11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/35


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Frar 2009

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2007

(2009/112/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (1), u emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 91/401/KEE dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt ir-raba' Konvenzjoni ACP-KEE (3), minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-Seba' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba' EDF) u partikolarment l-Artikolu 32(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju 91/491/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE (4), u partikolarment l-Artikoli 69 sa 77 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tas-Seba' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2007 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi

(1)

Skont l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tas-Seba' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tas-Seba' EDF matul is-sena finanzjarja 2007 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tas-Seba' EDF għas-sena finanzjarja 2007.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288.

(4)  ĠU L 266, 21.9.1991, p. 1.

(5)  ĠU C 286, 10.11.2008, p. 273.