idejn

7311

Ħaddiema li jagħmlu u jsewwu strumenti ta’ preċiżjoni

7312

Ħaddiema li jagħmlu strumenti mużikali u dawk li jintonawhom

7313

Ħaddiema tal-ġojjelli u tal-metall prezzjuż

7314

Ħaddiema tal-fuħħar u dawk relatati ma’ dan

7315

Ħaddiema li jagħmlu l-ħġieġ, dawk li jaqtgħuh, dawk li jixkatlawh u dawk li jirfinawh

7316

Ħaddiema li jagħmlu t-tabelli, dawk li jagħmlu pittura dekorattiva, naqqaxa u inċiżuri

7317

Ħaddiema li jagħmlu l-affarijiet maħduma bl-idejn mill-injam, li jagħmlu l-qfief u materjali relatati

7318

Ħaddiema li jagħmlu l-affarijiet maħduma bl-idejn mit-tessuti, ġild u materjali relatati

7319

Ħaddiema oħra li jagħamlu affarijiet maħduma bl-idejn li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

732.   Ħaddiema tas-sengħa involuti fl-istampar

7321

Tekniċi tal-bidu tal-proċess

7322

Stampaturi

7323

Ħaddiema li jirfinaw ix-xogħol tal-istampar u dawk li jillegaw

74.   Ħaddiema tas-sengħa fl-elettriku u l-elettronika

741.   Ħaddiema li jinstallaw u dawk li jsewwu apparat elettriku

7411

Ħaddiema li jdaħħlu l-elettriku fil-bini u dawk relatati ma’ dawn

7412

Mekkaniċi elettriċi u fitters

7413

Ħaddiema li jinstallaw u dawk li jsewwu l-linja elettrika

742.   Ħaddiema li jinstallaw u dawk li jsewwu fil-qasam tal-elettronika u tat-telekomunikazzjoni

7421

Mekkaniċi elettroniċi u dawk li jagħtu servizz f’dan il-qasam

7422

Dawk li jinstallaw u dawk li jagħtu servizz fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

75.   Ħaddiema involuti fl-ipproċessar tal-ikel, fix-xogħol tal-injam, tal-ħwejjeġ u affarijiet oħra tas-sengħa u dak li għandu x’jaqsam ma’ dan

751.   Ħaddiema involuti fl-ipproċessar tal-ikel u fi snajja’ relatati

7511

Ħaddiema li jbiegħu l-laħam, dawk li jbiegħu l-ħut u dawk li jippreparaw ikel relatat ma’ dan

7512

Furnara, dawk li jagħmlu l-għaġina u dawk li jagħmlu l-ħelu

7513

Ħaddiema li jipproduċu prodotti mill-ħalib

7514

Ħaddiema li jippresevaw frott, ħaxix u affarijiet oħra relatati

7515

Ħaddiema li jduqu u li jagħtu grad lill-ikel

7516

Ħaddiema li jħejju t-tabakk u dawk li jagħmlu prodotti tat-tabakk

752.   Ħaddiema involuti fl-itrattar tal-injam, dawk li jaħdmu l-għamara u snajjiet oħra dawn

7521

Ħaddiema li jittrattaw l-injam

7522

Ħaddiema li jagħmlu l-għamara u oħrajn relatati ma’ dan

7523

Ħaddiema li jissettjaw u operaturi tal-magni tal-injam

753.   Ħaddiema involuti fl-industrija tal-ilbies u snajjiet relatati ma’ dan

7531

Ħajjata, dawk li jagħmlu l-ħwejjeġ, dawk li jaħdmu l-pelliċċi u dawk li jagħmlu l-kpiepel

7532

Ħaddiema li jagħmlu l-mudelli u li jaqtgħu d-drapp

7533

Ħaddiema li jħitu, jirrakkmaw u oħrajn relatati ma’ dan

7534

Tappizzara u ħaddiema relatati ma’ dan

7535

Ħaddiema li jagħmlu ħwejjeġ tal-ġild, dawk li jagħtu l-kulur u dawk li jippreparaw għall-użu l-ġlud tal-annimali

7536

Skarpana u ħaddiema relatati ma’ dan

754.   Snajja oħra u ħaddiema relatati

7541

Bugħaddasa

7542

Tiraturi u dawk li jisparaw l-isplussiv

7543

Ħaddiema u dawk li jagħtu l-grad u jittestjaw il-prodott (esklużi l-ikel u x-xorb)

7544

Fumigaturi u kontrolluri oħra tal-insetti u tal-ħaxix ħażin

7549

Ħaddiema tas-snajja’ relatati ma’ dan li mhumiex imsemmija x’imkien ieħor

8.   Operaturi u muntaturi tal-impajnti u l-magni

81.   Operaturi ta’ impjant immobbli u tal-magni

811.   Operaturi tal-minjieri u tal-impjant tal-ipproċessar tal-minerali

8111

Ħaddiema fil-minjieri u fil-barrieri

8112

Operaturi tal-impjant tal-ipproċessar tal-minerali u tal-ġebel

8113

Ħaddiema li jħaffru l-bjar u l-borers u dawk relatati ma’ dan

8114

Operaturi tal-magni li jipproduċu s-siment, il-ġebla u minerali oħra

812.   Operaturi tal-impjanti li jipproduċu u jirfinaw il-metall

8121

Operaturi tal-impjanti tal-ipproċessar tal-metall

8122

Operaturi tal-magni li jirfinaw, jiksu u jagħtu ż-żebgħa lill-metall

813.   Operaturi tal-impjanti u magni ta’ prodotti kimiċi u fotografiċi

8131

Operaturi ta’ impjant u magni ta’ prodotti kimiċi

8132

Operaturi ta’ magni ta’ prodotti fotografiċi

814.   Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tal-lastiku, plastik u karta

8141

Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tal-lastiku

8142

Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tal-plastik

8143

Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tal-karti

815.   Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tad-drapp, tal-fer u tal-ġilda

8151

Operaturi tal-magni li jippreparaw, idawwru u jdommu l-fibra

8152

Operaturi ta’ magni li jinsġu u jinnittjaw

8153

Operaturi ta’ magni tal-ħjata

8154

Operaturi ta’ magni li jibbliċjaw, jagħtu l-kulur u jnaddfu d-drapp

8155

Operaturi ta’ magni li jipprepraw il-fer u l-ġild għall-użu

8156

Skrapan u operaturi ta’ magni relatati ma’ dawn

8157

Operaturi ta’ magni tal-ħjata

8159

Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tad-drapp, tal-fer u tal-ġilda li mhumiex imsemmija x’imkien ieħor

816.   Operaturi ta’ magni tal-ikel u dawk relatati ma’ dan

8160

Operaturi ta’ magni tal-ikel u dawk relatati ma’ dan

817.   Operaturi tal-impjanti li jipproċessaw l-injam u jagħmlu l-karti

8171

Operaturi ta’ impjanti li jagħmlu l-polpa u l-karti

8172

Operaturi ta’ impjanti tal-ipproċessar tal-injam

818.   Operaturi ta’ impjant immobbli u ta’ magni oħra

8181

Operaturi ta’ impjant tal-ħġieġ u taċ-ċeramika

8182

Operaturi tal-magni li jaħdmu bl-istim u tal-bojlers

8183

Operaturi ta’ magni li jippakkjaw, jibbottiljaw u jagħmlu t-tikketti

8189

Operaturi ta’ impjanti immobbli u magni li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

82.   Muntaturi

821.   Muntaturi

8211

Muntaturi ta’ magni mekkaniċi

8212

Muntaturi ta’ apparat elettriku u elettroniku

8219

Muntaturi li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

83.   Sewwieqa u operaturi ta’ impjanti mobbli

831.   Sewwieqa ta’ ferrovija u ħaddiema relatati ma’ dan

8311

Sewwieqa ta’ ferrovija

8312

Operaturi tal-brejkijiet, tas-sinjali u tal-iswiċċ fil-qasam ferrovjarju

832.   Sewwieqa tal-karozza, vann jew mutur

8321

Sewwieqa tal-mutur

8322

Sewwieqa tal-karozza, vann jew mutur

833.   Sewwieqa ta’ trakkijiet kbar u karozzi tal-linja

8331

Sewwieqa ta’ karozzi tal-linja u tramm

8332

Sewwieqa ta’ trakkijiet kbar u żgħar

834.   Operaturi ta’ impjanti mobbli

8341

Operaturi ta’ impjanti mobbli tal-irziezet u tal-forestrija

8342

Operaturi ta’ impjanti li jneħħu l-art u oħrajn relatati ma’ dawn

8343

Operaturi ta’ impjanti ta’ krejnjiet u apparati li jerfgħu u affarijiet oħra relatati ma’ dawn

8344

Operaturi ta’ trakkijiet armati bil-lifter

835.   Membri ta’ ekwipaġġ fuq il-vapuri u ħaddiema relatati ma’ dan

8350

Membri ta’ ekwipaġġ fuq il-vapuri u ħaddiema relatati ma’ dan

9.   Xogħolijiet elementari

91.   Ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħtu servizz ta’ għajnuna

911.   Ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħtu servizz ta’ għajnuna domestika, fil-lukandi u fl-uffiċini

9111

Ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħtu servizz ta’ għajnuna domestika

9112

Ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħtu servizz ta’ għajnuna f’uffiċini, lukandi u stabbilimenti oħra

912.   Ħaddiema involuti fit-tindif tal-vetturi, twieqi, ħwejjeġ u tindif ieħor li jsir bl-idejn

9121

Ħaddiema li jnaddfu l-ħwejjeġ b’idejhom u dawk li jgħadduhom

9122

Ħaddiema li jnaddfu l-vetturi

9123

Ħaddiema li jnaddfu t-twieqi

9129

Ħaddiema oħra involuti fit-tindif

92.   Ħaddiema involuti fl-agrikoltura, forestrija u sajd

921.   Ħaddiema involuti fl-agrikoltura, forestrija u sajd

9211

Ħaddiema fl-irziezet li fihom jitkabbru prodotti tar-raba’

9212

Ħaddiema fl-irziezet li fihom jitkabbru annimali ħajjin

9213

Ħaddiema fl-irziezet fejn jitkabbru prodotti mħallta tar-raba’ u annimali ħajjin

9214

Ħaddiema li jaħdmu fil-ġonna u fl-ortikultura

9215

Ħaddiema tal-forestrija

9216

Ħaddiema involuti fis-sajd u fl-akwakultura

93.   Ħaddiema fil-mijieri, fil-kostruzzjoni, fil-manifattura u fit-trasport

931.   Ħaddiema tal-minjieri u l-kostruzzjoni

9311

Ħaddiema tal-minjieri u tal-barrieri

9312

Tekniċi tal-inġinerija ċivili

9313

Ħaddiema involuti fil-kostruzzjoni tal-bini

932.   Ħaddiema involuti fil-manifattura

9321

Ħaddiema involuti fl-ippakkjar bl-idejn

9329

Ħaddiema tal-manifattura li mhumiex imsemmijin x’imkien ieħor

933.   Ħaddiema involuti fil-qasam tat-trasport u tal-ħażna

9331

Sewwieqa ta’ vetturi li jaħdmu bl-idejn u l-pedali

9332

Sewwieqa ta’ vetturi u makkinarji li jinġibdu mill-annimali

9333

Ħaddiema li jqandlu t-tagħbijiet

9334

Ħaddiema li jieħdu ħsieb jimlew l-ixkaffi

94.   Assistenti għall-preparazzjoni tal-ikel

941.   Assistenti għall-preparazzjoni tal-ikel

9411

Ħaddiema li jippreparaw il-fast food

9412

Ħaddiema li jgħinu fil-kċina

95.   Ħaddiema li jbiegħu u jagħtu servizz fit-toroq u dak relatat ma’ dan

951.   Ħaddiema li jagħtu servizz fit-toroq u dak relatat ma’ dan

9510

Ħaddiema li jagħtu servizz fit-toroq u dak relatat ma’ dan

952.   Ħaddiema li jbiegħu l-ikel fit-toroq (eskluż l-ikel)

9520

Ħaddiema li jbiegħu l-ikel fit-toroq (eskluż l-ikel)

96.   Ħaddiema li jiġbru l-iskart u ħaddiema oħra fil-qasam elementari

961.   Ħaddiema li jiġbru l-iskart

9611

Kolletturi li jiġbru l-iskart u jirriċiklawh

9612

Ħaddiema li jisseparaw l-iskart

9613

Kenniesa u ħaddiema relatati ma’ dan

962.   Ħaddiema oħra elementari

9621

Messaġġiera, dawk li jqassmu l-pakketti u dawk li jaħdmu fil-portinerija u jġorru l-bagalji

9622

Persuni b’xogħlijiet partikolari

9623

Ħaddiema li jaqraw il-miter u l-kolletturi tal-magni ta’ distribuzzjoni

9624

Kolletturi tal-ilma u tal-injam għan-nar

9629

Ħaddiema oħra elementari li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor

0.   Xogħolijiet fil-forzi armati

01.   Uffiċċjali kkummissjonati tal-forzi armati

011.   Uffiċjali kkummisjonati tal-forzi armati

0110

Uffiċjali kkummissjonati tal-forzi armati

02.   Uffiċjali mhux ikkummissjonati tal-forzi armati

021.   Uffiċjali mhux ikkummissjonati tal-forzi armati

0210

Uffiċjali mhux ikkummissjonati tal-forzi armati

03.   Xogħlijiet fil-forzi armati, gradi oħra

031.   Xogħlijiet fil-forzi armati, gradi oħra

0310

Xogħlijiet fil-forzi armati, gradi oħra